|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3117 |
27.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3117
tad-29 ta’ Novembru 2024
li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 415(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 415(3a), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 430(7), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 430(9), il-ħames subparagrafu tiegħu,
Billi,
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (2) jistabbilixxi, abbażi tal-Artikoli 415 u 430 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, qafas ta’ rapportar koerenti, inklużi rekwiżiti li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji, informazzjoni finanzjarja li teħtieġ li tiġi pprovduta f’konformità mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS, International Financial Reporting Standards) u l-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati (GAAP, generally accepted accounting principles), informazzjoni dwar telf li jirriżulta minn self kollateralizzat minn proprjetà immobbli, informazzjoni dwar skoperturi kbar, dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, dwar finanzjament stabbli, dwar metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità, dwar l-aggravar ta’ assi, informazzjoni għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs, global systemically important institutions) u tal-assenjazzjoni tar-rati ta’ riżerva tal-G-SII, u informazzjoni dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll bankarju. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ġie emendat diversi drabi wara l-emendi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li ġew adottatibiex jintroduċu, jiżviluppaw aktar jew jadattaw elementi prudenzjali. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) biex jiġi implimentat is-sett finali ta’ standards internazzjonali tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel III). Dawk l-emendi jenħtieġ li jiġu riflessi fil-qafas tar-rapportar attwalment stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451. |
|
(3) |
Minħabba l-bidliet miġjuba mir-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa meħtieġ li jiġu riveduti r-rekwiżiti għar-rapportar ta’ fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji (minimu tal-output, riskju ta’ kreditu u riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, aġġustamenti tal-valwazzjoni tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operazzjonali, kopertura tat-telf ta’ skoperturi li ma jrendux u kriptoassi), għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar telf li jirriżulta minn self kollateralizzat minn proprjetà immobbli, u għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja. |
|
(4) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ bidliet li huma meħtieġa biex jagħtu effett lir-regoli l-ġodda dwar l-obbligi ta’ rapportar, huwa preferibbli li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 jitħassar u jiġi sostitwit, aktar milli jiġi emendat biss dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, peress li tali emenda tagħmilha estremament ikkumplikata għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati biex isiru jafu liema rekwiżiti ta’ rapportar japplikaw għalihom. |
|
(5) |
Il-mudelli tal-adegwatezza kapitali jenħtieġ li jipprevedu r-rapportar ta’ informazzjoni dwar il-minimu tal-output fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji u l-proporzjonijiet kapitali, u b’mod partikolari għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar l-impatt tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-minimu tal-output stabbiliti fl-Artikolu 465 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li d-data tar-rapportar tipprevedi r-rapportar tal-informazzjoni dwar l-impatt tal-minimu tal-output u tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 465 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-mudelli tas-solvenza tal-grupp ikun fihom kolonna ġdida biex tiġi rrapportata informazzjoni dwar l-aġġustament tal-minimu għal entitajiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-mudelli tar-riskju tal-kreditu għall-Approċċ Standardizzat (“SA, Standardised Approach”) jirriflettu l-emendi għall-klassifikazzjoni tal-klassijiet ta’ skoperturi u piżijiet tar-riskju ġodda. Barra minn hekk, jenħtieġ li jirriflettu l-approċċ aktar granulari applikat għal skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli, u jenħtieġ li jirriflettu xi bidliet fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li kollha ġew introdotti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bir-Regolament (UE) 2024/1623. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-mudelli tar-riskju tal-kreditu għall-IRB jirriflettu emendi għall-klassifikazzjoni tal-klassijiet ta’ skoperturi, jiġifieri li jillimitaw l-użu ta’ skoperturi tal-Istituzzjonijiet u tal-Korporattivi Kbar taħt il-Fondazzjoni-IRB (“FIRB”), u jenħtieġ li jipprevedu r-rapportar ta’ informazzjoni dwar klassijiet ġodda ta’ skoperturi, inklużi entitajiet tas-settur pubbliku (PSEs, public sector entities) u gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali (RGLAs, regional governments or local authorities). Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-mudelli l-ġodda jipprovdu għar-rapportar tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-kreditu ta’ komputazzjoni kemm standard kif ukoll proprji. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-mudelli l-ġodda għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar kopertura ta’ telf ta’ skoperturi improduttivi jirriflettu l-bidliet fl-ambitu tal-iskoperturi li huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-kopertura tat-telf u l-bidliet fil-kalendarju tal-proviżjonament. |
|
(9) |
Jenħtieġ li mudell ta’ rapportar ġdid jipprevedi r-rapportar ta’ informazzjoni dwar skoperturi għal kriptoassi biex jirrifletti l-ammonti totali tal-iskopertura għar-riskju għal dawk l-iskoperturi. |
|
(10) |
Ir-rapportar ta’ data aggregata għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli (“Telf tal-IP”, immovable property) jenħtieġ li jirrifletti l-obbligi speċifiċi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 430a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(11) |
Ir-rapportar tal-aġġustamenti tal-valwazzjoni tal-kreditu (“CVA”, credit valuation adjustments) jenħtieġ li jirrifletti l-approċċi standardizzati, bażiċi u simplifikati u jenħtieġ li jkopri xi rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar dwar ir-riskju ta’ CVA, li kollha ġew introdotti fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(12) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1623 irreveda l-qafas għall-konfini bejn il-portafoll tan-negozjar u dak mhux tan-negozjar. Jenħtieġ li l-mudelli ta’ rapportar għalhekk jipprevedu wkoll ir-rapportar ta’ informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar fir-rigward ta’ kriterji ġodda stabbiliti fl-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(13) |
Jeħtieġ li d-dati ta’ referenza tar-rapportar dwar il-fondi proprji, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, u r-rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jiġu allinjati fuq bażi individwali u konsolidata, mad-dati ta’ tmiem is-sena finanzjarja. |
|
(14) |
Sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jistabbilixxu s-sistemi ta’ rapportar meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar, l-entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għall-ewwel darba jenħtieġ li jingħataw aktar żmien biex jissottomettu l-mudelli. |
|
(15) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1623 emenda l-Artikolu 430(7), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u introduċa rekwiżit għall-EBA biex tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT, inklużi mudelli ta’ rapportar u struzzjonijiet, li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet għall-konformità mal-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dak l-Artikolu. Għaldaqstant, il-punti tad-data u l-informazzjoni li l-istituzzjonijiet iridu jirrapportaw u li l-EBA jenħtieġ li tinkludi soluzzjonijiet tal-IT rilevanti jenħtieġ li jiġu speċifikati b’ċarezza suffiċjenti. Sabiex l-EBA tkun tista’ tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT xierqa, dawk il-formati uniformi ta’ rapportar jenħtieġ li ma jkunux vinkolanti fir-rigward tal-istruttura tagħhom u r-rappreżentanza tagħhom, peress li l-EBA jenħtieġ li ma tkunx marbuta li tirreplika r-rappreżentazzjoni grafika u l-istruttura tabulari stabbiliti fl-anness. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-EBA tkun tista’ titbiegħed mir-rappreżentazzjoni grafika u l-istruttura tabulari tal-mudelli ta’ rapportar sakemm il-punti tad-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa jkunu inklużi fis-soluzzjoni tal-IT. |
|
(16) |
Sabiex l-istituzzjonijiet jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw is-sistema interna tagħhom stess u biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar riveduti, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jipposponu d-data ta’ rimessa tal-ewwel obbligu ta’ rapportar trimestrali. |
|
(17) |
Sabiex il-kalendarju tar-rekwiżit ta’ rapportar relatat mal-kompożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar jiġi allinjat mal-iskeda ta’ żmien tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tar-riskju tas-suq stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitoli 1a u 1b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jeħtieġ li tiġi stabbilita dispożizzjoni tranżizzjonali li tippermetti l-ewwel data ta’ referenza aktar tard ta’ dak ir-rekwiżit ta’ rapportar. |
|
(18) |
Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma relatati mill-qrib, billi jittrattaw rekwiżiti ta’ rapportar tal-istituzzjonijiet. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni soġġetti għal dawk l-obbligi, huwa xieraq li l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni relatati kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu inklużi f’Regolament wieħed. |
|
(19) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni sottomess lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(20) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea mexxiet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(21) |
Sabiex l-istituzzjonijiet jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għar-rapportar f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 430(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-ewwel data tal-applikazzjoni tiġi stabbilita 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ; |
|
(22) |
Sabiex il-qafas ta’ rapportar rivedut ikun fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Preżentazzjoni tal-informazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi formati ta’ rapportar uniformi, il-frekwenza u d-dati tar-rapportar għar-rapportar mill-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 415, il-paragrafi 3 u 3a, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-Artikolu 430, il-paragrafi 1 sa 4, 7 u 9 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Dati tar-referenza ta’ rapportar
1. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Anness I lill-awtoritajiet kompetenti kif tkun dik l-informazzjoni fid-dati ta’ referenza tar-rapportar li ġejjin:
|
(a) |
rapportar ta’ kull xahar: fl-aħħar jum ta’ kull xahar; |
|
(b) |
rapportar kull tliet xhur: il-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru; |
|
(c) |
rapportar ta’ kull sitt xhur: it-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru; |
|
(d) |
rapportar annwali: il-31 ta’ Diċembru. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja msemmija fl-Anness I f’konformità mal-IFRS u fl-oqfsa nazzjonali tal-kontabilità u jirreferu għal ċertu perjodu b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena kontabilistika sad-data ta’ referenza.
3. L-istituzzjonijiet li huma permessi mid-dritt nazzjonali li jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja tagħhom abbażi ta’ tmiem is-sena kontabilistika tagħhom u fejn tmiem dik is-sena kontabilistika ma jkunx jaqbel ma’ dak tas-sena kalendarja, jistgħu jaġġustaw id-dati ta’ referenza tar-rapportar biex jagħmlu dawk id-dati konformi ma’ tmiem is-sena kontabilistika, sabiex l-informazzjoni finanzjarja, l-informazzjoni rrapportata f’konformità mal-Artikolu 8, u l-informazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u l-assenjazzjoni tar-rati ta’ riżerva tal-G-SII jiġu rrapportati kull 3, 6 jew 12-il xahar minn tmiem is-sena kontabilistika tagħhom, rispettivament.
Artikolu 3
Rappurtar tad-dati ta’ rimessa
1. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Anness I lill-awtoritajiet kompetenti sal-għeluq tan-negozju fid-dati ta’ rimessa li ġejjin:
|
(a) |
rapportar ta’ kull xahar: Il-15-il jum kalendarju wara d-data ta’ referenza ta’ rapportar; |
|
(b) |
rapportar kull tliet xhur: It-12 ta’ Mejju, il-11 ta’ Awwissu, il-11 ta’ Novembru u l-11 ta’ Frar; |
|
(c) |
rapportar ta’ kull sitt xhur: il-11 ta’ Awwissu u l-11 ta’ Frar; |
|
(d) |
rapportar annwali: il-11 ta’ Frar. |
2. Meta l-jum ta’ rimessa jkun festa pubblika fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li lilha jkollu jiġi pprovdut ir-rapport, jew is-Sibt jew il-Ħadd, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jissottomettu d-data fil-jum tax-xogħol li jmiss.
3. L-istituzzjonijiet li jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja tagħhom kif stabbilit fl-Anness I, jew l-informazzjoni rrapportata f’konformità mal-Artikolu 8, jew informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-assenjazzjoni tar-rati ta’ riżerva ta’ G-SII bl-użu ta’ dati ta’ referenza tar-rapportar aġġustati abbażi ta’ tmiem is-sena kontabilistika tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 2(3), jistgħu jaġġustaw id-dati ta’ rimessa sabiex jinżamm l-istess perjodu ta’ rimessa mid-data ta’ referenza tar-rapportar aġġustata.
4. L-istituzzjonijiet jistgħu jissottomettu ċifri mhux awditjati. Meta ċ-ċifri awditjati jiddevjaw miċ-ċifri mhux awditjati sottomessi, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu ċ-ċifri awditjati riveduti mingħajr dewmien żejjed. Iċ-ċifri mhux awditjati huma ċifri li ma rċevewx opinjoni ta’ awditur estern filwaqt li ċ-ċifri awditjati huma ċifri awditjati minn awditur estern li jesprimi opinjoni tal-awditjar.
5. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti korrezzjonijiet oħra għar-rapporti sottomessi minbarra l-korrezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 4
Il-limiti tar-rapportar – kriterji ta’ dħul u ta’ ħruġ
1. L-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jibdew jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness I fl-ewwel data ta’ referenza tar-rapportar wara d-data li fiha dawk l-istituzzjonijiet ikunu ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (145), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw dawk il-kriterji għandhom jieqfu jirrapportaw dik l-informazzjoni fl-ewwel data ta’ referenza tar-rapportar wara d-data li fiha ma jibqgħux jissodisfaw dawk il-kriterji.
2. L-istituzzjonijiet il-kbar għandhom jibdew jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness I fl-ewwel data ta’ referenza tar-rapportar wara d-data li fiha l-istituzzjonijiet ikunu ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (146) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw dawk il-kriterji għandhom jieqfu jirrapportaw dak is-suġġett tal-informazzjoni fl-ewwel data ta’ referenza tar-rapportar li fiha ma jibqgħux jissodisfaw dawk il-kriterji.
3. L-istituzzjonijiet għandhom jibdew jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness I soġġetta għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 6(2) u (3), l-Artikoli 11 u 12, l-Artikolu 15(2) sa (5), u l-Artikoli 17 sa 20 ta’ dan ir-Regolament fid-data ta’ referenza tar-rapportar wara d-data li fiha dawk il-limiti jkunu nqabżu f’żewġ dati ta’ referenza konsekuttivi ta’ rapportar. L-istituzzjonijiet jistgħu jieqfu jirrapportaw informazzjoni soġġetta għal-limiti stabbiliti f’dawk l-Artikoli fid-data ta’ referenza tar-rapportar wara d-data li fiha jkunu waqgħu taħt il-limiti rilevanti fi tliet dati ta’ referenza ta’ rapportar konsekuttivi.
4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jibdew jirrapportaw fejn jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fis-6 xhur ta’ qabel id-data ta’ referenza:
|
(a) |
l-istituzzjoni kkonċernata tkun ġiet awtorizzata tibda l-attivitajiet tagħha bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
(b) |
l-istituzzjoni hija ditta ta’ investiment li hija soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 minħabba li taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1)(b), ta’ dak ir-Regolament jew bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
|
(c) |
l-istituzzjoni tkun entità li tirriżulta jew mill-fużjoni ta’ mill-inqas żewġ istituzzjonijiet jew mill-qsim ta’ istituzzjoni f’mill-inqas żewġ istituzzjonijiet. |
5. Għall-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, dan li ġej għandu japplika fir-rigward tar-rapportar tagħhom li huwa soġġett għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 għall-ewwel żewġ dati ta’ referenza:
|
(a) |
l-istituzzjonijiet li jaqbżu l-livell limitu rilevanti diġà fl-ewwel data ta’ referenza għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li hija soġġetta għal dak il-limitu kemm għall-ewwel kif ukoll għat-tieni data ta’ referenza; |
|
(b) |
l-istituzzjonijiet li jaqbżu l-livell limitu rilevanti biss fit-tieni data ta’ referenza, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li hija soġġetta għal dak il-limitu fit-tieni data ta’ referenza. |
L-istituzzjonijiet li jkunu waqgħu taħt il-livelli limitu rilevanti msemmija fil-punti (a) u (b) fi tliet dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi jistgħu jieqfu jirrapportaw informazzjoni soġġetta għal-limitu fid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss.
Artikolu 5
Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali — rapportar trimestrali
1. L-istituzzjonijiet li jirrapportaw informazzjoni dwar fondi proprji u dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli C 09.01 u C 09.02, u b’mod partikolari l-informazzjoni dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi skont il-pajjiż, fejn l-iskoperturi oriġinali mhux domestiċi fil-pajjiżi mhux domestiċi kollha fil-klassijiet kollha ta’ skoperturi, kif irrappurtati f’konformità mal-mudell C 04.00, ir-ringiela 0850, ikunu ugwali għal jew ogħla minn 10 % tal-iskoperturi oriġinali domestiċi u mhux domestiċi totali kif irrappurtat f’konformità mal-mudell C 04.00, ir-ringiela 0860. L-iskoperturi għandhom jitqiesu bħala domestiċi meta jkunu skoperturi għal kontropartijiet li jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-istituzzjoni.
3. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ewlieni f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 (7) u li jaqbżu l-limitu msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament għandhom jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli C 32.03 u C 32.04.
4. Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punti (b)(i) u (c), u l-Artikolu 92(5), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom, sal-31 ta’ Diċembru 2025, jippreżentaw l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju tas-suq skont l-Artikolu 5(12) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451.
Artikolu 6
Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali — rapportar semiannwali
1. L-istituzzjonijiet li jirrapportaw informazzjoni dwar fondi proprji u dwar rekwiżiti ta’ fondi proprji kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I bi frekwenza semiannwali.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar l-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni kollha kif speċifikat fit-Taqsima 1 - “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I, il-formoli C 14.00 u C 14.01; ħlief fejn huma parti minn grupp fl-istess pajjiż li fih huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
3. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar skoperturi sovrani kif ġej:
|
(a) |
fejn l-ammont riportat aggregat ta’ assi finanzjarji mis-settur tal-kontroparti “Gvernijiet ġenerali” jkun ugwali għal jew ogħla minn 1 % tas-somma tal-ammont riportat totali għal “Titoli ta’ dejn” u “Self u avvanzi”, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudell C 33.00; |
|
(b) |
fejn il-valur irrapportat għal skoperturi domestiċi ta’ assi finanzjarji nonderivattivi kif speċifikat fir-ringiela 0010, il-kolonna 0010 fil-mudell C 33.00 ikun inqas minn 90 % tal-valur irrappurtat għal skoperturi domestiċi u mhux domestiċi għall-istess punt tad-data, l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudell C 33.00, b’diżaggregazzjoni sħiħa tal-pajjiż; |
|
(c) |
l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) u li ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-mudell C 33.00, bi skoperturi aggregati:
|
4. L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar telf materjali relatat mar-riskju operazzjonali kif ġej:
|
(a) |
l-istituzzjonijiet li f’Diċembru 2024 jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikomplu jirrapportaw dik l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudelli C 17.01 u C 17.02; |
|
(b) |
l-istituzzjonijiet kbar li f’Diċembru 2024 jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikomplu jirrapportaw dik l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudelli C 17.01 u C 17.02; |
|
(c) |
l-istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar li f’Diċembru 2024 jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikomplu jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(d) |
l-istituzzjonijiet kif imsemmija fil-punt (c) jistgħu jirrapportaw is-sett sħiħ ta’ informazzjoni speċifikat fil-mudelli C 17.01 u C 17.02; |
|
(e) |
l-istituzzjonijiet kbar li f’Diċembru 2024 jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikomplu jirrapportaw l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudelli C 17.01 u C 17.02; |
|
(f) |
l-istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar li f’Diċembru 2024 jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jkomplu jirrapportaw l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudelli C 17.01 u C 17.02. |
Artikolu 7
Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi konsolidata
L-istituzzjonijiet li jirrapportaw informazzjoni dwar fondi proprji u dwar rekwiżiti ta’ fondi proprji kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament kif ġej:
|
(a) |
ir-rekwiżit ta’ informazzjoni stabbilit fl-Anness I li jispeċifika ulterjorment ir-rapportar meħtieġ skont l-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza speċifikata fih; |
|
(b) |
ir-rekwiżit ta’ informazzjoni stabbilit fl-Anness I li jispeċifika ulterjorment ir-rapportar relatat mas-solvenza tal-grupp fir-rigward ta’ entitajiet inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni, bi frekwenza semiannwali. |
Artikolu 8
Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji — rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali fuq bażi individwali u konsolidata
1. L-istituzzjonijiet li għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 438, il-punti (e) jew (h), jew fl-Artikolu 452, il-punti (b), (g) jew (h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bil-frekwenza stabbilita fl-Artikolu 433a jew fl-Artikolu 433c ta’ dak ir-Regolament, fuq bażi individwali f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament, jew fuq bażi konsolidata f’konformità mal-Artikolu 13, ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli, għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudelli C 08.03, C 08.04, C08.05, C 08.05.01, C, C 08.06, C 08.07 u C 34.11 tat-Taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-istituzzjonijiet li għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 439, il-punt (l), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bil-frekwenza stabbilita fl-Artikolu 433a jew fl-Artikolu 433c ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli, fuq bażi individwali f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament jew fuq bażi konsolidata f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli, għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudell C 34.07 tat-Taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u fondi proprji” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Rapportar dwar fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti tal-investiment soġġetti għall-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali
1. Id-ditti tal-investiment li huma soġġetti għall-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li japplikaw id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom, meta jirrapportaw informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fil-mudelli C 01.00 sa C 05.02 tat-Taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali.
2. Id-ditti tal-investiment li huma soġġetti għall-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li japplikaw id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom, meta jirrapportaw informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali, jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 sa 4, u l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza stabbilita f’dawk l-Artikoli kif speċifikat fit-Taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji għal gruppi li jikkonsistu biss f’ditti tal-investiment soġġetti għall-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata
1. Id-ditti tal-investiment ta’ gruppi li jikkonsistu biss minn ditti tal-investiment li japplikaw id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 b’referenza għall-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom, meta jirrapportaw informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi konsolidata, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament kif ġej:
|
(a) |
l-informazzjoni dwar fondi proprji u dwar rekwiżiti ta’ fondi proprji kif speċifikat fil-mudelli C 01.00 sa C 05.02 tat-Taqsima 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali; |
|
(b) |
l-informazzjoni dwar il-fondi proprji u dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji fir-rigward ta’ entitajiet inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni, kif speċifikat fil-mudelli C 06.01 u C 06.02 tat-Taqsima 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bi frekwenza semiannwali. |
2. Id-ditti tal-investiment ta’ gruppi li jikkonsistu biss minn ditti tal-investiment li japplikaw id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 b’referenza għall-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom, meta jirrapportaw informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi konsolidata, jibagħtu l-informazzjoni kif speċifikat fit-taqsima 1 – “Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament kif ġej:
|
(a) |
l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5, fil-paragrafi (1) sa (4) u fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza stabbilita f’dawk l-Artikoli; |
|
(b) |
l-informazzjoni dwar l-entitajiet inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni kif speċifikat fil-mudelli C 06.01 u C 06.02 tat-Taqsima 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza semiannwali. |
Artikolu 11
Rapportar dwar informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata għall-istituzzjonijiet soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)
L-istituzzjonijiet li jissottomettu informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata f’konformità mal-Artikolu 430(3) jew (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 2 – “Rapportar dwar Informazzjoni Finanzjarja skont l-IFRS” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza li ġejja:
|
(a) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 01.01 sa F 19.00 tat-Taqsima 2 fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali; |
|
(b) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 30.01 sa F 31.02 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza semiannwali; |
|
(c) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 40.01 sa F 46.00 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza annwali; |
|
(d) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 20.01 sa F 20.07.1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali fejn l-istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(e) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell F 21.00 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali fejn l-assi tanġibbli soġġetti għal kirjiet operattivi jkunu ugwali għal jew ogħla minn 10 % tal-assi tanġibbli totali kif irrappurtat f’konformità mal-mudell F 01.01 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(f) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell F 22.01 u F 22.02 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali fejn it-tariffa netta u d-dħul mill-kummissjonijiet ikunu ugwali għal jew ogħla minn 10 % tas-somma tat-tariffa netta u d-dħul mill-kummissjonijiet u d-dħul nett mill-imgħax kif irrapportat f’konformità mal-mudell F 02.00 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(g) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 23.01 sa 26.00 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bi frekwenza trimestrali fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin
|
|
(h) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell F 47.00 tat-Taqsima 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza annwali fejn iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu jiġu ssodisfati. |
Għall-finijiet tal-punt (g)(ii), il-proporzjon ma għandux jinkludi self u avvanzi kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ, bilanċi ta’ flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn jew fid-denominatur jew fin-numeratur.
Artikolu 12
Rapportar dwar informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata għall-istituzzjonijiet li japplikaw oqfsa kontabilistiċi nazzjonali
Fejn awtorità kompetenti tkun estendiet ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar l-informazzjoni finanzjarja lill-istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 430(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata kif speċifikat fit-Taqsima 3 – “Rapportar dwar Informazzjoni Finanzjarja skont il-GAAP” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza li ġejja:
|
(a) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 01.01 sa F 19.00 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali; |
|
(b) |
l-informazzjoni speċifikata f’F 30.01 sa F 31.02 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza semiannwali; |
|
(c) |
l-informazzjoni speċifikata f’F 40.01 sa F 46.00 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza annwali; |
|
(d) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 20.01 sa F 20.07.1 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali fejn l-istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(e) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell F 21.00 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali fejn l-assi tanġibbli soġġetti għal kirjiet operattivi jkunu ugwali għal jew ogħla minn 10 % tal-assi tanġibbli totali kif irrappurtat f’konformità mal-mudell F 01.01 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(f) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell F 22.01 u F 22.02 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali fejn it-tariffa netta u d-dħul mill-kummissjonijiet ikunu ugwali għal jew ogħla minn 10 % tas-somma tat-tariffa netta u d-dħul mill-kummissjonijiet u d-dħul nett mill-imgħax kif irrapportat f’konformità mal-mudell F 02.00 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(g) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 23.01 sa 26.00 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(h) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell F 47.00 tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza annwali fejn iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu jiġu ssodisfati. |
Artikolu 13
Rapportar, f’konformità mal-Artikolu 430a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali u konsolidata, dwar telf li jirriżulta minn self kollateralizzat minn proprjetà immobbli
1. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu d-data aggregata msemmija fl-Artikolu 430a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata kif speċifikat fit-Taqsima 4 – “Rapportar dwar informazzjoni dwar telf li jirriżulta minn self kollateralizzat minn proprjetà immobbli” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza annwali.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu d-data aggregata msemmija fl-Artikolu 430a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali kif speċifikat fit-taqsima 4 – “Rapportar dwar informazzjoni dwar telf li jirriżulta minn self kollateralizzat minn proprjetà immobbli” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza annwali.
3. Meta istituzzjoni jkollha fergħa fi Stat Membru ieħor, dik il-fergħa għandha tissottometti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti d-data aggregata msemmija fl-Artikolu 430a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif speċifikat fit-taqsima 4 – “Rapportar dwar informazzjoni dwar telf li jirriżulta minn self kollateralizzat minn proprjetà immobbli” tal-Anness I bi frekwenza annwali.
Artikolu 14
Rapportar dwar skoperturi kbar kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata
L-istituzzjonijiet li jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 394 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 5 – “Rapportar dwar skoperturi kbar u riskju ta’ konċentrazzjoni” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali.
Artikolu 15
Rapportar dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata
1. L-istituzzjonijiet li jirrapportaw il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 6 – “Rapportar dwar il-lieva finanzjarja” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali. L-istituzzjonijiet il-kbar biss għandhom jissottomettu l-mudell C 48.00 dwar l-informazzjoni dwar il-volatilità tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja.
2. L-informazzjoni speċifikata fil-mudell C 40.00, iċ-ċellola {r0410; c0010}fuq l-assi totali għandhom jiġu rrapportati biss minn:
|
(a) |
istituzzjonijiet kbar li huma jew G-SIIs jew li ħarġu titoli li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat bi frekwenza semiannwali; |
|
(b) |
istituzzjonijiet kbar għajr G-SIIs li huma istituzzjonijiet mhux elenkati bi frekwenza annwali, |
|
(c) |
istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar u istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi li ħarġu titoli li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat bi frekwenza annwali. |
3. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni addizzjonali dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja kif speċifikat fil-mudell C 40.00, iċ-ċelloli {r0010;c0010}, {r0010;c0020}, {r0020;c0010}, {r0020;c0020}, {r0030;c0070}, {r0040;c0070}, {r0050;c0010}, {r0050;c0020}, {r0060;c0010}, {r0060;c0020}, u {r0060; C0070}, fejn tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
is-sehem derivattiv speċifikat bħala l-kejl tal-iskopertura derivattiva diviż bil-kejl tal-iskopertura totali, ikun aktar minn 1,5 %; |
|
(b) |
is-sehem derivattiv speċifikat bħala l-kejl tal-iskopertura derivattiva diviż bil-kejl tal-iskopertura totali, jaqbeż it-2 %. |
Fejn istituzzjoni tissodisfa biss il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-kriterji tad-dħul u tal-ħruġ tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. Istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti kemm fil-punt (a) kif ukoll fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tibda tirrapporta informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja għad-data ta’ referenza wara d-data ta’ referenza tar-rapportar li fiha tkun qabżet il-limitu.
4. Istituzzjonijiet li għalihom il-valur nozzjonali totali ta’ derivattivi kif speċifikat fil-mudell C 40.00, iċ-ċellola {r0010; c0070}, jaqbeż l-EUR 10 000 miljun għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-mudell 40.00, iċ-ċelloli r0010;c0010}, {r0010;c0020}, {r0020;c0010}, {r0020;c0020}, {r0030;c0070}, {r0040;c0070}, {r0050;c0010}, {r0050;c0020}, {r0060;c0010}, {r0060;c0020}, u {r0060; c0070}, anki jekk is-sehem tad-derivattivi tagħhom ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kriterji tad-dħul tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw. L-istituzzjonijiet għandhom jibdew jirrappurtaw l-informazzjoni mid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss fejn ikunu qabżu l-limitu f’data ta’ referenza tar-rapportar waħda.
5. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-mudell C 40.00, iċ-ċelloli {r0020; c0075}, {r0050; c0075} u {r0050; C0085}, fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-volum tad-derivattivi tal-kreditu speċifikat fil-mudell C 40.00 bħala {r0020; c0070} + {r0050; c0070}, jaqbeż EUR 300 miljun; |
|
(b) |
il-volum tad-derivattivi tal-kreditu speċifikat fil-mudell C 40.00 bħala {r0020; c0070} + {r0050; c0070}, jaqbeż il-EUR 500 miljun. |
Fejn istituzzjoni tissodisfa biss il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-kriterji tad-dħul u tal-ħruġ tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. Istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti kemm fil-punt (a) kif ukoll fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tibda tirrapporta dik l-informazzjoni għad-data ta’ referenza wara d-data ta’ referenza tar-rapportar li fiha tkun qabżet il-limitu.
Artikolu 16
Rapportar dwar il-kopertura tal-likwidità kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata
1. L-istituzzjonijiet li jirrapportaw il-kopertura tal-likwidità tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 10 – “Rapportar dwar il-likwidità” fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza ta’ kull xahar.
2. Għall-finijiet tar-rapportar tal-informazzjoni stabbilita fit-Taqsima 10 – “Rapportar dwar il-kopertura tal-likwidità” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-informazzjoni ppreżentata għad-data ta’ referenza u l-informazzjoni dwar il-flussi tal-flus matul it-30 jum kalendarju wara d-data ta’ referenza.
Artikolu 17
Rapportar dwar finanzjament stabbli kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata
L-istituzzjonijiet li jirrapportaw ir-rekwiżit ta’ finanzjament stabbli tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 413 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 7 – “Rapportar dwar finanzjament stabbli” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali kif ġej:
|
(a) |
istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi li għażlu li jikkalkulaw il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett (NSFR, net stable funding ratio) tagħhom bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fil-Parti Sitta, it-Titolu IV, il-Kapitoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 428a ta’ dak ir-Regolament, għandhom jippreżentaw il-mudelli C 82 u C 83; |
|
(b) |
l-istituzzjonijiet għajr dawk imsemmija fil-punt (a) għandhom jissottomettu l-mudelli C 80 u C 81; |
|
(c) |
l-istituzzjonijiet kollha għandhom jissottomettu l-mudell C 84. |
Artikolu 18
Rapportar dwar metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata
L-istituzzjonijiet li jirrapportaw informazzjoni dwar metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità kif imsemmi fl-Artikolu 415(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif meħtieġ mill-Artikolu 430(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 9 – “Rapportar dwar metriċi addizzjonali ta’ monitoraġġ tal-likwidità” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza li ġejja:
|
(a) |
l-istituzzjonijiet il-kbar għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli C 66.01 u C 67.00 sa C 71.00 tat-Taqsima 9 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza ta’ kull xahar; |
|
(b) |
l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli C 66.0, C 67.00 u C 71.00 tat-Taqsima 9 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali; |
|
(c) |
l-istituzzjonijiet li la huma istituzzjonijiet kbar, u lanqas istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli C 66.01 sa C 69.00 u C 71.00 tat-Taqsima 9 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza ta’ kull xahar. |
Artikolu 19
Rapportar dwar l-aggravar ta’ assi kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata
1. L-istituzzjonijiet li jirrapportaw dwar il-livell ta’ aggravar ta’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 430(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni kif speċifikat fit-taqsima 8 – “Rapportar dwar l-aggravar ta’ assi” tal-Anness I bl-istess frekwenza.
|
(a) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 32.01 sa F 33.00 u F35.00 tat-Taqsima 8 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza trimestrali; |
|
(b) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell F34.00 tat-Taqsima 8 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza annwali; |
|
(c) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli F 36.01 u F 36.02 tat-Taqsima 8 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bi frekwenza semiannwali. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ġej:
|
(a) |
l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-Parti A tat-Taqsima 8 – “Rapportar dwar l-aggravar tal-assi”; |
|
(b) |
l-istituzzjonijiet kbar għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-Partijiet B, C u E tat-Taqsima 8 – “Rapportar dwar l-aggravar tal-assi” |
|
(c) |
l-istituzzjonijiet li la huma istituzzjonijiet kbar u lanqas istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi ma għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-Partijiet B, C u E tat-Taqsima 8 – “Rapportar dwar l-interess ta’ aggravar tal-assi” fejn il-livell ta’ aggravar tal-assi tal-istituzzjoni, speċifikat bħala (Ammont riportat ta’ assi aggravati u kollateral)/(Assi u kollateral totali), ikun ugwali għal jew ogħla minn 15 %; |
|
(d) |
l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fil-Parti D tat-Taqsima 8 – “Rapportar dwar l-aggravar ta’ assi”, biss meta joħorġu bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
Artikolu 20
Rapportar supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u tal-assenjar tar-rati ta’ riżerva tal-G-SIIs
1. Meta jirrapportaw informazzjoni supplimentari għall-identifikazzjoni tal-G-SIIs u jassenjaw ir-rati tar-riżerva ta’ G-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet omm tal-UE, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji omm tal-UE u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta omm tal-UE għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima 11 – “Rapportar supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-assenjazzjoni tar-rati tar-riżerva tal-G-SII” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, fuq bażi konsolidata bi frekwenza trimestrali, fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kejl tal-iskopertura totali tal-grupp, inkluż is-sussidjarji tal-assigurazzjoni, ikun ugwali għal EUR 125 000 000 000 jew aktar; |
|
(b) |
il-kumpanija omm tal-UE jew kwalunkwe sussidjarja tagħha jew kwalunkwe fergħa mħaddma mill-kumpanija omm jew minn sussidjarja li tkun tinsab fi Stat Membru parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
2. Meta jirrapportaw informazzjoni supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u tal-assenjazzjoni tar-rati ta’ riżerva tal-G-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 11 – “Rapportar supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-assenjazzjoni tar-rati ta’ riżerva tal-G-SII” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fuq bażi individwali bi frekwenza trimestrali, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-kejl tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni ikun ugwali għal EUR 125 000 000 000 jew aktar; |
|
(b) |
l-istituzzjoni tkun tinsab fi Stat Membru parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
|
(c) |
l-istituzzjoni mhijiex parti minn grupp li huwa soġġett għal superviżjoni konsolidata (“istituzzjoni awtonoma”). |
3. B’deroga mill-Artikolu 3(1), il-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu sal-għeluq tan-negozju fid-dati ta’ rimessa li ġejjin: l-1 ta’ Lulju, l-1 ta’ Ottubru, it-2 ta’ Jannar u l-1 ta’ April.
4. B’deroga mill-Artikolu 4, dan li ġej għandu japplika fir-rigward tal-limiti speċifikati fil-paragrafu 1, il-punt (a), u l-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
l-istituzzjoni omm tal-UE, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE jew l-istituzzjoni awtonoma, kif applikabbli, għandha tibda tirrapporta immedjatament l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta l-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja tagħha jaqbeż il-limitu speċifikat fi tmiem is-sena kontabilistika, u għandha tirrapporta dik l-informazzjoni għat-tmiem ta’ dik is-sena kontabilistika u t-tliet dati ta’ referenza trimestrali sussegwenti; |
|
(b) |
l-istituzzjoni omm tal-UE, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE jew l-istituzzjoni awtonoma, kif applikabbli, għandha tieqaf tirrapporta immedjatament l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta l-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja tagħha jaqa’ taħt il-limitu speċifikat fi tmiem is-sena kontabilistika tagħha. |
Artikolu 21
Rapportar dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll bankarju kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata
L-istituzzjonijiet li jirrapportaw informazzjoni dwar ir-riskju tar-rata tal-imgħax fil-portafoll bankarju f’konformità mal-Artikolu 84(5), l-Artikolu 84(6) u l-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija f’dawk l-Artikoli kif speċifikat fit-Taqsima 12 – “Rapportar dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll bankarju” tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza li ġejja:
|
(a) |
mill-istituzzjonijiet kollha: il-mudell J 01.00 tat-Taqsima 12 tal-Anness I bi frekwenza trimestrali; |
|
(b) |
mill-istituzzjonijiet kbar: il-mudelli J 02.00, J 05.00 u J 08.00 tat-taqsima 12 tal-Anness I bi frekwenza trimestrali; |
|
(c) |
minn istituzzjonijiet li la huma istituzzjonijiet kbar u lanqas istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi: il-mudelli J 03.00 u J 06.00 tat-taqsima 12 tal-Anness I bi frekwenza trimestrali; |
|
(d) |
mill-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi: il-mudelli J 04.00 u J 07.00 tat-taqsima 12 tal-Anness I bi frekwenza trimestrali; |
|
(e) |
minn istituzzjonijiet li la huma istituzzjonijiet kbar u lanqas istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi u minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi: il-mudell J 09.00 tat-taqsima 12 tal-Anness I bi frekwenza trimestrali; |
|
(f) |
mill-istituzzjonijiet kbar: il-mudelli J 10.01 u J 10.02 tat-taqsima 12 tal-Anness I bi frekwenza annwali; |
|
(g) |
minn istituzzjonijiet li la huma istituzzjonijiet kbar u lanqas istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi u minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi: il-mudelli J 11.01 u J 11.02 tat-taqsima 12 tal-Anness I bi frekwenza annwali.; |
Artikolu 22
Soluzzjonijiet tal-IT, mudelli ta’ rapportar u struzzjonijiet
1. L-EBA għandha tiżgura li s-soluzzjonijiet tal-IT, inklużi l-mudelli u l-istruzzjonijiet ta’ rapportar, żviluppati skont l-Artikolu 430(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jikkonformaw mal-formati ta’ rapportar uniformi stabbiliti f’dan ir-Regolament f’kull ħin u jinkludu l-punti tad-data u l-informazzjoni kollha elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-EBA għandha tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha s-soluzzjonijiet tal-IT, il-mudelli ta’ rapportar u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. L-EBA għandha żżomm dawk is-soluzzjonijiet tal-IT aġġornati u disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha.
Artikolu 23
Formati tal-iskambju tad-data u informazzjoni li takkumpanja s-sottomissjonijiet
1. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata skont dan ir-Regolament fil-formati u r-rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti, jirrispettaw id-definizzjoni tal-punt tad-data tal-mudell tal-punt tad-data u l-formuli tal-validazzjoni msemmija fis-soluzzjonijiet tal-IT magħmula disponibbli fuq is-sit web tal-EBA, u jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu fis-sottomissjoni tad-data informazzjoni li ma tkunx meħtieġa jew li ma tkunx applikabbli; |
|
(b) |
l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu valuri numeriċi kif ġej:
|
|
(c) |
huma għandhom jidentifikaw l-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni biss permezz tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier) tagħhom; |
|
(d) |
huma għandhom jidentifikaw l-entitajiet ġuridiċi u l-kontropartijiet għajr l-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni mil-LEI tagħhom, fejn disponibbli. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mal-informazzjoni sottomessa, jissottomettu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
ir-rapportar ta’ data ta’ referenza u l-perjodu ta’ referenza; |
|
(b) |
il-munita tar-rapportar; |
|
(c) |
l-istandard tal-kontabilità; |
|
(d) |
l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier) tal-istituzzjoni tar-rapportar; |
|
(e) |
l-ambitu tal-konsolidazzjoni. |
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Id-data ta’ rimessa għal informazzjoni bi frekwenza ta’ rapportar trimestrali relatata mad-data ta’ referenza 31 ta’ Marzu 2025, għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikoli 5, 7 sa 10 u l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2025.
2. L-ewwel data ta’ referenza għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar u r-riklassifikazzjonijiet bejn il-kotba skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-aħħar jum ta’ negozju tat-trimestru li fih l-approċċi alternattivi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitoli 1a u 1b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 isiru applikabbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punti (b)(i) u (c), u fl-Artikolu 92(5), il-punti (b) u (c), ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 25
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451
1. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ma għandux jibqa’ japplika mill-1 ta’ Jannar 2025, ħlief għall-Artikolu 5(12) u l-Anness I, il-formoli 18 sa 24, u l-Anness II, il-Parti II, il-punti 5.1 sa 5.7. L-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 għandu jkompli japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025 biss għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament.
2. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 jitħassar b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2025.
3. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/451/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 19.6.2024, 2024/1623, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(5) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338 ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj).
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali ta’ ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2034/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 tas-26 ta’ Ottubru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu 105(14) (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/101/oj).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1606/oj).
(9) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32, ELI:) http://data.europa.eu/eli/dir/2009/65/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/806/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3117/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)