<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1000935901.case.xml"><NO.CASE>C-174/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0174</NO.CELEX><NO.SEQ>0015.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>9361</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9374</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20071025">25.10.2007</DATE> — KAWŻA C-174/06</LEFT><RIGHT>CO.GE.P.</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20071025">25 ta' Ottubru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-174/06,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mili-Corte suprema di cassazione (l-Italja), permezz ta Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20060113">13 ta Jannar 2006</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20060403">3 ta April 2006</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Ministero delle Finanze — Ufficio IVA di Milano,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>CO.GE.P. Srl,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta' l-Awla, K. Schiemann, J. Makarczyk (Relatur), JL-C Bonichot u C. Toader, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-9362"?><P>Avukat Ġenerali: D. Ruiz-Jarabo Colomer,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għar-Repubblika Taljana, minn S. Fiorentino, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn A. Aresu u M. Afonso, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li ħadet id-deċiżjoni, wara li semgħet l-Avukat Ġenerali, li tinqata l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9363"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din id-domanda tqajmet fil-kuntest ta' kawża bejn il-Ministero delle Finanze — Ufficio IVA di Milano (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Uffiċċju<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u l-kumpannija b'responsabbi-lità limitata CO.GE.P., li n-negożju tagħha jinkludi l-preparazzjoni u t-tahlit ta' prodotti derivati miż-żejt mhux raffinat (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>CO.GE.P.<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) dwar illegalità fiskali tal-kontijiet li jkopru t-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>) maħruġa fil-konfront tagħha mill-Consorzio Autonomo del Porto di Genova (Konsorzju Awtonomu tal-Port ta' Ġenova, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>konsorzju<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>), firrigward tal-konċessjoni ta' żoni marittimi pubbliċi intiżi għall-ħażna, il-manifattura u l-immaniġġjar ta' żjut minerali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond il-ħdax-il premessa tagħha, is-Sitt Direttiva hija intiża, b'mod speċjali, li tħejji lista komuni ta' eżenzjonijiet mill-VAT sabiex ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet ikunu jistgħu jinġabru b'mod uniformi fl-Istati Membri koliha.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva, <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>il-prowista ta' oġġetti u servizzi magħmula bi hlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/> huma suġġetti għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1), (2) u (5) ta' l-imsemmija Direttiva tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="2018"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="2019"/> tfisser kull persuna li b'mod indipendenti twettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2, ikun x'ikun l-iskop jew ir-riżultati ta' dik l-attività.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9364"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-attivitajiet koliha ta' produtturi, kummerċjanti u persuni li jagħtu [persuni li jipprovdu servizzi], magħduda [inklużi wkoll] attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-[tal-] professjonijiet L-isfruttament ta' proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skop ta dħul minnha fuq bażi kontinwa għandu wkoll jitqies bħala attività ekonomika.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Stati, awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali u korpi ohra regolati bid-[mid-] dritt pubbliku m'għandhomx jitqiesu bħala persuni taxxabbli fir-rigward ta' l-attivitajiet jew operazzjonijiet li huma jagħmlu bħala awtoritajiet pubbliċi, ukoll meta jiġbru drittijiet, tariffi, kontribuzzjonijet jew hlasijiet marbuta ma dawn l-attivitajiet jew operazzjonijiet.</TXT><P>Iżda meta jidħlu biex jagħmlu dawn l-attivitajiet, huma għandhom jitqiesu [persuni] taxxabbli fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet jew operazzjonijiet [...] [meta, li kieku] jitqiesu bħala persuni mhux taxxabbli dan iwassal għal distorzjoni sinifikanti talkompetizzjoni.</P><P>F'kull każ, dawn il-korpi għandhom jitqiesu bħala [persuni] taxxabbli fir-rigward ta' l-attivitajiet imsemmija fil-lista li hemm fl-Anness D, [...] [sakemm dawn ma jkunux fuq skala tant żgħira li jkunu negliġibbli.]</P><?PAGE NO="I-9365"?><P>Stati Membri jistgħu iqisu attivitajiet ta' dawn il-korpi li jkunu eżenti bl-Artikolu 13 jew 28 bħala attivitajiet li huma jagħmlu bħala awtoritajiet pubblici.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva li tinsab taħt it-titolu X ta' l-imsemmija Direttiva, intitolata <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Eżenzjonijiet<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħra tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw [...] [l-affarjiet li ġejjin] taħt il-kondizzjonijiet li huma għandhom jistabilixxu għall-iskopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta' l-eżenzjonijet u [...] [l-] prevenzjoni ta' kwalunkwe [...] [evażjoni,] evitar u abbuż:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kiri [...] [jew il-lokazzjoni] ta' proprjeta immobbli esklużi:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-proviżjoni ta' akkomadazzjoni, kif definita fil-liġijiet ta' l-Istati Membri, fissettur tal-lukandi jew fissetturi b'funzjoni simili, inklużi l-proviżjoni ta' akkomodazzjoni fkampijiet tal-vaganzi jew f'siti żviluppati għall-użu bħala siti ta' kkampjar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[...] il-lokazzjoni ta' fondi u sisi [siti] għall-ipparkjar tal-karozzi;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-9366"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>[...] il-lokazzjoni ta' tagħmir u makkinarju installat [b'mod] permanenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>il-kiri ta' kaxxiforti</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>L-Istati Membri jistgħu japplikaw iżjed esklużjonijet [...] [fil-kuntest tal-portata] ta din l-eżenzjoni.<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-digriet Nru 633 tal-President tar-Repubblika, tas-<DATE ISO="19721026">26 ta' Ottubru 1972</DATE>, li jistitwixxi u jirregola t-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>DPR Nru 633/72<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>) jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>It-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tiġi imposta fuq il-kunsinna ta' oġġetti u fuq ilprovvista ta' servizzi mwettqa fit-territorju ta' l-Italja, fil-kuntest ta' l-eżerċizzju ta' attività, negozju jew professjoni, kif ukoll fuq l-importazzjonijiet imwettqa minn kull persuna.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 10(8) ta' l-imsemmi digriet, il-kirjiet mhux finanzjarji u l-kirjiet agrikoli, kif ukoll l-assenjazzjoni, it-terminazzjoni u l-prorogi ta' dawn ta' l-aħħar, li jikkonċernaw l-artijiet u l-ażjendi agrikoli, l-artijiet oħra barra dawk intiżi għall-ipparjkar tal-vetturi, [...] il-bini, inklużi wkoll l-estensjonijiet, il-bhejjem, u b'mod ġenerali l-beni mobbli intiżi li jintużaw għal żmien twil fis-servizz ta' proprjetà<?PAGE NO="I-9367"?> immobbli, mikrija jew mogħtija b'titolu ta' lokazzjoni, salv dawk l-istumenti li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, ma jistgħux jintużaw għal ħaġa oħra mingħajr bdil radikali u dawk intiżi għall-użu ta' ġewwa d-dar mikrija mill-impriżi li bnewhom bil-għan li jinbiegħu, huma eżenti mit-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tal-Kodiċi Marittimu Taljan, appruvat mid-Digriet Irjali Nru 327 (Codice della navigazione approvato con Regio decreto n. 327), tat-<DATE ISO="19420330">30 ta' Marzu 1942</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(Gazzetta Ufficiale</HT> Nro 93, tat-<DATE ISO="19420418">18 ta' April 1942</DATE>, Ħarġa Speċjali), jipprovdi li, bla ħsara għal-bżonnijiet ta' użu pubbliku, l-amministrazzjoni marittima tista tagħti, għal żmien définit, l-okkupazzjoni u l-użu ta' proprjetà ta' l-Istat u partijiet mill-ibħra territorjali, inkluż id-dritt esklużiv.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara li kklassifika l-għotja taż-żoni Marittimi bħala tranżazzjonijiet li ma kinux suġġetti għall-VAT, il-konsorzju ħareġ fil-konfront ta' CO.GE.P. kontijiet li ma kinux jinkludu l-VAT. Min-nana tagħha, l-amministrazzjoni fiskali nnotifikat lil CO.GE.P. b'awiżi ta' aġġustament tal-VAT għas-snin 1991 sa l-1993.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B'rikors imressaq fit-<DATE ISO="19960530">30 ta' Mejju 1996</DATE> quddiem il-Commissione tributaria di primo grado di Milano (qorti fiskali ta' l-ewwel istanza ta' Milan), CO.GE.P. oġġezzjonat għall-awiżi ta' aġġustament imsemmija iktar 'il fuq, filwaqt li kkuntesta li l-VAT tiġi imposta fuq servizzi pprovduti mill-konsorzju, b'mod partikolari minħabba nnuqqas ta' kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-VAT.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9368"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti adita laqgħet ir-rikors imsemmi bsentenza tad-<DATE ISO="19961119">19 ta' Novembru 1996</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19960202">2 ta' Frar 1996</DATE>, l-Uffiċċju appella minn din is-sentenza minħabba li l-tranżazzjonijiet imwettqa kellhom jiġu suġġetti għall-VAT peress li kienu provvisti ta' servizzi mogħtija fl-eżerċizzju ta' attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bsentenza ta' l-20 ta' Settembru u ta' l-<DATE ISO="19991020">20 ta' Ottubru 1999</DATE>, il-Commissione tributaria regionale della Lombardia (il-qorti fiskali reġjonali) caħdet l-appell tiegħu waqt li laqgħet l-argumenti ta' CO.GE.P. li kienu jsostnu li l-għotja ta' beni li jagħmlu parti mid-dominju pubbliku, kuntrarjament għal-kiri ta' beni immobbli fis-sens strett tal-kelma, ma tistax titqies li hija la ċessjoni ta' beni u lanqas prestazzjoni ta' servizzi fis-sens tal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT, u, b'konsegwenza ta' dan, ma tistax tiġi suġġetta għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta' att imressaq fit-<DATE ISO="20000313">13 ta' Marzu 2000</DATE>, l-Uffiċċju ressaq appell quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Quddiem din il-qorti, l-Uffiċċju sostna li l-konsorzju huwa, mingħajr dubju, stabbiliment pubbliku ta' natura ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Uffiċċju sostna wkoll li għalkemm l-att li bih ingħataw il-beni kien jinvolvi setgħa ta' diskrezzjoni li taqa taht id-dritt pubbliku, madankollu, l-att sar fit-twettiq ta attività ekonomika u kummerċjali intiża biex tagħti lok għal dħul fil-forma ta' kera, li hija intiża għal twettiq ta' l-attività ekonomika ta' l-impriża pubblika. Barra minn<?PAGE NO="I-9369"?> hekk, l-għotja ta' konċessjoni ta' depozitu fil-kosta għal-ħażna ta' zjut minerali bħal dak fil-kawża prinċipali, ma saritx fl-interess ġenerali jew ta' użu pubbliku, imma għall skopijiet purament ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li skond l-amministrazzjoni fiskali Taljana, meta għotja, bħal dik fil-kawża prinċipali, tingħata minn stabbiliment talport u mhux mill-awtorità marittima, tali att jitqies li jkun parti mit-twettiq ta' attività ekonomika u kummerċjali minħabba n-natura industrijali u kummerċjali ta' l-imsemmi stabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tispiega xi aspetti tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B'hekk, hija tenfasizza li anki jekk ir-relazzjoni bejn l-entità li tagħmel iċ-ċessjoni u ċ-ċessjonarju hija mahluqa b'att amministrattiv autorevoli, ta' natura unilaterali u diskrezzjonali, huwa neċessarjanient jippreżupponi espressjoni ta' rieda minn naha tal-parti kkonċernata biex tikseb l-għotja. Il-leġiżlazzjoni li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-awtorità li tagħmel iċ-ċessjoni u ċ-ċessjonarju tinsab fi ftehim bilaterali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju teskludi li taht id-dritt nazzjonali l-għotja ta' beni li jagħmlu parti minn port jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>servizzi portwali<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-ahhar nett, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li, skond il-ġurisprudenza tal-Corte suprema di cassazione (sentenzi tas-<DATE ISO="19920526">26 ta' Mejju 1992</DATE>, Nru 6281, u tal-<DATE ISO="20010725">25 ta' Lulju 2001</DATE>, Nru 10097), minkejja n-natura amministrativa tagħhom, l-atti li jikkonċedu proprjetà ta' l-Istat magħmula minn entitajiet pubbliċi ta' portijiet, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala għotja ta' proprjetà li tikkonferixxi dritt esklużiv ta' l-użu ta' dik il-<?PAGE NO="I-9370"?>propjeta magħmula fil-kuntest tad-dritt pubbliku. Fil-fatt, sakemm l-imsemmija atti jiffurmaw parti mill-kuntest ta' attività ekonomika mwettqa mill-imsemmija entitajiet, huma espressament ikklassifikati bħala kuntratti ta' kiri ta' proprjetà immobbli, minkejja r-reġim ġuridiku distint tagħhom. Minn dan jirriżulta li l-għotja ta' proprjetà ta' l-Istat għandha tiġi kkunsidrata bħala tranżazzjoni suġġetta għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa f'dawn iċ-ċirkustanzi li l-Corte suprema di cassazione ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>Is-sitwazzjoni ta' persuna li tingħata d-dritt ta' użu, inkluż dak esklużiv, ta' proprjetà pubblika, mingħajr il-pro wista ta' servizzi li huma ta' natura predominati meta mqabbla ma' l-awtorizzazzjoni għal dak l-użu, għal żmien définit u bil-kundizzjoni ta' renumerazzjoni li hija ferm anqas mill-valur tal-proprjetà, liema dritt jinholoq, fuq talba tal-persuna kkonċernata, permezz ta' att amministattiv ta' entità pubblika li teżerċità attività industrijah jew kummerċjali, bħal fil-każ ta' għotja ta' proprjetà ta' l-Istat irregolata mid-dritt nazzjonali pjuttost milli minn kuntratt, għandha tiġi kklassifikata bħala kiri ta' proprjetà immobbli eżenti mill-VAT fis-sens ta' l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva?<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjanient, għandu jiġi rrilevat li jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li lkonsorzju huwa entità pubblika ta' natura ekonomika li, fir-rigward ta' lamministazzjoni tal-proprjetà ta' l-Istat mogħti lilu, ma jaġixxix f'isem u min-naħa ta l-Istat li jibqa l-proprjetarju ta' dik il-proprjetà, iżda f'ismu proprju, sakemm jamministra l-imsemmija proprjetà, b'mod partikolari permezz ta' l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet awtonomi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9371"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B'hekk, il-kundizzjonijiet kumulattivi meħtieġa sabiex tista tiġi applikata r-regola ta trattament bħala persuna mhux taxxabbli li tinsab fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 4 (5) tas-Sitt Direttiva, jiġifieri l-eżerċizzju ta' attivitajiet minn entità pubblika u l-eżerċizzju ta' attivitajiet magħmula fil-kwalità ta' awtorità pubblika, mhumiex sodisfatti (ara, f dan is-sens, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20001214">14 ta' Diċembru 2000</DATE>, Fazenda Publica, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-11435">C-446/98, Ġabra p. I-11435, punt 15</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-risposta għad-domanda dwar jekk ir-relazzjoni ġuridika in kwistjoni fil-kawża prinċipali tagħmilx parti mill-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>kiri ta' prop [r] jeta immobbli<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> fissens ta' l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva, hemm lok li jiġi mfakkar, l-ewwel nett, li skond ġurisprudenza kostanti, l-eżenzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 13 ta' limsemmija Direttiva jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt Komunitarju u għalhekk għandhom jingħataw definizzjoni Komunitarja (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20030612">12 ta' Ġunju 2003</DATE>, Sinclair Collis, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-5965">C-275/01, Ġabra p. I-5965, punt 22</REF.DOC.ECR>; u tat-<DATE ISO="20041118">18 ta Novembru 2004</DATE>, Temco Europe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-284/03" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-11237">C-284/03, Ġabra p. I-11237, punt 16</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20050303">3 ta Marzu 2005</DATE>, Fonden Marselisborg Lystbådehavn, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-428/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-1527">C-428/02, Ġabra p. I-1527, punt 27</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tieni nett, it-termini użati sabiex jiġu speċifikati l-eżenzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva għandhom jingħataw interpretazzjoni stretta, peress illi dawn l-eżenzjonijiet jikkonstitwixxu derogi għall-prinċipju ġenerali li l-VAT tinġabar fuq kull provvista ta' servizzi pprovduti bi hlas minn persuna taxxabbli (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20000912">12 ta' Settembru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-358/97" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-6301">C-358/97 Ġabra p. I-6301, punt 52</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20010118">18 ta' Jannar 2001</DATE>, Stockholm Lindöpark, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-150/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-493">C-150/99, Ġabra p. I-493, punt 25</REF.DOC.ECR>, u Sinclair Collis, iċċitata iktar 'il fuq, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Din ir-regola ta' interpretazzjoni stretta ma tfissirx, madankollu, li t-termini użati biex jiġu ddefiniti l-eżenzjonijiet għandhom jiġu interpretati b'mod li ċċaħħadhom mill-effetti tagħhom (ara s-sentenza Temco Europe, iċċitata iktar 'il fuq, punt 17).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9372"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva ma jiddefinixxix il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>kiri<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> u lanqas ma jirreferi għad-definizzjonijiet rispettivi adottati f dan ir-rigward mil-liġijiet ta' l-Istati Membri (ara s-sentenza ta' l-<DATE ISO="20011004">4 ta Ottubru 2001</DATE>, <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Goed Wonen<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-326/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-6831">C-326/99, Ġabra p. I-6831, punt 44</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-kuntest tagħha, l-għanijiet u l-istruttura tas-Sitt Direttiva, waqt li għandu jiġi kkunsidrat, b'mod partikolari, ir-ratio legis ta' l-eżenzjoni li tipprovdi (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>Goed Wonen<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>, punt 50 u Fonden Marselisborg Lystbådehavn, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-kiri ta' proprjetà immobbli fis-sens ta' l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva sostanzjalment jikkonsisti fil-fatt li sid jagħti lill-kerrej, għal żmien stabbilit u fuq ħlas, id-dritt li jokkupa immobbli bħallikieku kien il-proprjetarju u li jeskludi kull persuna ohra mill-benefiċċju ta' tali dritt (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>Goed Wonen<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/>, iċċitata iktar 'il fuq, punt 55; tad-<DATE ISO="20011009">9 ta' Ottubru 2001</DATE>, Mirror Group, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-409/98" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-7175">C-409/98, Ġabra p. I-7175, punt 31</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20030508">8 ta' Mejju 2003</DATE>, Seeling, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-269/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4101">C-269/00, Ġabra p. I-4101, punt 49</REF.DOC.ECR>, u Temco Europe, iċċitata iktar 'il fuq, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kawża principali, ir-relazzjoni legali in kwistjoni titqajjem fil-kuntest ta' kumpannija li ġiet koneessa d-dritt li tuża u tokkupa, ukoll b'mod esklużiv, żoni marittimi, jiġifieri maħżen li jinsab fil-kosta intiż għal ħażna, il-manifattura u l-immaniġġjar taż-żjut minerali, għal żmien définit u bil-kundizzjoni ta' renumerazzjoni li hija ferm anqas mill-valur tal-proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Inkwantu is-sustanza ta' din ir-relazzjoni, din hija simili għal miżura kuntrattwali li tifforma parti mill-attività industrijah u kummerċjali eżerċitata mill-konsorzju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9373"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, hemm lok li jiġi rrilevat li l-karatteristika fondamentali ta' l-imsemmija relazzjoni, li hija applikabbli wkoll fil-każ ta' kiri ta' proprjetà immobbli, tikkonsisti fiċ-ċessjoni ta' żona, jiġifieri parti minn proprjetà marittima, ŕuq hlas, flimkien ma' d-dritt mogħti liċ-ċessjonarju li jokkupa l-immobbli bħallikieku kien il-proprjetarju u li jeskludi kull persuna ohra mill-benefiċċju ta' tali dritt</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>B' konsegwenza ta' dan, ir-rispett tal-prinċipju ta' newtralità tal-VAT, kif ukoll il-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva jiġu applikati b'mod koerenti, speċjalment dawk relattivi għall-eżenzjonijiet, iwasslu biex relazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali tiġi assimilata mal-kera ta' proprjetà immobbli fis-sens ta' l-Artikolu 13B(b) ta' l-imsemmija Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak kollu li intqal, hemm lok li r-risposta għad-domanda mqajma għandha tkun li l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li relazzjoni legali bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha persuna tiġi mogħtija d-dritt li tuża u tokkupa, ukoll b'mod esklużiv, proprjetà pubblika, jiġifieri żoni marittimi, għal żmien définit u bil-kundizzjoni ta' renumerazzjoni, taqa' taht il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>kera ta' proprjetà immobbli<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jithallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9374"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li relazzjoni ġuridika bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha persuna tiġi mogħtija d-dritt li tuża u tokkupa, ukoll b'mod esklużiv, proprjetà pubblika, jiġifieri ioni marittimi, għal żmien définit u bil-kundizzjoni ta' renumerazzjoni, taqa' taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>kera ta' proprjetà immobbli<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>