|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/512 |
22.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11795 – YUNEX / VVP / ASCENDI / TRIANGLE JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/512)
1.
Fl-14 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Yunex GmbH (“Yunex”, Germany), ikkontrollata minn Edizione S.A. (l-Italja), |
|
— |
Via Verde Portugal — Gestão de Sistemas Electrónicos de Cobrança, S.A. (“VVP”, il-Portugall), ikkontrollata minn Brisa-Autoestradas de Portugal (“Brisa”, il-Portugall) u minn Ascendi O&M, S.A. (“Ascendi”, il-Portugall), u, |
|
— |
Ascendi (il-Portugall) li tappartjeni għall-Grupp Ardian (“Ardian”, Franza). |
Yunex, VVP u Ascendi se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta, Triangle JV (in-Netherlands).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Yunex: fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Edizione, tiżviluppa ekosistemi u servizzi ta’ mobbiltà innovattivi għall-belt intelliġenti; |
|
— |
VVP: impriża konġunta b’funzjoni sħiħa bejn Brisa u Ascendi, topera sistemi elettroniċi ta’ ġbir ta’ pedaġġi użati fil-Portugall. Din topera wkoll ir-rotta tal-pedaġġ ta’ Blankenburg fin-Netherlands; |
|
— |
Ascendi, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Ardian, tisfrutta toroq b’pedaġġ fil-Portugall u barra minn hekk hija attiva fit-tħaddim u l-manutenzjoni tat-toroq, sistemi ta’ trasport intelliġenti u ġestjoni tal-manutenzjoni anċillari. Ascendi bħalissa ma għandha l-ebda attività fin-Netherlands. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Triangle JV se jkunu dawn li ġejjin: il-provvista ta’ servizzi fir-rigward ta’ offerta aġġudikata għall-introduzzjoni ta’ imposta fuq it-trakkijiet fuq l-awtostradi kollha u ċerti awtostradi reġjonali fin-Netherlands. B’mod partikolari, it-Triangle JV se jipprovdi tagħmir abbord lid-detenturi/lis-sidien tat-trakkijiet u jiżgura reġistrazzjoni xierqa tal-moviment tat-trakkijiet u l-ġbir tal-imposti. Triangle JV se jkun responsabbli għall-ħlas ta’ imposti lill-kollettur tal-pedaġġi (l-Aġenzija tat-Trasport bit-Triq, li taġixxi f’isem il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Ġestjoni tal-Ilma) u jiżgura l-appoġġ kollu relatat għall-klijenti billi jipprovdi back office apposta u ċentru ta’ kuntatt mal-klijenti. Triangle JV mhux se jkun attiv fil-kostruzzjoni tal-awtostradi u l-infrastruttura tat-toroq.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11795 – YUNEX / VVP / ASCENDI / TRIANGLE JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/512/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)