<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-348/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0348</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:545">EU:C:2019:545</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20190627">27.6.2019</DATE> – Kawża C‑348/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal‑prodotti tal-ħalib</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 3950/92</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1)</KEYWORD><KEYWORD>Stabbiliment tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tal-imposta addizzjonali dovuta</KEYWORD><KEYWORD>Allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati</KEYWORD><KEYWORD>Miżura nazzjonali li talloka mill-ġdid il-kwantitajiet mhux użati abbażi ta’ kriterji oġġettivi ta’ prijorità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑348/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20180529">29 ta’ Mejju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA),</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>Comitato Spontaneo Produttori Latte (COSPLAT),</P><P>Società Agricola Galleana – Società semplice,</P><P>VS et,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Vajda u A. Kumin (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice, minn M. Aldegheri u E. Ermondi, avvocati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn X. A. Lewis, D. Bianchi u F. Moro, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat‑<DATE ISO="19921228">28 ta’ Diċembru 1992</DATE> li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="405" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 405, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/1999 tas‑<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="160" PAGE.FIRST="73" DATE.PUB="1999">ĠU 1999, L 160, p. 73</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 3950/92<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice u l’Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA) (l-Aġenzija għall-Għoti ta’ Għajnuna fis-Settur Agrikolu, l-Italja) dwar l-aġġustament nazzjonali tal-kwoti tal-ħalib għall-perijodu ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib bejn l‑<DATE ISO="20000401">1 ta’ April 2000</DATE> u l‑<DATE ISO="20010331">31 ta’ Marzu 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 3950/92</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 3, 6 u 7 tar-Regolament Nru 3950/92 jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Billi, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 856/84 tal‑<DATE ISO="19840331">31 ta’ Marzu 1984</DATE>, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 804/68 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="090" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1984">ĠU 1984, L 90, p. 10</REF.DOC.OJ>], twaqqfet, sa mit‑<DATE ISO="19840402">2 ta’ April 1984</DATE>, skema ta’ imposta addizzjonali fl-imsemmi settur; li l-iskema stabbilita għal disa’ snin, li jiskadu fil‑<DATE ISO="19930331">31 ta’ Marzu 1993</DATE>, għandha l-għan li tnaqqas l-iżbilanċ bejn l-offerta u d-domanda għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib u l-eċċessi strutturali li jirriżultaw minn dan; li din l-iskema tibqa’ neċessarja fil-futur sabiex jintlaħaq bilanċ aħjar tas-suq; u li, għaldaqstant, dan l-għan għandu jitfittex għal seba’ perijodi ġodda ta’ tnax-il xahar konsekuttivi sa mill‑<DATE ISO="19930401">1 ta’ April 1993</DATE>;</P><P>[…]</P><P>Billi l-metodu adottat fl‑1984 li jikkonsisti fl-introduzzjoni ta’ imposta fuq il-kwantitajiet tal-ħalib miġbura jew mibjugħa għall-konsum dirett, ’il fuq minn ċertu limitu ta’ garanzija, għandu jinżamm; li l-imsemmi limitu ta’ garanzija huwa ffissat, għal kull Stat Membru, bħala kwantità totali ggarantita l-ammont tal-kwantitajiet individwali mogħtija ma jistax jaqbeż, kemm għall-kunsinni kif ukoll għall-bejgħ għall-konsum dirett; […]</P><P>[…]</P><P>Billi, jekk il-kwantitajiet globali ggarantiti lill-Istat Membru jiġu eċċeduti, dan iwassal għall-ħlas tal-imposta mill-produtturi li kkontribwixxew għall-eċċess; […]</P><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><P>Billi, bil-għan li tinżamm forma flessibbli biżżejjed ta’ amministrazzjoni tal-iskema, jeħtieġ li tiġi pprovduta tpaċija tal-ammonti li jkunu nqabżu tal-kwantitajiet ta’ referenza individwali kollha li jkunu tal-istess natura ġewwa t-territorju tal-Istat Membru; li, f’dak li jirrigwarda l-kunsinni, li jirrappreżentaw kważi l-kwantitajiet kollha kkummerċjalizzati, in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċità sħiħa tal-imposta fil-Komunità kollha tiġġustifika, bħala prinċipju, iż-żamma tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jagħżlu bejn żewġ modi ta’ aġġustament tal-eċċessi tal-kwantitajiet ta’ referenza individwali, fid-dawl tad-diversità tal-istrutturi ta’ produzzjoni u ta’ ġbir tal-ħalib; li, f’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati li ma jallokawx mill-ġdid il-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati fl-aħħar ta’ perijodu, fuq il-livell nazzjonali jew bejn xerrejja, u li jużaw l-ammont miġbur li jaqbeż l-imposta dovuta għall-finanzjament ta’ programmi nazzjonali ta’ ristrutturar u/jew li jħallsuh lura lill-produtturi ta’ ċerti kategoriji jew li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni eċċezzjonali;<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 3950/92 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għal seba’ perijodi konsekuttivi ġodda ta’ tnax-il xahar li jibdew fl‑<DATE ISO="20000401">1 ta’ April 2000</DATE>, hija stabbilita imposta addizzjonali fuq produtturi tal-ħalib tal-baqra fuq il-kwantitajiet ta’ ħalib jew ta’ ekwivalenti ta’ ħalib ikkunsinnati lil xerrej jew mibjugħa direttament għall-konsum matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar inkwistjoni u li jaqbżu kwantità li għandha tiġi stabbilita.</ALINEA><ALINEA>L-imposta hija stabbilita f’115 % tal-prezz indikattiv tal-ħalib.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-imposta hija dovuta fuq il-kwantitajiet kollha ta’ ħalib jew l-ekwivalenti ta’ ħalib ikkummerċjalizzati matul il-perijodu ta’ 12-il xahar inkwistjoni u li jaqbżu xi wieħed mill-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 3. Din għandha tinqasam bejn il-produtturi li jkunu kkontribwixxew għall-eċċess.</ALINEA><ALINEA>Skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru, il-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-imposta dovuta għandha tiġi stabbilita, wara li l-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati jkunu ġew allokati mill-ġdid jew le, jew fil-livell tax-xerrej skont l-eċċess li jibqa’ wara li l-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati jkunu ġew allokati proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull produttur, jew fil-livell nazzjonali skont l-eċċess fil-kwantità ta’ referenza ta’ kull produttur individwali.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-imposta hija dovuta u l-ammont miġbur huwa ogħla, l-Istat Membru jista’ juża l-eċċedent għall-finanzjament tal-miżuri msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 8 u/jew iqassmu mill-ġdid lill-produtturi li jaqgħu fil-kategoriji ta’ prijorità stabbiliti mill-Istat Membru abbażi ta’ kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ddeterminati jew li huma affettwati minn sitwazzjoni eċċezzjonali li tirriżulta minn dispożizzjoni nazzjonali li ma għandha ebda rabta ma’ din l-iskema.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament jipprevedi li l-imposta għandha titqies bħala li tagħmel parti mill-interventi intiżi għar-regolarizzazzjoni tas-swieq agrikoli u hija assenjata għall-finanzjament tal-infiq tas-settur tal-ħalib.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 536/93</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Is-sitt premessa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 536/93 tad‑<DATE ISO="19930309">9 ta’ Marzu 1993</DATE> li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali fuq il-ħalib u prodotti tal-ħalib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="057" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="1993">ĠU 1993, L 57, p. 12</REF.DOC.OJ>), tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Billi, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament [Nru 3950/92], huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji skont liema kategoriji ta’ prijorità ta’ produtturi ser jibbenefikaw minn rimbors ta’ imposta sa fejn l-Istat Membru jqis xieraq li ma jwettaqx fit-territorju tiegħu allokazzjoni mill-ġdid totali tal-kwantitajiet mhux użati; illi huwa biss fil-każ li dawn il-kriterji ma jkunux applikati b’mod sħiħ fi Stat Membru li dan tal-aħħar ikun jista’ jiġi awtorizzat li jżomm, bi qbil mal-Kummissjoni, kriterji oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 536/93 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-aħħar ta’ kull wieħed mill-perijodi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament [Nru 3950/92], ix-xerrej għandu jagħmel għal kull produttur kalkolu li jindika, fir-rigward tal-kwantità ta’ referenza u tal-kontenut rappreżentattiv ta’ xaħam ta’ ħalib li għandu dan tal-aħħar, il-volum u l-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib u/jew tal-ekwivalenti ta’ ħalib li huwa kkunsinna matul il-perijodu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru jista’ jipprevedi li l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lix-xerrej l-ammont tal-imposta li huwa għandu jħallas wara li, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru, tkun allokat mill-ġdid, jew le, il-kwantitajiet ta’ referenza kollha jew parti minnhom mhux użati, jew direttament lill-produtturi kkonċernati jew lix-xerrejja sabiex dawn jitqassmu bejn il-produtturi kkonċernati.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 536/93:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, meta jkun il-każ, il-kategoriji ta’ prijorità ta’ produtturi msemmija fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament [Nru 3950/92], abbażi ta’ kriterju oġġettiv wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin, skont il-prijorità:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-rikonoxximent formali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-imposta kollha jew parti minnha nġabret b’mod indebitu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-post ġeografiku tal-ażjenda u, primarjament, iż-żoni fil-muntanji, kif iddefiniti fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/268/KEE [tat‑<DATE ISO="19750428">28 ta’ April 1975</DATE> dwar l-agrikoltura fuq il-muntanji u f’ċerti żoni żvantaġġati (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="128" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1975">ĠU 1975, L 128, p. 1</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>id-densità massima tal-ħażna fuq l-ażjenda għall-iskopijiet ta’ produzzjoni estensiva tal-bhejjem;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-ammont li bih il-kwantità ta’ referenza individwali hija maqbuża;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-volum u l-kwantità ta’ referenza tal-produttur.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ li l-finanzjament disponibbli għal perijodu partikolari ma jintużax kollu wara li l-kriterji ppreċitati jkunu ġew applikati, l-Istat Membru għandu jadotta kriterji oġġettivi oħrajn bi qbil mal-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1788/2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 3950/92 ġie mħassar u ssostitwit sa mill‑<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad‑<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE> li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 391, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 110, p. 16</REF.DOC.OJ>), huwa stess imħassar u ssostitwit, b’effett mill‑<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat‑<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="097" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 97, p. 4</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-premessi 2 u 14 tar-Regolament Nru 1788/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(2)</NO.P><TXT>Biex dawn it-tnejn igawdu mil-lezzjoni li ħadu u biex tkun imħaffa u ċċarata din l-iskema, ir-Regolament [Nru 3950/92] għandu jitħassar, waqt li r-regoli li jikkontrollaw l-iskema mtawla għandhom ikunu organizzati u ċċarati mill-ġdid.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Biex ikun żgurat li l-amministrazzjoni ta’ l-iskema tibqa’ flessibbli, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jallokaw mill-ġdid il-kwantitajiet tar-referenza mhux użati fit-tmiem ta’ perjodu, jew lokalment jew bejn ix-xerrejja.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kull kontribuzzjoni ta’ produttur għall-ħlas tat-taxxa għandha tkun stabbilita b’deċiżjoni mill-Istat Membru, wara li kull parti mhix użata tal-kwantità tar-referenza lokali li tkun ġiet allokata għat-twassil tkun jew ma tkunx ġiet allokata mill-ġdid, fi proporzjon għall-kwantitajiet tar-referenza individwali ta’ kull produttur jew skond kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew fuq livell lokali fuq il-bażi ta’ l-ammont li bih kull kwantità tar-referenza ta’ produttur tkun inqabżet,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jew l-ewwel fuq il-livell tax-xerrej u minn hemm ’il quddiem fuq livell nazzjonali meta jkun xieraq.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1(8) tad-decreto-legge n. 43, recante disposizioni urgenti per il settore lattierocaseario (Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 43 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti għas-settur tal-ħalib) tal‑<DATE ISO="19990301">1 ta’ Marzu 1999</DATE> (GURI Nru 50 tat‑<DATE ISO="19990302">2 ta’ Marzu 1999</DATE>), mibdul f’liġi, b’emendi, permezz tal-legge ordinaria n. 118 (il-Liġi Statutorja Nru 118) tas‑<DATE ISO="19990427">27 ta’ April 1999</DATE> (GURI Nru 100 tat‑<DATE ISO="19990430">30 ta’ April 1999</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 43/1999<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-programm nazzjonali ta’ kumpens għandu jsir għall-perijodi 1995‑1996, 1996‑1997, 1997‑1998 u 1998‑1999, skont il-kriterji u fl-ordni li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>favur produtturi detenturi ta’ kwota fiż-żoni fil-muntanji, konformement mad-Direttiva [75/268];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>favur produtturi detenturi ta’ kwota A u ta’ kwota B li fil-konfront tagħhom ġie ordnat tnaqqis fil-kwota B, fil-limitu tal-kwantità mnaqqsa;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>favur produtturi detenturi ta’ kwota li jinsabu fiż-żoni żvantaġġati, konformement mad-Direttiva [75/268], u fiż-żoni li jaqgħu taħt l-Oġġettiv 1, konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/93 tal‑<DATE ISO="19930720">20 ta’ Lulju 1993</DATE> [li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2052/88 dwar il-kompiti tal-Fondi Strutturali u l-effikaċja tagħhom u dwar il-koordinament tal-attivitajiet bejniethom u mal-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investimenti u l-Istrumenti Finanzjarji eżistenti oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1993">ĠU 1993, L 193, p. 5</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>favur il-produtturi detenturi esklużivament tal-kwota A li qabżu l-kwota tagħhom, fil-limitu ta’ 5 % tal-imsemmija kwota;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>favur il-produtturi l-oħrajn kollha detenturi ta’ kwota;</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>e-bis)</NO.P><TXT>favur il-produtturi l-oħrajn kollha<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(5) tad-decreto-legge n. 8, recante disposizioni urgenti per la ripartizione dell’aumento comunitario del quantitativo globale di latte e regolazione provvisoria del settore lattiero-caseario (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 8 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti għat-tqassim taż-żieda Komunitarja fil-kwantità globali ta’ ħalib u għall-kontroll provviżorju tas-settur tal-ħalib) tal‑<DATE ISO="20000204">4 ta’ Frar 2000</DATE> (GURI Nru 30 tas‑<DATE ISO="20000207">7 ta’ Frar 2000</DATE>), mibdul f’liġi, b’emendi, permezz tal-legge n. 79 (il-Liġi Nru 79) tas‑<DATE ISO="20000407">7 ta’ April 2000</DATE> (GURI Nru 82 tas‑<DATE ISO="20000407">7 ta’ April 2000</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 8/2000<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) wessa’ l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 1(8) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 43/1999 għall-perijodi wara kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib, fosthom dak ta’ bejn l‑<DATE ISO="20000401">1 ta’ April 2000</DATE> u l‑<DATE ISO="20010331">31 ta’ Marzu 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tamministra impriża agrikola li tipproduċi l-ħalib. Matul il-perijodu ta’ bejn l‑<DATE ISO="20000401">1 ta’ April 2000</DATE> u l‑<DATE ISO="20010331">31 ta’ Marzu 2001</DATE>, hija qabżet il-kwantità ta’ referenza individwali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20010726">26 ta’ Lulju 2001</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Skema tal-kwoti tal-ħalib – Aġġustament nazzjonali, perijodu 2000/2001<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, l-AGEA kkomunikat lill-produtturi l-eċċessi ta’ produzzjoni tagħhom u r-riżultat tal-operazzjonijiet ta’ aġġustament. Bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni, il-kwantitajiet ta’ referenza individwali mhux użati ġew allokati mill-ġdid skont kriterju ta’ prijorità skont il-kategoriji, previst mil-leġiżlazzjoni applikabbli. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma kinitx fost il-benefiċjarji ta’ din l-allokazzjoni mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kkontestat quddiem it-Tribunale amministrativo regionale del Lazio – sede di Roma (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio – sede ta’ Ruma, l-Italja) il-legalità ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll tad-deċiżjoni tal-AGEA, adottata skont l-Artikolu 1(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 8/2000, li għandha bħala suġġett l-aġġustament nazzjonali għall-perijodu ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ta’ bejn l‑<DATE ISO="20000401">1 ta’ April 2000</DATE> u l‑<DATE ISO="20010331">31 ta’ Marzu 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li r-rikors tagħha ġie miċħud, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali appellat quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tqis li d-dispożizzjonijiet legali li jipprevedu l-modalitajiet ta’ distribuzzjoni mill-ġdid li ġew applikati għaliha, b’mod partikolari l-Artikolu 1(8) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 43/1999 u l-Artikolu 1(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 8/2000, huma kuntrarji għar-Regolamenti Nri 3950/92 u 536/93. Fil-fatt, billi ppreveda li l-imposta addizzjonali hija kkwantifikata wara allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati skont kategoriji prijoritarji, il-leġiżlatur Taljan kiser l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 li jimponi, fil-każ li l-Istati Membri jagħżlu li jallokaw mill-ġdid il-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, kriterju ta’ parità u proporzjonat li ma jista’ jkun suġġett għal ebda deroga.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) jirrileva, qabelxejn li minn qari tal-Artikolu 1(8) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 43/1999 u mill-konstatazzjoni tal-prattika segwita mill-Istat Taljan jirriżulta li, bejn iż-żewġ forom ta’ aġġustament awtorizzati in abstracto fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 3950/92, dan tal-aħħar għażel dik li tikkonsisti f’allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92. Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-għażla prevista f’din id-dispożizzjoni, it-tranżazzjonijiet ta’ kumpens bejn kwoti b’eċċess u kwoti mhux użati totalment, kif ukoll l-allokazzjonijiet mill-ġdid lill-produtturi b’eċċess tal-kwantitajiet ta’ referenza individwali mhux użati saru skont kategoriji, billi ġiet segwita l-ordni indikata, u mhux proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull produttur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sussegwentement, din il-qorti targumenta li, anki jekk l-argument tar-rikorrenti kien fondat, dan iwassal għall-illegalità, bla ħsara għall-konstatazzjoni tal-eċċess ta’ produzzjoni inizjali, tal-modalitajiet li bihom jiġu indikati l-benefiċjarji tal-allokazzjonijiet mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza individwali mhux użati, li wasslu għall-esklużjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont il-ġurisprudenza nazzjonali dominanti, ir-Regolament Nru 3950/92 ma jimponix obbligu ta’ proporzjonalità fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwoti mhux użati u, barra minn hekk, il-kriterji ta’ prijorità huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1788/2003. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tiddubita li tali kunsiderazzjoni hija kompatibbli ma’ dak li kienu jipprevedu, ratione temporis, ir-Regolamenti Nri 3950/92 u 536/93. Hija tistaqsi b’mod partikolari jekk dawn ir-regolamenti għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwoti individwali mhux użati ssir neċessarjament fuq bażi ta’ parità u proporzjonata, jew jekk l-Istati Membri jistgħux jindikaw kategoriji ta’ produtturi benefiċjarji b’mod prijoritarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament [Nru 3950/92], għandu jiġi interpretat – anki fid-dawl tal-motivi esposti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Kurt und Thomas Etling et</NAME.CASE> [(<NO.CASE>C‑230/09 u C‑231/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:271">EU:C:2011:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)], b’rabta mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament [Nru 1788/2003] – fis-sens li l-allokazzjoni tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali intiża għall-kunsinni tista’ ssir skont kriterji oġġettivi ta’ prijorità ffissati mill-Istati Membri, jew inkella għandu jiġi interpretat fis-sens li din il-fażi ta’ aġġustament għandha tiġi rregolata minn kriterju esklużiv ta’ proporzjonalità?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan jikkontesta l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari. Huwa jispjega li d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija ipotetika u jenfasizza f’dan ir-rigward li l-qorti tal-ewwel istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għar-raġuni li hija, fid-dawl tan-natura ġenerali tal-ilmenti tagħha, sempliċement ikkontestat is-sistema kollha, iżda ma pprovdiet ebda prova f’dak li jirrigwarda produzzjoni tal-ħalib differenti għall-perijodu ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ bejn l‑<DATE ISO="20000401">1 ta’ April 2000</DATE> u l‑<DATE ISO="20010331">31 ta’ Marzu 2001</DATE> jew dritt għal allokazzjoni oħra tal-kwota. Peress li dan ġie kkonfermat fl-appell, ma hemmx lok li jiġi applikat ir-Regolament Nru 3950/92 u lanqas, konsegwentement, li tintalab l-interpretazzjoni tiegħu mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan iżid li l-qorti tar-rinviju ma ppreżentat l-ebda tip ta’ punt ta’ fatt li jista’ jwassal sabiex jitqies li t-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali intiża li tikseb kwantità individwali ta’ referenza oħra hija f’xi modi plawżibbli jew, għall-inqas, ma hijiex manifestament totalment implawżibbli. Din il-qorti essenzjalment ittrattat din il-kawża bħallikieku kienet tirrigwarda biss kwistjoni ta’ dritt, minkejja li, bħalma jirriżulta mid-deċiżjoni tal-ewwel istanza, din tirrigwarda qabelxejn kwistjoni ta’ fatt. L-imsemmija qorti kellha tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-minimu ta’ punti ta’ fatt neċessarju sabiex tintwera l-utilità, għall-inqas potenzjali, tal-interpretazzjoni mitluba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li hija biss il-qorti nazzjonali li hija adita bil-kawża u li għandha tagħti d-deċiżjoni sussegwenti li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tagħti deċiżjoni. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181204">4 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality u Commissioner of An Garda Síochána</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:979">EU:C:2018:979</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, id-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi risposta utli lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ebda element fil-proċess ma jippermetti li jitqies li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, jew li hija ta’ natura ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju hija adita b’tilwima li fil-kuntest tagħha r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tallega l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-modalitajiet ta’ allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet individwali mhux użati u tikkontesta l-legalità tal-imposta addizzjonali li ġiet imposta fuqha. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tindika espressament, fil-punt 9 tad-deċiżjoni tar-rinviju, li t-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha hija rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, sakemm, jekk l-argument tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali kien fondat, dan iwassal għall-illegalità, bla ħsara għall-konstatazzjoni tal-eċċess ta’ produzzjoni inizjali, tal-modalitajiet li bihom jiġu indikati l-benefiċjarji tal-allokazzjonijiet mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza individwali mhux użati li wasslu għall-esklużjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jiddeċiedi li jwettaq l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, din l-allokazzjoni mill-ġdid għandha ssir, bejn il-produtturi li jkunu eċċedew il-kwantitajiet ta’ referenza tagħhom, proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull wieħed minn dawn il-produtturi, jew jekk din tistax issir skont kriterji oġġettivi ta’ prijorità stabbiliti mill-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mill-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Baumgartner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑513/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:772">EU:C:2018:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 jipprevedi li, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru, il-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-imposta dovuta għandha tiġi stabbilita, wara li l-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati jkunu ġew allokati mill-ġdid jew le, jew fil-livell tax-xerrej skont<?PAGE NO="9"?> l-eċċess li jibqa’ wara li l-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati jkunu ġew allokati proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull produttur, jew fil-livell nazzjonali skont l-eċċess fil-kwantità ta’ referenza ta’ kull produttur individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, bħalma tikkonferma wkoll is-seba’ premessa ta’ dan ir-regolament, din id-dispożizzjoni kienet tħalli lill-Istati Membri l-għażla li jagħmlu allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza totali għall-produtturi li jkunu wettqu eċċessi ta’ kunsinni, qabel jistabbilixxu l-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed mill-produtturi għall-ħlas tal-imposta dovuta. Fil-fatt, id-deċiżjoni li titwettaq allokazzjoni mill-ġdid hija preliminari u fakultattiva għall-istabbiliment tal-kontribuzzjoni tal-produtturi u taffettwa r-riżultat ta’ din tal-aħħar (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Kurt und Thomas Etling et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/09 u C‑231/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:271">EU:C:2011:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 kif ukoll mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 536/93 jirriżulta li l-Istat Membru għandu l-possibbiltà li jwettaq l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati fl-aħħar tal-perijodu jew fuq il-livell nazzjonali, direttament lill-produtturi kkonċernati, jew fuq il-livell tax-xerrejja sabiex dawn ikunu jistgħu jitqassmu bejn il-produtturi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li jargumenta l-Gvern Taljan, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92, minkejja li jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jallokaw mill-ġdid il-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati fl-aħħar tal-perijodu, dan ma jawtorizzahomx biex jiddeċiedu skont liema kriterji tali allokazzjoni mill-ġdid għandha ssir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jwettaq l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, dawn il-kwantitajiet jitqassmu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull produttur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-argument tal-Gvern Taljan, skont liema l-imsemmija dispożizzjoni ma tirrigwardax il-kriterji ta’ allokazzjoni mill-ġdid innifishom u ssemmi l-kriterju proporzjonali biss għall-finijiet tal-kalkoli li x-xerrej għandu jagħmel fl-ipoteżi li huwa jkollu japplika l-imposta fuq il-produtturi, huwa kontradett espressament mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li mill-verżjonijiet lingwistiċi kollha tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 jirriżulta b’mod ċar li huwa fil-fatt it-tqassim tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, jiġifieri l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-kwantitajiet, li għandu jsir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull produttur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u li l-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tal-imposta dovuta hija, fir-rigward tagħha, stabbilita skont l-eċċess tal-kwantità ta’ referenza li għandu kull produttur (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Kurt und Thomas Etling et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/09 u C‑231/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:271">EU:C:2011:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 għaldaqstant jistabbilixxi kriterju skont liema għandha ssir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati. Għaldaqstant, peress li din id-dispożizzjoni ma ssemmi ebda kriterju ieħor u lanqas ma tagħmel riferiment għall-kompetenza tal-Istati Membri sabiex jiddeterminaw il-kriterji partikolari tagħhom, dan il-kriterju ta’ tqassim mill-ġdid proporzjonali għandu jitqies li huwa l-uniku wieħed skont liema għandha ssir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkonfermata mill-kuntest li jidħol fih it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92. Fil-fatt, il-possibbiltà li, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati ssir skont kriterji oħrajn ma tistax tiġi dedotta mill-Artikolu 2(4) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 3950/92, kif ukoll barra minn hekk mill-premessa (6) tar-Regolament Nru 536/93, jirriżulta li, meta Stat Membru jkun qies xieraq li ma jwettaqx, fit-territorju tiegħu, allokazzjoni mill-ġdid totali tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, l-Istat Membru jista’, meta l-imposta hija dovuta u l-ammont miġbur huwa ogħla, juża l-eċċess għall-finanzjament tal-miżuri msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 3950/92 u/jew jirrimborsah lill-produtturi li jaqgħu taħt il-kategoriji prijoritarji stabbiliti mill-Istat Membru abbażi ta’ kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ddeterminati jew li huma affaċċjati b’sitwazzjoni eċċezzjonali li tirriżulta minn dispożizzjoni nazzjonali li ma għandha ebda relazzjoni ma’ din l-iskema. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kategoriji prijoritarji skont kriterju oġġettiv wieħed jew diversi, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 536/93, skont ordni prijoritarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-possibbiltà li jiġu allokati mill-ġdid, kollha jew parti minnhom, il-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92, u l-possibbiltà, li Stat Membru jista’ jimplimenta, jekk huwa ma jagħmilx allokazzjoni mill-ġdid totali tal-kwantitajiet mhux użati, li jiddeċiedi li jirrimborsa jew le lill-produtturi l-eċċess tal-imposta, konformement mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 3950/92, isegwu loġiċi differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 huwa intiż li jnaqqas proporzjonalment l-eċċess tal-kwantitajiet ta’ referenza tal-produtturi, sabiex inaqqas ukoll il-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-imposta dovuta. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(4) ta’ dan ir-regolament għandu l-għan li jiddetermina l-allokazzjoni tal-ammont tal-imposta eċċedent, billi jipprevedi li r-rimbors tagħha, meta huwa deċiż minn Stat Membru, għandu jsir għall-benefiċċju tal-produtturi li jaqgħu taħt kategoriji prijoritarji, iddeterminati skont il-kriterji oġġettivi previsti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minħabba d-differenza fil-loġika li ssejjes il-mekkaniżmi previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u fl-Artikolu 2(4), rispettivament, tar-Regolament Nru 3950/92, ir-rilevanza, għall-applikazzjoni tal-ewwel dispożizzjoni, tal-kriterji stabbiliti mit-tieni dispożizzjoni ma tistax tiġi preżunta u tista’ tirriżulta biss minn riferiment espress f’dan is-sens fir-regolament. Issa, la r-Regolament Nru 3950/92 u lanqas ir-Regolament Nru 536/93 ma jipprevedu l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji fil-kuntest tal-implimentazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti tal-Gvern Taljan dwar l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għandha ssir proporzjonalment għall-kwantità ta’ referenza individwali ta’ kull produttur li jkun ikkunsinna b’eċċess, jew skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Kurt und Thomas Etling et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/09 u C‑231/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:271">EU:C:2011:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu ma huwiex ikkontestat li r-Regolament Nru 1788/2003, li daħal fis-seħħ fit‑<DATE ISO="20031028">28 ta’ Ottubru 2003</DATE> u applikabbli sa mill‑<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, ma huwiex applikabbli ratione temporis għall-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-perijodu ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib bejn l‑<DATE ISO="20000401">1 ta’ April 2000</DATE> u l‑<DATE ISO="20010331">31 ta’ Marzu 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ċertament, sa fejn ir-Regolament Nru 1788/2003 huwa intiż, skont il-premessa 2 tiegħu, li jorganizza mill-ġdid u jikkjarifika r-regoli stipulati fir-Regolament Nru 3950/92, dan jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni ta’ dan ir-regolament tal-aħħar. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 kien ifittex l-istess loġika bħat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92, u li ma kienx jidher li l-possibbiltà għall-Istati Membri li jallokaw mill-ġdid il-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati fl-aħħar ta’ perijodu, prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, kienet innovazzjoni fil-konfront tal-iskema preċedenti jew inkella li saret emenda notevoli ta’ din tal-aħħar mil-leġiżlatur fuq dan il-punt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Kurt und Thomas Etling et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/09 u C‑231/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:271">EU:C:2011:271</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, filwaqt li huwa minnu li, fil-punti 63 u 64 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Kurt und Thomas Etling et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑230/09 u C‑231/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:271">EU:C:2011:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet riferiment għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92, sabiex tiddetermina l-portata tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>fi proporzjon għall-kwantitajiet tar-referenza individwali ta’ kull produttur jew skond kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li jinsabu fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, hija ma ħaditx pożizzjoni fuq il-kwistjoni dwar jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 kienx jawtorizza, bħalma sar il-każ bl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, lill-Istati Membri li jwettqu l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ddeterminati mill-imsemmija Stati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu barra minn hekk jiżdied li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet essenzjalment li, fil-każ li test ikun issostitwit b’ieħor, għandu jiġi preżunt, ħlief jekk ikun hemm prova kuntrarja, li kull differenza fir-redazzjoni ġġib magħha differenza fil-portata, jekk ir-redazzjoni l-ġdida twassal għal interpretazzjoni differenti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19610601">1 ta’ Ġunju 1961</DATE>, <NAME.CASE>Simon vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>15/60</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1961:11">EU:C:1961:11</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma jistax jiġi dedott mill-introduzzjoni, fir-Regolament Nru 1788/2003, tal-awtorizzazzjoni li ssir allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati skont kriterji li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri li tali possibbiltà kienet diġà teżisti fil-kuntest tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-għan tal-imposta, għandu jitfakkar li l-iskema tal-imposta addizzjonali hija intiża li tistabbilixxi mill-ġdid il-bilanċ bejn l-offerta u t-talba fis-suq tal-ħalib, ikkaratterizzat minn eċċessi strutturali, permezz ta’ limitazzjoni fil-produzzjoni tal-ħalib. Din il-miżura tidħol għaldaqstant fil-qafas tal-għanijiet ta’ żvilupp razzjonali tal-produzzjoni tal-ħalib u, billi tikkontribwixxi għal stabbilizzazzjoni tad-dħul tal-popolazzjoni agrikola kkonċernata, f’dak taż-żamma ta’ livell ta’ ħajja xieraq għal din il-popolazzjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880517">17 ta’ Mejju 1988</DATE>, <NAME.CASE>Erpelding</NAME.CASE>, <NO.CASE>84/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:245">EU:C:1988:245</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Agricola Ettore Ribaldi et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/00, C‑482/00, C‑484/00, C‑489/00 sa C‑491/00 u C‑497/00 sa C‑499/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:179">EU:C:2004:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konformement mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92, l-imposta addizzjonali stabbilita fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament titqassam bejn il-produtturi li jkunu kkontribwixxew għall-eċċess tal-kwantitajiet ta’ referenza (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑433/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:31">EU:C:2018:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bħalma jirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 3950/92, l-imposta addizzjonali tagħmel parti mill-interventi intiżi għar-regolarizzazzjoni tas-swieq agrikoli u hija assenjata għall-finanzjament tal-ispejjeż tas-settur tal-ħalib. Minn dan isegwi li, lil hinn mill-għan evidenti tagħha li tobbliga lill-produtturi tal-ħalib li josservaw il-kwantitajiet ta’ referenza li jkunu ġew attribwiti lilhom, l-imposta addizzjonali għandha wkoll għan ekonomiku, sa fejn din hija intiża li tagħti lill-Komunità l-fondi neċessarji għall-fluss tal-produzzjoni mwettqa mill-produtturi f’eċċess tal-kwoti tagħhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Agricola Ettore Ribaldi et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/00, C‑482/00, C‑484/00, C‑489/00 sa C‑491/00 u C‑497/00 sa C‑499/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:179">EU:C:2004:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Sa fejn l-eżerċizzju tal-possibbiltà rrikonoxxuta lill-Istat Membru li jwettaq l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati jwassal għat-tnaqqis tal-eċċess tal-kwantitajiet ta’ referenza tal-produtturi kif ukoll, konsegwentement, għat-tnaqqis tal-fondi kkostitwiti mill-imposta dovuta, Stat Membru ma jistax liberament jiddeċiedi l-mod kif għandha ssir din l-allokazzjoni mill-ġdid, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni ssuġġetta l-eżerċizzju ta’ din il-possibbiltà għal kundizzjonijiet għal dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-għan tal-imposta addizzjonali jsaħħaħ għaldaqstant l-interpretazzjoni li tipprovdi li l-kriterju ta’ tqassim proporzjonali, l-uniku wieħed previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92, għandu jitqies bħala l-uniku kriterju skont liema għandha ssir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati. Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, ma jistax jiġi dedott minn interpretazzjoni teleoloġika li, barra minn hekk, anki fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni espressa f’dan is-sens, Stat Membru jista’ jwettaq l-allokazzjoni mill-ġdid skont kriterji oħrajn.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, l-argumenti tal-Gvern Taljan skont liema l-użu ta’ kriterji oħrajn ma huwiex espressament ipprojbit mir-Regolament Nru 3950/92 jew mir-Regolament Nru 536/93, li jippermetti li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija fis-settur tal-ħalib u ma jikser ebda prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ma jistgħux jirnexxu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, sakemm id-dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji ġenerali tiegħu, ma jinkludix regoli komuni, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fl-eżekuzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, billi jsegwu r-regoli formali u sostantivi tad-dritt nazzjonali tagħhom, filwaqt li huma obbligati, meta huma jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom b’osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li fosthom hemm il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Agricola Ettore Ribaldi et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/00, C‑482/00, C‑484/00, C‑489/00 sa C‑491/00 u C‑497/00 sa C‑499/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:179">EU:C:2004:179</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, bħalma ġie rrilevat fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 jistabbilixxi kriterju skont liema għandha ssir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, li b’dan il-mod jirrestrinġi s-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jiddeċiedi li jwettaq allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, din l-allokazzjoni mill-ġdid għandha ssir, bejn il-produtturi li jkunu eċċedew il-kwantitajiet ta’ referenza tagħhom, proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull wieħed minn dawn il-produtturi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat‑<DATE ISO="19921228">28 ta’ Diċembru 1992</DATE> li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/1999 tas‑<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jiddeċiedi li jwettaq allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, din l-allokazzjoni mill-ġdid għandha ssir, bejn il-produtturi li jkunu eċċedew il-kwantitajiet ta’ referenza tagħhom, proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull wieħed minn dawn il-produtturi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>