<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.1101107101.case.xml"><NO.CASE>C-444/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0444</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-11074</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-11088</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20111110">10.11.2011</DATE> — KAWŻA C-444/10</LEFT><RIGHT>SCHRIEVER</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-444/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100714">14 ta’ Lulju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20100915">15 ta’ Settembru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Lüdenscheid</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Christel Schriever,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, U. Lõhmus (Relatur), A. Rosas, A. Ó Caoimh u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-11075"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Finanzamt Lüdenscheid, minn H. Selle, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23 iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11076"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ appell <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>fuq punt ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> bejn il-Finanzamt Lüdenscheid (Awtorità fiskali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Finanzamt<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u C. Schriever dwar kont tat-taxxa rettifikattiv li permezz tiegħu l-Finanzamt ikklassifikat it-trasferiment tal-istokk tal-merkanzija u tat-tagħmir ta’ ħanut imwettaq minn C. Schriever bħala operazzjoni suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-Sitt Direttiva</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva, il-provvista ta’ merkanzija u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, hija suġġetta għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[p]rovvista ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà korporali bħala proprjetarju.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(8) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>F’każ ta’ trasferiment, bi ħlas jew mingħajr, jew kontribuzzjoni lil kumpannija, ta’ l-assi kollha jew parti minnhom, Stati Membri jistgħu jqisu li ma tkunx saret provvista ta’ oġġetti, u f’dak il-każ il-benefiċjarju għandu jitqies bħala s-suċċessur ta’ min<?PAGE NO="I-11077"?> jagħmel it-trasferiment. Fejn jixraq Stati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma ssirx distorzjoni tal-kompetizzjonijet f’każijiet fejn il-benefiċjarju ma jkunx għal kollox suġġett għat-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(5) tas-Sitt Direttiva, l-Artikolu 5(8) tagħha japplika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>fl-istess mod għall-provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel frażi tal-Artikolu 1(1)(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ tal-1993 (Umsatzsteuergesetz 1993, BGB1. 1993 I, P. 565, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>UStG<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), huma suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ il-provvisti u servizzi oħra li jsiru bi ħlas ġewwa l-pajjiż, minn imprenditur fil-kuntest tal-impriża tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1a) tal-UstG, li huwa intiż sabiex jittrasponi l-Artikoli 5(8) u 6(5) tas-Sitt Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-operazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ impriża lill-imprenditur għall-finijiet tal-impriża tiegħu ma humiex suġġetti għal VAT. Ikun hemm trasferiment ta’ impriża meta impriża jew stabbiliment amministrat b’mod separat fl-istruttura tal-impriża jkun kompletament ittrasferit jew integrat ma kumpannija, kemm jekk bi ħlas u anki jekk mingħajr ħlas. L-imprenditur li jakkwista jkompli bħala suċċessur ta’ min jittrasferixxi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11078"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>C. Schriever kienet topera, sat-<DATE ISO="19960630">30 ta’ Ġunju 1996</DATE>, negozju bl-imnut ta’ oġġetti relatati mal-isport f’bini kummerċjali li kien proprjetà tagħha. B’effett minn din id-data, hija ttrasferiet l-istokk ta’ merkanzija u t-tagħmir tal-ħanut lill-Sport S. GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Sport S.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) għall-prezz totali ta’ DEM 455 000, mingħajr ma l-VAT ma ssemmiet fuq l-irċevuta mfassla f’dan il-kuntest.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-istess ħin C. Schriever, b’effett mill-<DATE ISO="19960801">1 ta’ Awwissu 1996</DATE> u għal żmien indeterminat, tat b’kiri lill-Sport S. il-bini kummerċjali fejn kienet tiġi eżerċitata l-attività kummerċjali. Madankollu, skont it-termini tal-kuntratt tal-kiri, dan seta jiġi xolt minn kull waħda mill-partijiet l-iktar tard fit-tielet ġurnata tax-xogħol ta’ trimestru ta’ sena, b’effett mit-tmiem tat-trimestru segwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Sport S. kompliet l-attività tal-ħanut ta’ oġġetti sportivi sal-<DATE ISO="19980531">31 ta’ Mejju 1998</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>C. Schriever ittrattat it-trasferiment tal-istokk tal-merkanzija u tat-tagħmir tal-ħanut bħala trasferiment integrali mhux taxxabbli ta’ impriża, skont l-Artikolu 1(1a) tal-UStG. Konsegwentement, hija ma inkludietx l-ammont ta’ dan il-bejgħ fid-dikjarazzjoni tal-VAT tagħha tal-1996.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Finanzamt ikkunsidrat, min-naħa l-oħra, li r-rekwiżiti għal trasferiment integrali ta’ impriża ma kinux sodisfatti, sa fejn il-proprjetà immobbli, inkwantu element essenzjali tal-impriża, ma kinitx tifforma parti mill-elementi ttrasferiti lill-Sport S. Fil-kont tat-taxxa rettifikattiv għas-sena 1996, il-Finanzamt ikklassifikat it-trasferiment bħala operazzjoni taxxabbli u ffissat il-VAT konsegwentement.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11079"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht, adita bir-rikors ippreżentat minn C. Schriever kontra d-deċiżjoni tal-Finanzamt, ikkunsidrat li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża, l-operazzjoni kkontestata kienet tabilħaqq tikkostitwixxi trasferiment integrali ta’ impriża, fis-sens tal-Artikolu 1(1a) tal-UstG peress li, minn naħa, Sport S. kienet effettivament kompliet l-attività tal-impriża ta’ C. Schriever u li, min-naħa l-oħra, is-sempliċi possibbiltà teoretika li l-kuntratt tal-kiri jiġi xolt f’kull ħin ma kellha ebda effett f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Finanzamt ippreżentat appell <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>fuq punt ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesfinanzhof, fejn sostniet li kuntratt ta’ kiri li jista’ jiġi xolt b’avviż legali minn qabel ma jiggarantixxix it-tkomplija fit-tul tal-attività tal-impriża peress li, mingħajr il-bini tal-ħanut, it-twettieq tan-negozju bl-imnut ma jkunx possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha, l-Bundesfinanzhof tfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tagħha, trasferiment jista’ jiġi kklassifikat bħala trasferiment ta’ impriża minkejja l-fatt li ċerti elementi essenzjali tal-imsemmija impriża jkunu ġew esklużi mill-operazzjoni, sakemm, madankollu, l-imprenditur ikun jista’ juża dawn l-elementi essenzjali għal żmien twil, sabiex ikompli fit-tul l-attività tal-impriża. Din il-qorti tosserva li hija kkunsidrat li kuntratt ta’ kiri konkluż għal tul ta’ għaxar snin kien suffiċjenti sabiex jippermetti użu tal-imsemmija elementi essenzjali għal perijodu twil, filwaqt li l-Finanzgericht Baden-Württemberg qieset, f’sentenza li kisbet saħħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, li kiri għal tul ta’ ħames snin ta’ proprjetà immobbli tal-impriża, fejn il-persuna li titrasferixxi kienet il-proprjetarju, ma kienx suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li kien hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>tkomplija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tal-attività tal-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-Bundesfinanzhof, iċ-ċirkustanzi tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali huma madankollu partikolari, sa fejn il-kuntratt ta’ kiri għal żmien indeterminat seta’ jiġi xolt minn kull waħda mill-partijiet fi żmien qasir.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11080"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.P><TXT>Meta imprenditur jittrasferixxi l-proprjetà tal-istokk tal-merkanzija u tat-tagħmir kummerċjali tal-ħanut tiegħu ta’ bejgħ bl-imnut lil akkwirent u sempliċement jikri lil dan tal-aħħar il-bini tal-ħanut, proprjetà tiegħu, dan ikun qiegħed jagħmel <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tal-assi kollha fis-sens tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward, jekk l-użu tal-bini tal-ħanut ngħatax skont ftehim ta’ kiri għal żmien twil jew kiri għal żmien indeterminat li jista’ jitwaqqaf miż-żewġ partijiet b’avviż ta’ żmien qasir?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment tal-proprjetà tal-stock tal-merkanzija u tat-tagħmir kummerċjali ta’ ħanut li jbiegħ bl-imnut, li jsir fl-istess ħin mall-kiri, lill-persuna li favuriha jsir it-trasferiment, tal-bini tal-imsemmi ħanut għal tul indeterminat, iżda fejn il-kuntratt tal-kiri jista’ jiġi xolt fi żmien qasir miż-żewġ partijiet, jikkostitwixxi trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu l-ewwel nett jiġi mfakkar li l-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva, jipprovdi, fl-ewwel sentenza tiegħu, li l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li, fl-okkażjoni tat-trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom, ebda provvista ta’ merkanzija ma tkun saret u l-persuna li lilha tkun ġiet ittrasferita l-merkanzija għandha tiġi ttrattata bħala ssuċċessur ta’ min jagħmel it-trasferiment. B’hekk, meta<?PAGE NO="I-11081"?> Stat Membru juża din il-possibbiltà, it-trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom ma titqiesx bħala provvista ta’ merkanzija għall-finijiet tas-Sitt Direttiva u għalhekk ma huwiex suġġett għall-VAT skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20010222">22 ta’ Frar 2001</DATE>, Abbey National, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-408/98" PAGE.ECR="I-1361" YEAR="2001">C-408/98, Ġabra p. I-1361</REF.DOC.ECR>, punt 30; tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, Zita Modes, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-497/01" PAGE.ECR="I-14393" YEAR="2003">C-497/01, Ġabra p. I-14393</REF.DOC.ECR>, punt 29, u tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, SKF, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/08" PAGE.ECR="I-10413" YEAR="2009">C-29/08, Ġabra p. I-10413</REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta’ din ir-regola ta’ nuqqas ta provvista, it-trasferimenti tal-assi kollha favur benefiċjarju li ma huwiex persuna taxxabbli fis-sens tal-imsemmija direttiva jew inkella li jaġixxi bħala persuna taxxabbli biss f’parti mill-attivitajiet tiegħu, jekk dan huwa neċessarju sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala li tispeċifika b’mod eżawrjenti ċ-ċirkustanzi li fihom Stat Membru li juża l-possibbiltà prevista fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu jista’ jillimita l-applikazzjoni tar-regola ta’ nuqqas ta’ provvista (sentenza ċċitata iktar ’il fuq, punt 10).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>trasferiment, bi ħlas jew mingħajr, jew kontribuzzjoni lil kumpannija, ta’ l-assi kollha jew parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, previst fl-ewwel frażi tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà osservat li dan huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ dan il-kunċett fis-sitt direttiva jew ta’ riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati membri, is-sens u l-portata tiegħu għandhom jiġu mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Zita Modes, iċċitata iktar ’il fuq punti 32 sa 35).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa preċiżament fid-dawl tal-kuntest tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva u tal-għan imfittex minnha li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tippermetti lill-Istati Membri jiffaċilitaw it-trasferimenti ta’ impriżi jew ta’<?PAGE NO="I-11082"?> parti minn impriżi, billi jissimplifikawhom u billi jevitaw li l-baġit tal-benefiċjarju jiġi suġġett għal piż fiskali sproporzjonat li huwa kien f’kull każ jirkupra iktar ’il quddiem permezz ta’ tnaqqis tal-VAT tal-imput imħallsa (sentenza Zita Modes, iċċitata iktar ’il fuq, point 39).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, fid-dawl ta’ dan il-għan, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>trasferiment […] ta’ l-assi kollha jew parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri t-trasferiment tal-avvjament jew ta’ parti awtonoma ta’ impriża li tinkludi elementi korporali u, skont il-każ, inkorporali li, flimkien, jikkostitwixxu impriża jew parti minn impriża li tista’ teżerċita attività ekonomika awtonoma, iżda li ma jkoprix is-sempliċi trasferiment ta’ merkanzija, bħall-bejgħ ta’ stokk ta’ prodotti (ara s-sentenzi ċċitata iktar ’il fuq, Zita Modes, punt 40 u SKF, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex it-trasferiment ta’ avvjament jew ta’ parti awtonoma ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva jiġi kkonstatat, hemm bżonn li l-elementi kollha ttrasferiti jkunu suffiċjenti sabiex jippermettu t-tkomplija tal-attività ekonomika awtonoma.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-kwistjoni ta’ jekk dawn l-assi kollha għandhomx ikunu jinkludu, b’mod partikolari, kemm proprjetà mobbli kif ukoll immobbli, għandha tiġi evalwata fid-dawl tan-natura tal-attività ekonomika inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-każ fejn attività ekonomika ma teħtieġx l-użu ta’ bini partikolari jew mgħammar b’installazzjonijiet fissi meħtieġa għat-tkomplija tal-attività ekonomika, jista’ jkun hemm trasferiment tal-assi kollha fis-sens tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva anki mingħajr it-trasferiment tad-drittijiet ta’ proprjetà fuq proprjetà immobbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11083"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma huwiex possibbli li jiġi kkunsidrat li tali trasferiment jeżisti, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk il-persuna li favuriha jsir it-trasferiment ma tingħatax il-pussess tal-bini kummerċjali fil-każ fejn l-attività ekonomika kkonċernata tikkonsisti fl-operat ta’ grupp indisassoċjabbli ta’ proprjetà mobbli u immobbli. B’mod partikolari, jekk il-bini kummerċjali huwa mgħammar b’installazzjonijiet fissi meħtieġa għat-tkomplija tal-attività ekonomika, din il-proprjetà immobbli għandha tkunu tifforma parti mill-elementi ttrasferiti sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat li kien hemm trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom fis-sens tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Bl-istess mod, jista’ jkun hemm trasferiment ta’ assi jekk il-bini kummerċjali jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuna li favuriha jsir it-trasferiment permezz ta’ kuntratt ta’ kiri jew inkella jekk dan tal-aħħar innifsu jkollu proprjetà immobbli xierqa fejn l-assi kollha ttrasferiti jistgħu jitqiegħdu u fejn huwa jista’ jkompli jeżerċita l-attività ekonomika kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Kull interpretazzjoni oħra differenti jkollha bħala konsegwenza distinzjoni arbitrarja bejn, minn naħa, it-trasferimenti mwettqa minn persuni li jitrasferixxu li huma l-proprjetarji tal-bini fejn jinsab l-avvjament jew il-parti tal-impriża li beħsiebhom jitrasferixxu u, min-naħa l-oħra, it-trasferimenti mwettqa minn persuni li jitrasferixxu li għandhom biss dritt ta’ kera fuq dan l-istess bini. Fil-fatt, la l-kliem tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva u lanqas l-għan tiegħu ma jagħtu l-wieħed x’jifhem li dawn tal-aħħar ma jkunux jistgħu jwettqu trasferiment tal-assi kollha, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ammont ta’ VAT li għandha titħallas minħabba t-trasferiment ta’ impriża jew ta’ parti minn impriża jista’ jkun jikkostitwixxi spiża partikolarment importanti għall-persuna li favuriha jsir it-trasferiment meta mqabbel mar-riżorsi tal-impriża kkonċernata, anki fil-każ fejn l-assi kollha ttrasferiti ma jkunux jinkludu proprjetà immobbli. Għalhekk ikun konformi mal-għan tad-dispożizzjoni inkwistjoni, hekk kif tirriżulta mill-punt 23 ta’ din is-sentenza, li jingħata trattament speċjali anki għat-trasferimenti tal-assi kollha li jsiru fl-istess ħin mal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’<?PAGE NO="I-11084"?> kiri ta’ bini kummerċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Zita Modes, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq jirriżulta li għandha ssir evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi fattwali li jikkaratterizzaw l-operazzjoni inkwistjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk din hijiiex koperta mill-Kunċett ta’ trasferiment tal-assi kollha, fis-sens tas-Sitt Direttiva. F’dan il-kuntest, għandha tingħata importanza partikolari għan-natura tal-attività ekonomika li t-tkomplija tagħha tkun prevista.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, it-trasferiment tal-istokk ta’ merkanzija u tat-tagħmir ta’ negozju li jbigħ bl-imnut, dan ġeneralment jitwettaq sabiex il-persuna li favuriha jsir it-trasferiment tkompli l-operat tal-imsemmi negozju.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Anki jekk inkwistjoni jkun hemm attività ekonomika li ma tistax tiġi eżerċitata mingħajr il-bini kummerċjali, ma huwiex neċessarju, bħala regola ġenerali, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-attività tan-negozju bl-imnut ittrasferit, li l-proprjetarju tan-negozju jkun ukoll il-proprjetarju tal-proprjetà immobbli fejn jitwettaq in-negozju.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Sa fejn it-trasferiment tal-istokk ta’ merkanzija u tat-tagħmir tan-negozju huwa suffiċjenti sabiex jippermetti t-tkomplija ta’ attività ekonomika awtonoma, it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli ma huwiex determinanti sabiex l-operazzjoni tiġi kklassifikata bħala trasferiment tal-assi kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta t-tkomplija tal-attività ekonomika inkwistjoni tkun tirrikjedi li l-persuna li favuriha jsir it-trasferiment tuża l-istess bini bħal dak li kien jokkupa min wettaq it-trasferiment, xejn ma jipprekludi, bħala prinċipju, li din il-pussess jiġi ttrasferit permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kiri.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11085"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Sabiex l-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva jkun applikabbli huwa neċessarju wkoll li min jagħmel it-trasferiment ikollu l-intenzjoni li jkompli jopera l-avvjament jew il-parti tal-impriża ttrasferiti u mhux sempliċement li jillikwida immedjatament l-attiv ikkonċernat kif ukoll, jekk ikun il-każ, ibiegħ l-istokk (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Zita Modes, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-intenzjonijiet tal-persuna li favuriha jsir it-trasferiment jistgħu jew, f’ċerti każijiet, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matul evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi ta’ operazzjoni, sa kemm dawn ikunu sostnuti minn elementi oġġettivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19850214">14 ta’ Frar 1985</DATE>, Rompelman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="268/83" PAGE.ECR="655" YEAR="1985">268/83, Ġabra p. 655</REF.DOC.ECR>, punt 24; tas-<DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, Enkler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-230/94" PAGE.ECR="I-4517" YEAR="1996">C-230/94, Ġabra p. I-4517</REF.DOC.ECR>, punt 24; tal-<DATE ISO="20000321">21 ta’ Marzu 2000</DATE>, Gabalfrisa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/98+C-111/98+C-112/98+C-113/98+C-114/98+C-115/98+C-116/98+C-117/98+C-118/98+C-119/98+C-120/98+C-121/98+C-122/98+C-123/98+C-124/98+C-125/98+C-126/98+C-127/98+C-128/98+C-129/98+C-130/98+C-131/98+C-132/98+C-133/98+C-134/98+C-135/98+C-136/98+C-137/98+C-138/98+C-139/98+C-140/98+C-141/98+C-142/98+C-143/98+C-144/98+C-145/98+C-146/98+C-147/98" PAGE.ECR="I-1577" YEAR="2000">C-110/98 sa C-147/98, Ġabra p. I-1577</REF.DOC.ECR>, punt 47, kif ukoll tat-<DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, X, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-84/09" PAGE.ECR="I-11645" YEAR="2010">C-84/09, Ġabra p. I-11645</REF.DOC.ECR>, punti 47 u 51).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, it-trasferiment tal-istokk tal-merkanzija u tat-tagħmir tan-negozju ta’ oġġetti relatati mal-isport imwettaq fl-istess ħin mal-kiri tal-bini kummerċjali ppermetta lill-persuna li favuriha sar it-trasferiment li tkompli l-attività ekonomika awtonoma eżerċitata preċedentement mill-persuna li wettqet it-trasferiemnt. F’dan ir-rigward huwa paċifiku li dan it-trasferiment ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li huwa s-sempliċi bejgħ ta’ stokk ta’ prodotti. Fil-fatt, kemm l-istokk tal-merkanzija kif ukoll t-tagħmir tan-negozju kienu jiffurmaw parti mill-globalità ta’ oġġetti ttrasferiti. Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li l-persuna li favuriha sar it-trasferiment kompliet l-operat tal-ħanut li jbigħ oġġetti relatati mal-isport għal perijodu ta’ madwar sentejn tikkonferma li l-intenzjoni tagħha ma kinitx dik li tillikwida immedjatament l-attiv ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, iċ-ċirkustanza li l-bini kummerċjali kien biss ingħata b’kiri lill-persuna li favuriha sar it-trasferiment, u mhux mibjugħ lilha, ma kkonstitwixxietx, fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ostakolu għat-tkomplija tal-attività tal-persuna li wettqet it-trasferiment min-naħa tal-persuna li favuriha sar it-trasferiment.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11086"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-tul tal-kirja u l-metodi ta’ kif din għandha tintemm għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-każ tal-evalwazzjoni ta’ jekk it-trasferiment ta’ avvjament jew ta’ parti minn impriża jistgħux jiġu kklassifikati bħala trasferiment tal-assi kollha, fis-sens tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li elementi bħal ma huma t-tul permess tal-kirja u l-metodi miftiehma għat-tmiem tagħha għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni globali tal-operazzjoni ta’ trasferiment ta’ assi fis-sens tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva, peress li dawn jista’ jkollhom effett fuq din l-evalwazzjoni fil-każ fejn jiġu meqjusa bħala li jistgħu jostakolaw it-tkomplija fit-tul tal-attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, il-possibbiltà li kuntratt ta’ kiri permanenti jiġi xolt permezz ta’ avviż ta’ żmien qasir ma hijiex, fiha nnifisha, determinanti sabiex jiġi konkluż li l-persuna li favuriha sar it-trasferiment kellha l-intenzjoni li tillikwida immedjatament l-avvjament jew il-parti tal-impriża ttrasferita. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva ma tistax tiġi rrifjutata biss abbażi ta’ din ir-raġuni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-prinċipju tan-newtralità fiskali li hija inerenti fis-sitema komuni tal-VAT. Fil-fatt dan il-prinċipju b’mod partikolari jipprekludi li operaturi ekonomiċi li jwettqu l-istess operazzjonijiet jiġu ttrattati b’mod differenti fil-qasam tal-ġbir ta’ din it-taxxa (ara b’mod partikolari s-sentenzi tas-<DATE ISO="19990907">7 ta’ Settembru 1999</DATE>, Gregg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-216/97" PAGE.ECR="I-4947" YEAR="1999">C-216/97, Ġabra p. I-4947</REF.DOC.ECR>, punt 20, u tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, Skandinaviska Enskilda Banken, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/09" PAGE.ECR="I-1509" YEAR="2011">C-540/09, Ġabra p. I-1509</REF.DOC.ECR>, punt 36). Minn dan jirriżulta li jkun hemm ksur ta’ dan il-prinċipju jekk il-possibbiltà li l-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva jiġi applikat għal operazzjoni ta’ trasferiment tal-assi kollha, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun tiddependi fuq il-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ kiri, u b’mod partikolari fuq it-tul u fuq il-metodi ta’ xoljiment tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11087"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment tal-proprjetà tal-stokk tal-merkanzija u tat-tagħmir kummerċjali ta’ ħanut li jbigħ bl-imnut, li jsir fl-istess ħin mall-kiri, lill-persuna li favuriha jsir it-trasferiment, tal-bini tal-imsemmi ħanut għal tul indeterminat, iżda fejn il-kuntratt tal-kiri jista’ jiġi xolt fi żmien qasir miż-żewġ partijiet, jikkostitwixxi trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-assi ttrasferiti jkunu suffiċjenti sabiex l-imsemmija persuna li favuriha sar it-trasferiment tkun tista’ tkompli fit-tul attività ekonomika awtonoma.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment tal-proprjetà tal-stokk tal-merkanzija u tat-tagħmir kummerċjali ta’ ħanut li jbigħ bl-imnut, li jsir fl-istess ħin mall-kiri, lill-persuna li favuriha jsir it-trasferiment, tal-bini tal-imsemmi ħanut għal tul indeterminat, iżda fejn il-kuntratt tal-kiri jista’ jiġi xolt fi żmien<?PAGE NO="I-11088"?> qasir miż-żewġ partijiet, jikkostitwixxi trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-assi ttrasferiti jkunu suffiċjenti sabiex l-imsemmija persuna li favuriha sar it-trasferiment tkun tista’ tkompli fit-tul attività ekonomika awtonoma.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>