<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-518/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0518</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:546">EU:C:2019:546</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20190627">27.6.2019</DATE> – Kawża C‑518/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">RD (Ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 805/2004</KEYWORD><KEYWORD>Titolu eżekuttiv Ewropew għad-djun mhux ikkontestati</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Standards minimi applikabbli għall-proċeduri relatati mad-djun mhux ikkontestati</KEYWORD><KEYWORD>Konvenut mingħajr indirizz magħruf li ma jidhirx fis-seduta</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑518/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Okresní soud v Českých Budějovicích (il-Qorti Distrettwali ta’ České Budějovice, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20180601">1 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">RD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">SC,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. Toader, President tal-Awla, A. Rosas u M. Safjan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u A. Kasalická, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn Z. Wagner u M. Z. Fehér, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u M. Šimerdová, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba saret fil-kuntest ta’ tilwima bejn RD u SC, persuna fiżika li l-indirizz tagħha ma huwiex magħruf, fir-rigward ta’ dejn lokattiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 5, 6, 10, 12, 13 u 16 tar-Regolament Nru 805/2004:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(5)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>talbiet [djun] mhux kontestati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> għandu ikopri s-sitwazzjonijiet kollha li fihom kreditur, minħabba n-nuqqas verifikat ta’ xi disputa mid-debitur dwar in-natura jew il-limitu tat-talba ta’ flus, ikun kiseb jew deċiżjoni tal-qorti kontra d-debitur jew dokument ta’ infurzar li jeħtieġ il-kunsens espress tad-ebitur, sew jekk ikun settlement tal-qorti jew strument awtentiku.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ oġġezzjonijiet mid-debitur kif stipulati fl-Artikolu 3(1)(b) jistagħu jieħu l-forma ta’ nuqqas li jidher fi smigħ tal-qorti jew nuqqas li jikkonforma ma’ talba tal-qorti li jagħti avviż bil-miktub tal-ħsieb tiegħu li jiddefendi l-każ.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Fejn qorti fi Stat Membru tkun tat sentenza fuq talba mhux kontestata fl-assenza ta’ parteċipazzjoni fil-proċedimenti, it-tneħħija ta’ xi verifiki fl-Istat Membru ta’ l-infurzar hija intrinsikament marbuta u dipendenti fuq l-eżistenza ta’ garanzija suffiċjenti ta’ l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Għandhom jiġu stabbiliti standards minimi għall-proċeduri li jwasslu għas-sentenza sabiex jiġi żgurat li d-debitur ikun informat dwar l-azzjoni fil-qorti kontrih, il-ħtiġiet għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċeduri li jikkontesta t-talba u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tiegħu fi żmien bizzejjed u b’dak il-mod li huwa ikun jista’ jirranġa għad-difiża tiegħu.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Minħabba d-differenzi bejn l-Istati membri fir-rigward tar-regoli tal-proċedura ċivili u speċjalment dawk li jiregolaw in-notifika tad-dokumenti, huwa meħtieġ li tiġi preskritta definizzjoni speċifika u dettaljata dwar dawk l-istandards minimi. B’mod partikolari, kull metodu ta’ notifika li huwa bbażat fuq assunzjonijiet legali fir-rigward tat-twettieq ta’ dawk l-istandards minimi ma għandhomx jitqiesu bħala suffiċjenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 għandu japplika għal sitwazzjonijiet fejn id-debitur ma ikunx jista’ jirrappreżenta lilu nnifsu fil-qorti, bħal fil-każ ta’ persuna ġuridika, u fejn persuna li tirrappreżentah tkun stabbilita bil-liġi kif ukoll f’sitwazzjonijiet fejn id-ebitur ikun awtorizza persuna oħra, b’mod partikolari avukat, biex tirrappreżentah fil-proċeduri speċifiċi tal-qorti in kwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet [djun] mhux kontestati li jippermetti, permezz tal-preskrizzjoni ta’ standards minimi, iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ sentenzi, settlement tal-qrati u strumenti awtentiċi mal-Komunità kollha mingħajr ma ikun meħtieġ li jinġiebu xi proċeduri intermedjarji fl-Istat Membru ta’ l-infurzar qabel ir-rikonoxximent u l-infurzar.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Drittijiet ta’ infurzar li għandhom jiġu ċertifikati bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal sentenzi, settlement tal-qorti, u strumenti awtentiċi dwar talbiet [djun] mhux kontestati.</P><P>Talba titqies bħala mhux kontestata jekk:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-debitur ikun espressament qabel miegħu billi ammetta jew permezz ta’ settlement li ikun ġie approvat minn qorti jew konkluż quddiem qorti fil-kors ta’ proċeduri; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-debitur ma jkun oġġezzjoni qatt għalih, b’konformità mal-ħtiġiet relevanti proċedurali taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, fil-kors tal-proċeduri tal-qorti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>id-debitur ma jkunx deher jew ġie rappreżentat fis-smigħ tal-qorti fir-rigward ta’ dik it-talba wara li kien inizjalment oġġezzjoni għat-talba fil-kors tal-proċeduri tal-qorti, kemm-il darba dak il-koportament ikun jammonta għal ammissjoni siekta tat-talba jew tal-fatti allegati mill-kreditur taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>id-debitur ikun espressament qabel li jkun strument awtentiku.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ħtiġiet għal ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Sentenza dwar talba [dejn] mhux kontestata [debitu mhux ikkontestat] mwassla fi Stat Membru għandha, ma’ l-applikazzjoni f’kull żmien tal-qorti ta’ oriġini, tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>is-sentenza tkun tista’ tiġi nfurzata fl-Istat Membru ta’ l-oriġini; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>is-sentenza ma tkunx f’konflitt mar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni kif preskritti fit-taqsimiet 3 u 6 tal-Kapitolu II tar-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 44/2001 [tat‑<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42]; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-proċeduri tal-qorti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini ikunu ħarsu l-ħtiġiet kif stipulati fil-Kapitolu III fejn talba ma tkunx kontestata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ) […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 805/2004, li fih jinkludi l-Artikoli 12 sa 19 ta’ dan tal-aħħar, jistabbilixxi standards minimi applikabbli għall-proċeduri relatati mad-djun mhux ikkontestati. Dawn l-istandards, li għandhom l-għan li jitħarsu d-drittijiet tad-difiża favur id-debitur, ma jikkonċernawx biss il-metodi ta’ notifika jew ta’ komunikazzjoni tal-att promotur u atti oħra, iżda wkoll il-kontenut informattiv ta’ tali att, peress li d-debitur għandu jiġi informat dwar id-dejn kif ukoll dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jikkontestah.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ l-istandards minimi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Sentenza fuq talba li ma tkunx kontestata skod it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ) tista’ biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] jekk il-proċeduri tal-qorti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini ikunu jikkonformaw mal-ħtiġiet proċedurali stipulati f’dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Notifika mingħajr prova ta’ riċeviment mid-debitur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>In-notifikata’ dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jew xi ċitazzjoni tal-qorti lid-debitur tista’ wkoll tiġi effettwata permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, in-notifika taħt il-paragrafu 1 mhix ammissibbli jekk l-indirizz tad-debitur ma jkunx magħruf b’ċertezza.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Notifika lir-rappreżentanti tad-debitur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Notifika skond l-Artikoli 13 jew 14 tista’ wkoll tiġi effettwata lir-rappreżentant ta’ debitur.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 44/2001<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Dan ir-Regolament ma għandux jeffettwa l-possibbiltà li jitfittex rikonoxximent u infurzar, skond ir-Regolament (KE) Nru 44/2001, ta’ sentenza, settlement ta’ qorti jew strument awtentiku dwar talba mhux kontestata.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(3) taz-Zákon č. 99/1963 Sb., Občanský soudní řád (il-Liġi Nru 99/1963 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Jekk ma jiħux miżuri oħra, il-president ta’ awla jista’ jaħtar kuratur għal parti fil-kawża li d-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf u li ma setgħetx tkun innotifikata f’indirizz magħruf f’pajjiż ieħor, li tbati minn marda mentali jew li għal xi raġuni oħra medika, ma tistax tidher fil-proċeduri, mhux biss jekk temporanjament, jew li ma tistax tesprimi ruħha b’mod ċar.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 353(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, fuq talba ta’ persuna li għandha d-dritt permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti, ta’ soluzzjoni fil-qorti jew strument awtentiku li jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew jew titolu eżekuttiv Ewropew parzjali, il-qorti għandha tiċċertifika din id-deċiżjoni, din is-soluzzjoni jew dan l-istrument awtentiku bħala titolu eżekuttiv Ewropew b’mod konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Nru 805/2004. Fejn dawn l-aħħar kundizzjonijiet ma jkunux issodisfatti, il-qorti ma toħroġx iċ-ċertifikat mitlub u tinforma bil-miktub lill-applikant bir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-pożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem l-Okresní soud v Českých Budějovicích (il-Qorti Distrettwali ta’ České Budějovice, ir-Repubblika Ċeka), RD talab il-ħlas, mingħand SC, ta’ somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">6600</FT> koruna Ċeka (CZK) (madwar EUR 250), flimkien ma’ penali għal dewmien, minħabba li, bis-saħħa tat-termini ta’ kuntratt ta’ kiri konkluż fit‑<DATE ISO="20080723">23 ta’ Lulju 2008</DATE> u li sar effettiv fl‑<DATE ISO="20080801">1 ta’ Awwissu 2008</DATE>, SC kellha l-pussess ta’ appartament f’České Budějovice u kienet impenjat ruħha kuntrattwalment li tħallas kera ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">5600</FT> kif ukoll ħlasijiet provviżorji ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>, jiġifieri somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">6600</FT> kull xahar. Fit‑<DATE ISO="20080928">28 ta’ Settembru 2008</DATE>, SC abbozzat dokument fejn irrikonoxxiet id-dejn u impenjat ruħha li tħallas dan id-dejn qabel it‑<DATE ISO="20080930">30 ta’ Settembru 2008</DATE>, ħaġa li ma għamlitx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju, minkejja t-tiftix li wettqet, ma rnexxilhiex tikseb l-indirizz ta’ SC, inħatar kuratur sabiex jirrappreżenta lil din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>SC ma dehritx matul il-proċedura u lanqas il-kuratur tagħha ma deher fis-seduta li għaliha kien ikkonvokat. Peress li RD ipproduċa provi matul is-seduta, ir-rikors tiegħu ntlaqa’. Peress li l-indirizz ta’ SC ma kienx magħruf, id-deċiżjoni li tingħalaq il-kawża ġiet innotifikata biss lil dan il-kuratur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE>, RD talab lill-qorti tar-rinviju li tibgħatlu din id-deċiżjoni flimkien ma’ riferiment għall-fatt li din id-deċiżjoni għandha awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u saħħa eżekuttiva, u talabha sabiex tiċċertifika din l-istess deċiżjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew, konformement mal-Artikolu 353(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u r-Regolament Nru 805/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ komunikazzjoni tat‑<DATE ISO="20161103">3 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-qorti tar-rinviju informat lil RD li l-kundizzjonijiet għall-għoti taċ-ċertifikat mitlub ma ġewx issodisfatti, fejn enfasizzat li dejn kien ikkunsidrat bħala mhux ikkontestat jekk id-debitur kien irrikonoxxa dan b’mod espliċitu jew ma oġġezzjonax, konformement mar-regoli proċedurali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, matul il-proċedura quddiem il-qorti jew jekk id-debitur ma kienx deher f’seduta tal-qorti relatata ma’ dan id-dejn, sakemm in-nuqqas li jidher kien ekwivalenti għar-rikonoxximent taċitu tad-dejn jew tal-fatti invokati mill-kreditur skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sussegwentement, RD adixxa lill-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Repubblika Ċeka), fejn essenzjalment sostna li l-qorti tar-rinviju ma rreferietx il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex din tiddeċiedi jekk sentenza mogħtija minn qorti wara l-produzzjoni ta’ prova, fl-assenza ta’ kwalunkwe oġġezzjoni jew osservazzjoni mill-konvenut fir-rigward tal-fatti, tistax titqies li ma hijiex ikkontestata. F’dan ir-rigward, RD jirreferi għall-punt 41 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pebros Servizi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑511/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:448">EU:C:2016:448</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jgħid li, fid-dawl tal-premessa 6 tar-Regolament Nru 805/2004, dejn jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>mhux ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004 jekk id-debitur ma jaġixxi bl-ebda mod sabiex jopponi dan id-dejn, billi jonqos milli jagħti segwitu għat-talba magħmula mill-qorti sabiex jinnotifikaha bil-miktub dwar l-intenzjoni tiegħu li jippreżenta d-difiża tiegħu jew li jidher fis-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20170926">26 ta’ Settembru 2017</DATE>, l-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali) ikkunsidrat li l-proċedura li wasslet sabiex id-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tiċċertifikax it-titolu eżekuttiv Ewropew tikser il-Kostituzzjoni, ladarba ma saret l-ebda domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li issa għandha dubji dwar jekk id-dejn inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jitqies bħala mhux ikkontestat u sakemm id-deċiżjoni li hija għandha tieħu ma tistax tiġi appellata skont id-dritt intern, il-qorti tar-rinviju tqis li għandha l-obbligu li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Okresní soud v Českých Budějovicích (il-Qorti Distrettwali ta’ České Budějovice) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)] tar-Regolament [Nru 805/2004] għandu jiġi interpretat fis-sens li talba li fir-rigward tagħha ngħatat deċiżjoni wara l-produzzjoni ta’ provi tista’ titqies li ma hijiex ikkontestata f’sitwazzjoni fejn la l-konvenut, li jkun irrikonoxxa d-dejn qabel infetħu l-proċeduri, u la t-tutur ma jkunu pparteċipaw fil-proċeduri quddiem il-qorti u fejn it-tnejn li huma ma jkunux qajmu oġġezzjonijiet matul dawn il-proċeduri?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ir-Regolament Nru 805/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fejn huwa impossibbli għal qorti li tikseb l-indirizz tal-konvenuta, huwa ma jippermettix li tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew deċiżjoni ġudizzjarja relatata ma’ dejn mogħtija wara seduta li fiha la l-konvenuta u lanqas il-kuratur maħtur għall-finijiet tal-proċedura ma jkunu dehru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 805/2004, il-possibbiltà ta’ ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew huwa suġġett għal żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. Minn naħa, tali deċiżjoni għandha tkun relatata ma’ dejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>mhux ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-punt (b) jew (ċ) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament. Għalhekk dan jinkludi l-assenza ta’ kwalunkwe oġġezzjoni għal dejn matul il-proċedura quddiem il-qorti u r-rikonoxximent taċitu li jirriżulta mill-fatt li d-debitur ma jidhirx jew li ma jkunx irrappreżentat f’seduta relatata ma’ dak id-dejn. Min-naħa l-oħra, il-proċedura quddiem il-qorti, li fil-kuntest tagħha ġiet mogħtija d-deċiżjoni inkwistjoni, trid tkun issodisfat l-istandards minimi applikabbli għall-proċeduri msemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-għan ta’ dawn l-istandards minimi huwa li jiġi żgurat, konformement mal-premessa 12 ta’ dan ir-regolament, li d-debitur ikun informat, fi żmien xieraq u b’tali mod li jkun jista’ jorganizza d-difiża tiegħu, minn naħa, tal-kawża mressqa kontrih kif ukoll tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċedura sabiex jikkontesta d-dejn ikkonċernat u, min-naħa l-oħra, tal-konsegwenzi jekk ma jipparteċipax f’din. Fil-każ speċifiku ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja, fis-sens tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, dawn l-istandards minimi proċedurali huma maħsuba sabiex jiżguraw li jkun hemm biżżejjed garanziji sabiex id-drittijiet tad-difiża jiġu rrispettati (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pebros Servizi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑511/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:448">EU:C:2016:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li, wara li ġie kkunsidrat l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 805/2004 kif ukoll l-għanijiet u n-natura sistematika ta’ dan tal-aħħar, sentenza mogħtija fil-kontumaċja fejn huwa impossibbli li jiġi ddeterminat id-domiċilju tal-konvenut ma tistax tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>G</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑292/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:142">EU:C:2012:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni għadha valida minkejja l-ħatra mill-qorti tar-rinviju ta’ kuratur għall-finijiet tal-proċedura, peress li l-qorti tar-rinviju ma kienx irnexxielha tikseb l-indirizz ta’ SC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minkejja li huwa ċertament minnu li l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 805/2004 jipprevedi li, minbarra s-sitwazzjonijiet ta’ notifika jew ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ dan, notifika jew komunikazzjoni tista’ ssir lil rappreżentant tad-debitur, għandu jiġi rrilevat li kuratur, bħal dak maħtur skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax jitqies bħala ekwivalenti għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>rappreżentant tad-debitur<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens ta’ dan l-Artikolu 15. Fil-fatt, meta dan jinqara fid-dawl tal-premessa 16 ta’ dan ir-regolament, din id-dispożizzjoni tapplika biss għal sitwazzjonijiet li<?PAGE NO="7"?> fihom, jew, għal raġunijiet ta’ natura legali, id-debitur ikun oġġettivament ostakolat milli jirrappreżenta ruħu fil-kawża, jew ikun huwa stess ħatar b’mod volontarju rappreżentant għal dan il-għan. Madankollu, l-eżistenza ta’ ċirkustanzi bħal dawn ma hijiex stabbilita fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni ssuġġetta r-rikors għal strument komplementari u fakultattiv ta’ infurzar li huwa kkostitwit mit-titolu eżekuttiv Ewropew għall-kundizzjoni li l-indirizz tad-debitur ikun magħruf b’ċertezza, kundizzjoni li ma ġietx issodisfatta f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hemmx bżonn li jiġi vverifikat, f’dan il-każ, jekk, wara li ġew ikkunsidrati, b’mod partikolari, il-premessi 5 u 6 tar-Regolament Nru 805/2004, id-dejn inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jitqies bħala mhux ikkontestat, peress li la SC u lanqas il-kuratur tagħha maħtur mill-qorti tar-rinviju ma pparteċipaw fil-proċedura, ma dehru matul is-seduta u ma kkontestaw in-natura u l-ammont ta’ dan id-dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li r-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn huwa impossibbli għal qorti li tikseb l-indirizz tal-konvenuta, huwa ma jippermettix li tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew deċiżjoni ġudizzjarja relatata ma’ dejn mogħtija wara seduta li fiha la l-konvenuta u lanqas il-kuratur maħtur għall-finijiet tal-proċedura ma jkunu dehru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn huwa impossibbli għal qorti li tikseb l-indirizz tal-konvenuta, huwa ma jippermettix li tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew deċiżjoni ġudizzjarja relatata ma’ dejn mogħtija wara seduta li fiha la l-konvenuta u lanqas il-kuratur maħtur għall-finijiet tal-proċedura ma jkunu dehru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>