02019R0893 — MT — 24.02.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/893

tat-28 ta' Mejju 2019

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis DSM 15544 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1444/2006 (detentur tal-awtorizzazzjoni, ►M1  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 142 29.5.2019, p. 60)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/146 tat-3 ta’ Frar 2020

  L 31

3

4.2.2020




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/893

tat-28 ta' Mejju 2019

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis DSM 15544 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1444/2006 (detentur tal-awtorizzazzjoni, ►M1  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartieni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” għall-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1444/2006 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizz azzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1820

►M1  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

Kompożizzjoni kimika:

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) b'minimu ta' 1 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori vijabbli (CFU) tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tat-triptonju tas-soja (EN 15784:2009)

Identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Tiġieġ tas-simna

—

►M1  3 × 108  ◄

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.  L-użu huwa permess f'għalf li fih wieħed mill-koċċidjostatiki awtorizzati li ġejjin: sodju tal-monensin, sodju tas-salinomiċina, sodju seduramiċina, sodju lasaloċidu, ammonju tal-maduramiċina, narasin/nikarbażin, diklażuril.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali li jinkludi protezzjoni għall-għajnejn u għan-nifs.

It-18 ta' Ġunju 2029

(1)   Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.