Official Journal 150 , 12/08/1966 P. 2749 - 2750
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0029
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0029
Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0185
English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0212
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0097
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0113
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0113
Ir-Regolament Nru 121/66/KEE tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 1966 li jistabbilixxi l-lista ta' postijiet li għalihom tista' tingħata allowance għall-kera, l-ammont massimu ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata Il-Kunsill tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, Il-Kunsill tal-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament nru 31 (KEE), 11 (KEEA) [1] dwar ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-Aġenti oħrajn tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 14a ta' l-Anness VII għall dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 22 u 67 ta' dawk il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg: Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea: Billi huwa għall-Kunsilli, waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal li jistabbilixxu l-postijiet li għalihom tista' tingħata allowance għall-kera, l-ammont massimu ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata; Adottaw dan ir-Regolament: Artikolu 1 Uffiċċjal impjegat f'post fejn il-problema ta' akkomodazzjoni hija rikonoxxuta bħala waħda partikolarment diffiċli jista' jingħata allowance għall-kera taħt il-kondizzjonijiet elenkati hawn taħt. Artikolu 2 1. Il-postijiet ta' impjieg li għalihom l-allowance imsemmija fl-Artikolu 1 tista' tinagħta għandhom ikunu: Il-Ġermanja Karlsruhe Garching Geesthacht Franza Pariġi Dipartimenti ta' Hauts-de-Seine, Seine-St.-Denis, Val-de-Marne, Essonne, Yvelines, Val d ' Oise Cadarache Grenoble Ir-Renju Unit Londra L-Isvizzera Ġinevra. 2. Minbarra l-postijiet imsemmijja fl-paragrafu 1, allowance għall-kera tista' wkoll tingħata fir-rigward ta' postijiet fejn ma hemmx aktar minn tliet uffiċjali. F'dan il-każ, il-Kummissjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-Kunsilli u l-lista sottomessa għandha tkun ikkonsidrata bhala approvata jekk fi żmien sitt ġimgħat l-ebda delegazzjoni ma tkun uriet ix-xewqa li tikkontesta l-għoti ta' allowance għall-kera fir-rigward ta' dawk il-postijiet. Artikolu 3 Qabel ma tagħti xi allowance, l-awtorità li taħtar għandha tara jekk l-akkomodazzjoni tkunx addattata għall-ħtiġiet ta' l-uffiċjal, meta jkunu kkonsidrati r-responsabbiltajiet tiegħu u ċ-ċirkustanzi familjari tiegħu, u l-għadd ta' dipendenti li attwalment jgħixu miegħu. Fejn ikun xieraq, tista' tistabbilixxi limitu fuq l-ammont ta' kera li tista' tkun ikkonsidrata biex tiġi kkalkolata l-allowance għall-akkomodazzjoni. Artikolu 4 Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, allowance għall-kera għandha tingħata lil uffiċċjal li l-kera tiegħu ta' kull xahar, apparti, fejn xieraq, l-ispiża ta' servizzi bħas-sistema ta' tisħin, ta' l-ilma, tal-gass, ta' l-elettriku u tal-manutenzjoni, tammonta għal aktar minn: 18 % | għal uffiċjali li jitilgħu sa, u jinkludu, l-grad B2 | 20 % | għal uffiċjali minn grad B1 sa grad A4 | 22 % | għal uffiċjali li huma ta' livell ogħla minn grad A4 | Ta' l-emolumenti totali tiegħu kif determinati hawn taħt. L-emolumenti totali għandhom jikkonsistu fis-salarju bażiku flimkien ma' allowance ta' l-espatrijazzjoni u l-allowance tal-kap ta' familja, bit-tnaqqis tat-tnaqqis obbligatorju immsemmija fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal u t-taxxa tal-Komunità. L-ammont li jirriżulta minn dan għandu jkun aġġustat bill-fattur korrettiv applikabbli fil-post ta' l-impieg ta' l-uffiċċjal ikkonċernat. Artikolu 5 L-Istituzzjoni għandha tkun responsabbli għal dik il-parti tal-kera li teċċedi l-persentaġġi indikati fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 4 sa: 50 % | għal uffiċċjal mhux miżżewweġ li huwa kap ta' familja mingħajr dipendenti: | 55 % | għal uffiċċjal li huwa kap ta' familja b'dipendenti wieħed; | 60 % | għal uffiċċjal li huwa kap ta' familja b'aktar minn dipendenti wieħed; | Fejn l-espressjoni "dipendenti" għandha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 ta' l-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal. Artikolu 6 L-allowances għall-kera ma għandhom fl-ebda każ jeċċedu l-5 % ta' l-emolumenti totali indikati fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4. Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1966. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 1966. Għall-Kunsilli Il-President S. A. Posthumus [1] ĠU C 45, ta' l-14.6.1962, p. 1385/62.ĠU C 47, ta' l-24.3.1965, p. 701/65. --------------------------------------------------