31992R0509



Official Journal L 055 , 29/02/1992 P. 0080 - 0081
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0111
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0111


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 509/92

tat-28 ta' Frar 1992

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ([1]

) dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 396/92 ([2]

), u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessi mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi hija xierqa li l-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3896/90 ([3]), għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur jekk il-kuntratt vinkolanti kien konkluż kif mistenni fl-Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90 ([4]

);

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jintalbu taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur jekk il-kuntratt vinkolanti kien konkluż kif mistenni fl-Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1715/90.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Frar 1992.

Għall-Kummissjoni.

Christiane SCRIVENER

Membru tal-Kummissjoni

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti Il-kodiċi tal-klassifikazzjoni tan-NM Raġunijiet

(1) (2) (3)

1. Il-prodott, li jikkonsisti minn taħlita ta' residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun (madwar 40 %), residwi mill-estrazzjoni taż-żejt mill-mikrobi tal-qamħirrun bil-metodu tat-tixrib (madwar 30 %) u residwi tad-distillazzjoni ta' l-alkoħol mill-qamħirrun (distillati mill-qamħa') (madwar 30 %), li jippreżenta l-karatteristiċi analitiċi li ġejjin, toqol ta' materja xotta: - lamtu 18 % stabbilit skond il-metodu li hemm fl-Anness I.1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE ([5] ) - proteini (N x 6,25) 28 % stabbilit skond il-metodu li hemm fl-Anness I.2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE - xaħmijiet 4,4 % stabbiliti skond il-metodu A li hemm fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 84/4/KEE ([6] ) Huwa wżat fl-għalf ta' l-annimali. 2309 90 41 Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, min-nota addizzjonali 1 tal-kapitolu 23 u mit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 2309, 2309 90 u 2309 90 41.

2. Preparazzjoni li tikkonsisti l-aktar minn taħlita ta' madwar 60 % calcium hydrogen-orthophosphate (dicalcium phosphate), bħala toqol, u madwar 40 % calcium bis (dihydrogenorthophosphate) (monocalcium phosphate), bħala toqol, użata fl-għalf ta' l-annimali. 2309 90 99 Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2309, 2309 90 u 2309 90 99 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni ta' l-HS, l-intestatura 23.09, parti II. Ċ).

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 44, ta' l-20.2.1992, p. 9.

[3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17.

[4] ĠU L 160, tas-26.6.1990, p. 1.

[5] ĠU L 123, tad-29.5.1972, p. 6.

[6] ĠU L 15, tat-18.1.1984, p. 28.