European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5767

24.10.2025

Avviż għall-attenzjoni tas-Sur Mohammed Bouyeri, tal-Communist Party of the Philippines, inkluż in-New People's Army (NPA), u ta' The Base, inklużi fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.

(C/2025/5767)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Mohammed Bouyeri, tal-Communist Party of the Philippines, inkluż in-New People's Army (NPA), u ta' The Base, persuna u gruppi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1577 (1) u fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1578 (2) dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuna u l-gruppi msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Il-persuna u l-gruppi kkonċernati huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sal- 31 ta' Ottubru 2025 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations) General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L, 2025/1577, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1577/oj.

(2)   ĠU L, 2025/1578, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1578/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5767/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)