|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/508 |
22.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11827 – LDC / VITERRA ASSETS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/508)
1.
Fil-15 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Louis Dreyfus Company Suisse S.A. (“LDC”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Louis Dreyfus Company B.V. (in-Netherlands), |
|
— |
diversi sussidjarji Olandiżi, Ungeriżi u Pollakki (l-“Assi Viterra”) ta’ Viterra Limited (in-Netherlands), |
LDC se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Assi Viterra kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
LDC hija negozjant u proċessur ta’ prodotti agrikoli, b’attivitajiet li jkopru l-katina tal-valur kollha (produzzjoni, oriġinazzjoni, ipproċessar, ħżin, trasport u merchandising), |
|
— |
L-Assi Viterra huma ffukati fuq l-oriġinazzjoni, il-kummerċ u l-ipproċessar ta’ komoditajiet agrikoli (b’mod partikolari ż-żerriegħa tal-kolza u ż-żerriegħa tal-ġirasol) primarjament fil-Polonja u fl-Ungerija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11827 – LDC / VITERRA ASSETS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/508/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)