1992L0118 — MT — 01.01.2006 — 015.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 (ĠU L 062, 15.3.1993, p.49) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 190 |
26 |
26.7.1994 |
||
|
L 288 |
48 |
9.11.1994 |
||
|
L 200 |
35 |
24.8.1995 |
||
|
L 200 |
36 |
24.8.1995 |
||
|
L 24 |
28 |
31.1.1996 |
||
|
L 129 |
35 |
30.5.1996 |
||
|
L 165 |
40 |
4.7.1996 |
||
|
L 13 |
24 |
16.1.1997 |
||
|
L 24 |
31 |
30.1.1998 |
||
|
L 290 |
32 |
12.11.1999 |
||
|
L 2 |
27 |
5.1.2001 |
||
|
ID-DIRETTIVA 2002/33/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2002 |
L 315 |
14 |
19.11.2002 |
|
|
L 13 |
24 |
18.1.2003 |
||
|
L 260 |
21 |
11.10.2003 |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 445/2004 ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 |
L 72 |
60 |
11.3.2004 |
|
|
ID-DIRETTIVA 2004/41/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta' April 2004 |
L 157 |
33 |
30.4.2004 |
|
Emendat bi:
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/118/KEE
tas-17 ta’ Diċembru 1992
li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-fehmiet tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi l-prodotti li joriġinaw mill-annimali huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi t-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti jikkostitwixxi kull sors importanti ta’ introjtu għal parti mill-popolazzjoni agrikola;
Billi sabiex jiġi żgurat żvilupp razzjonali f'dan is-settur u tiżdied il-produttività, ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għal dawn il-prodotti msemmija għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta’ Komunità;
Billi l-Komunità għandha tadotta l-miżuri maħsuba progressivament sabiex twaqqaf is-suq intern li jikkonsisti f' kull żona mingħajr fruntieri interni, fuq kull perjodu ta’ żmien li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 1992;
Billi bil-ħsieb ta’ l-għanijiet imsemmija hawn fuq, il-Kunsill stabbilixxa r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali, li japplikaw għal-laħam frisk, il-laħam tat-tjur, il-prodotti mill-laħam, il-laħam ta’ l-annimali tal-kaċċa, il-laħam tal-fenek u l-prodotti tal-ħalib;
Billi, għajr fejn provdut xorta oħra, il-kummerċ fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali jrid jiġi liberalizzat, mingħajr preġudizzju għar-rikors għall-għajnuna lejn miżuri possibbli ta’ protezzjoni;
Billi, ġaladarba jeżisti r-riskju sinifikattiv ta’ l-imxija tal-mard li l-annimali huma esposti għalih, iridu jiġu speċifikati ħtiġiet partikolari għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali sabiex jiġu imposti meta jitqiegħdu fis-suq bl-għan ta’ kummerċ, partikolarment meta jkunu maħsuba għal reġjuni li għandhom kull stat ta’ saħħa għoli;
Billi, meta kienet adottata d-Direttiva 92/65/KEE, il-Kummissjoni qablet illi tiddissassoċja bejn l-aspetti ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-annimali minn dawk applikabbli għall-prodotti;
Billi, sabiex ikun permess li jiġu aboliti l-kontrolli fuq il-fruntieri ta’ l-Istati Membri fl-1 ta’ Jannar 1993, ir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika għandhom jiġu stabbiliti sabiex japplikaw għal kull prodott bla ħsara għal dawn il-kontrolli, il-kummerċ u l-importazzjoni tagħhom li għadhom ma ġewx armonizzati fil-livell ta’ Komunità;
Billi, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, iridu jiġu adattati ċerti regoli għall-adozzjoni tal-miżuri msemmija iktar 'il fuq;
Billi kull sistema ta’ approvazzjoni għandha tiġi introdotta għal pajjiżi terzi u għall-istabbilimenti li jilħqu l-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Direttiva, flimkien ma’ kull proċedura ta’ spezzjoni tal-Komunità sabiex jiġi żgurat illi l-kondizzjonijiet ta’ din l-approvazzjoni jiġu osservati;
Billi d-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodotti huwa l-aħjar mezz sabiex jissodisfa lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni illi kull kunsinna tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; billi ċ-ċertifikat tas-saħħa pubblika jew tas-saħħa ta’ l-annimali għandu jinżamm bl-iskop li tiġi verifikata d-destinazzjoni ta’ ċerti prodotti importati;
Billi r-regoli, il-prinċipji u l-miżuri ta’ salvagward stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 4 ) għandhom japplikaw hawnhekk;
Billi, fil-kuntest tal-kummerċ intra-Komunitarju, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE għandhom jiġu applikati wkoll;
Billi l-Kummissjoni għandha tiġi fdata bir-responsabbiltà li tadotta ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi, għal dan l-iskop, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri illi jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf;
Billi, fid-dawl ta’ diffikultajiet partikolari ta’ provvista partikolari riżultat tas-sitwazzjoni ġeografika tagħha, għandhom ikunu permessi derogi speċjali għar-Repubblika Ellenika;
Billi l-adozzjoni ta’ regoli speċifiċi għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tar-regoli dwar l-iġene fl-ikel u s-salvagward ġenerali, li dwarhom il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għall-qafas tad-Direttiva,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA;
KAPITOLU I
Disposizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Din id-Direttiva tipprovdi għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali (inklużi l-kampjuni kummerċjali meħuda minn dawn il-prodotti) li ma humiex soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li għalihom saret referenza fl-Anness A (I) sad-Direttiva 89/662/KEE ( 5 ) u, fejn għandhom x'jaqsmu l-aġenti patoġeniċi, id-Direttiva 90/425/KEE.
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta’ regoli aktar dettaljati dwar is-saħħa ta’ l-annimali fil-qafas tar-regoli speċifiċi msemmija hawn fuq jew għaż-żamma tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ jew fuq l-importazzjoni ta’ prodotti koperti bir-regoli speċifiċi li għalihom saret referenza fl-ewwel paragrafu bbażat fuq ir-regoli tas-saħħa pubblika.
Artikolu 2
1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva:
(a) kummerċ ifisser il-kummerċ kif imfisser fl-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 89/662/KEE;
(b) kampjun kummerċjali jfisser kull kampjun li ma għandu l-ebda valur kummerċjali, meħud f’isem is-sid jew il-persuna responsabbli minn kull stabbiliment, illi huwa rappreżentattiv ta’ kull prodott imsemmi li joriġina minn annimal u prodott minn dan l-istabbliment, jew jikkostitwixxi kull kampjun ta’ prodott li joriġina minn annimal li l-fabbrikazzjoni tiegħu tkun kontemplata, u li, għall-għanijiet ta’ l-eżaminijiet sussegwenti, irid ikollu kull referenza għat-tip tal-prodott, il-komposizzjoni tiegħu u l-ispeċi ta’ l-annimal minn fejn ikun inkiseb;
(ċ) mard serju li jittieħed ifisser kull mard kopert bid-Direttiva 82/894/KEE ( 6 );
(d) aġenti patoġeniċi tfisser kull ġabra jew kultura ta’ organiżmi jew kull derivattiv, preżenti jew għal weħedhom jew fil-forma ta’ ġabra manipulata ta’ din il-ġabra jew kultura ta’ organiżmi kapaċi li jikkawżaw marda f'kull ħaġa oħra ħajja (għajr il-bniedem) u kull derivattiv modifikat ta’ dawn l-organiżmi, li jistgħu jġorru jew jittrasmettu patoġenu ta’ annimal, jew it-tessut, il-kultura taċ-ċelloli, it-tnixxija jew il-ħmieġ li bihom jew permezz tagħhom jista' jinġarr jew jiġi trasmess patoġenu ta’ annimal; din id-definizzjoni ma għandhiex tinkludi l-prodotti immunoloġiċi veterinarji mediċi awtorizzati b'mod konformi mad-Direttiva 90/677/KEE ( 7 );
▼M12 —————
(f) proteina proċessata ta’ l-annimali intiża għall-konsum tal-bniedem tfisser it-trab tal-qasab tas-saqajn (gambalijiet), ta’ l-ikel mil-laħam u tal-ġilda tal-majjal li għalihom saret referenza fl-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva 77/99/KEE ( 8 ).
▼M12 —————
2. B'żieda, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:
— kummerċ fi u l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 ►M12 ————— ◄ tal-bniedem ma jkunux projbiti jew ristretti għal raġunijiet ta’ saħħa, ta’ l-annimali jew is-saħħa pubblika, għajr dawk li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew mil-leġislazzjoni tal-Komunità, u b’mod partikolari minn kull miżura ta’ salvagward meħuda,
— kull prodott ġdid ta’ oriġini annimali maħsub għall-konsum uman li t-tqegħid tiegħu fis-suq fi Stat Membru huwa awtorizzat wara d-dataprevista fl-Artikolu 20 ma jistax ikun is-suġġett ta’ negozju jewimportazzjoni qabel ma tkun ittieħdet b’konformità ma’ l-ewwelparagrafu ta’ l-Artikolu 15 wara valutazzjoni, jekk xieraq fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku stabbilit bid-Deċiżjoni 81/651/KEE, tar-riskju reali ta’ tixrid ta’ mard perikoluż li jittieħed li jista’ jirriżulta miċ-ċaqliq tal-prodott, mhux biss għall-ispeċi li minnha joriġina l-prodott iżda wkoll għall-ispeċi l-oħra li jistgħu jġorru l-marda, isiru ċ-ċentru ta’ marda jew riskju għas-saħħa umana,
— il-prodotti l-oħra li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva 77/99/KEE jistgħu ma jiġux soġġetti għan-negozju jew l-importazzjoni minn pajjiżi terzi jekk ma jilħqux il-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva u l-ħtiġiet relevanti ta’ din id-Direttiva.
KAPITOLU II
Disposizzjonijiet applikabbli għall-kummerċ
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 89/662/KEE u ta’ l-Artikolu 4 (1) (a) tad-Direttiva 90/425/KEE, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza ►M17 fl-Anness I ◄ u t-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jistgħu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari li jridu jiġu adottati fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 10 (3) u 11, ikunu mingħajr ħsara għall-kummerċ jekk jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin biss:
1. iridu jilħqu l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5 u l-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness I rigward l-aspetti tas-saħħa ta’ l-annimali ►M17 ————— ◄ ,
2. iridu jiġu minn azjenda li:
(a) jissottomettu, fid-dawl tal-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti ►M17 fl-Anness I ◄ għall-prodotti li l-istabbiliment jipproduċi, sabiex:
— jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi tal-produzzjoni pprovduti f'din id-Direttiva,
— jistabbilixxi u jimplimentaw metodi ta’ monitoraġġ u kontroll tal-punti kritiċi fuq il-bażi tal-proċessi użati,
— kif jiddependi mill-prodotti, jieħdu kampjuni għall-analiżi f'kull laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti bl-għan li jeżaminaw jekk ikunux konformi ma’ l-istandards stabbiliti b'din id-Direttiva,
— iżommu kull tagħrif, sewwa bil-miktub jew xort’oħra rrekordjat, dwar it-tagħrif miksub kif previst ma’ l-inċiżi preċedenti sabiex jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti. Ir-riżultati tal-kontrolli u tat-testijiet varji għandhom partikolarmet jinżammu għal ta’ l-inqas sentejn,
— jiggarantixxu l-amministrazzjoni ta’ l-immarkar u t-tikkettar,
— jekk ir-riżultat ta’ l-eżami tal-laboratorju jew kull tagħrif ieħor disponibbli għalihom jikxfu l-eżistenza ta’ kull riskju serju għas-saħħa ta’ l-annimali jew għas-saħħa pubblika, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti,
— jikkunsinnaw biss, għall-għan tal-kummerċ, prodotti akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jindika n-natura tal-prodott, l-isem u, fejn xieraq, in-numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja ta’ l-istabbiliment tal-produzzjoni;
(b) ikunu taħt sorveljanza mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat illi l-operatur jew il-manager ta’ l-istabbiliment jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva;
(ċ) kienu reġistrati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ kull assigurazzjonijiet mill-istabbiliment li jiggarantixxu konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu ttieħdu l-miżuri kollha sabiex jiggarantixxu li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza ►M17 fl-Anness I ◄ ma jintbagħtux minn kull azjenda għal għanijiet ta’ kummerċ, lokalizzata f'kull żona soġġetta għal restrizzjonijiet minħabba l-okkorrenza ta’ kull marda li għaliha tkunu suxxettibbli l-ispeċi li minnha jkun derivat il-prodott jew minn kull stabbiliment jew żona li minnhom iċ-ċaqliq jew in-negozju jikkostitwixxu riskju għas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-Istat Membru għajr meta l-prodotti jkunu trattati bis-sħana skond il-leġislazzjoni tal-Komunità.
Meta garanziji partikolari jippermettu, bħala mezz ta’ deroga mill-ewwel paragrafu, iċ-ċaqliq ta’ ċerti prodotti jista' jiġi adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 fil-qafas ta’ miżuri ta’ salvagward.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kummerċ ta’ aġenti patoġeniċi jkun bla ħsara għar-regoli stretti li jridu jiġu definiti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.
Artikolu 7
1. Ir-regoli dwar il-kontrolli stabbiliti bid-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu aġenti patoġeniċi, bid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni u s-sussegwirsi tal-provi li jridu jitwettqu, għall-prodotti koperti b'din id-Direttiva.
2. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu japplika għall-prodotti koperti b'din id-Direttiva.
3. Għall-fini tal-kummerċ, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom jiġu estiżi għal stabbilimenti li jissupplixxu prodotti ta’ oriġini mill-annimali koperti b'din id-Direttiva.
4. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha twettaq kull kontroll li jidrilha xieraq fejn ikun hemm is-suspett li din id-Direttiva mhix qiegħda tiġi mħarsa.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi jew penali xierqa sabiex jippenalizzaw kull ksur ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fejn jinstab illi ċ-ċertifikati jew id-dokumenti mfassla ma jikkorrispondux ma' l-istat attwali tal-prodotti li għalihom saret referenza ►M17 fl-Anness I ◄ , jew illi l-prodotti in kwistjoni ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jew ma jkunux għaddew mill-kontrolli pprovduti fiha.
Artikolu 8
Fil-Kapitolu 1 (1) ta’ l-Anness A tad-Direttiva 92/46/KEE ( 9 ) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib ma għandhomx jiġu minn kull żona taħt is-sorveljanza kif definita b’mod konformi mad-Direttiva 85/511/KEE kemm-il darba l-ħalib ma jkunx ġie pasturizzat (71,7 °C għal 15-il sekonda) taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti.”
.
IL-KAPITOLU III
Disposizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità
Artikolu 9
Il-ħtiġiet li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti koperti b'din id-Direttiva jridu joffru mill-inqas il-garanziji pprovduti bil-Kapitolu II, inklużi dawk stabbiliti sabiex jimplimentaw l-Artikolu 6, u dawk stabbiliti fit-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3.
Artikolu 10
1. Għall-iskop li l-Artikolu 9 jiġi applikat l-istess u b’mod uniformi, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin.
2. Il-prodotti li għalihom saret referenza ►M17 fl-Anness I ◄ u t-tieni u tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3 jistgħu jiġu importati fil-Komunità biss jekk jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) jekk kemm-il darba ma jkunx speċifikat xorta oħra ►M17 fl-Anness I ◄ , il-prodotti jridu jiġu minn kull pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz skond kull lista li trid tiġi mfassla u aġġornata b’mod konformi mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 18;
(b) sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor ►M17 fl-Anness I ◄ , il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti fuq lista tal-Komunità li se tkunimfassla skond il-proċedura stabbilita fl-artikolu 18;
(ċ) fil-każijiet speċifiċi provduti ►M17 fl-Anness I ◄ u fit-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3, il-prodotti jridu jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali jew ta’ saħħa pubblika li jikkorrispondi ma’ kull kampjun li jrid jitfassal skond il-proċedura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 18, li jiċċertifika illi l-prodotti jilħqu l-kondizzjonijiet addizzjonali jew joffru l-garanziji ekwivalenti li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 3 (a) u li l-prodotti jkunu ġejjin minn stabbilimenti li joffru dawn il-garanziji, u ffirmati minn kull veterinarju uffiċjali jew, kif xieraq, minn kull awtorità kompetenti rikonoxxuta skond l-istess proċedura.
3. Skond il-proċedura li għaliha hemm previst fl-Artikolu 18:
(a) għandhom jiġu stabbiliti ħtiġiet speċifiċi - b’mod partikolari għall-protezzjoni tal-Komunità minn ċertu mard eżotiku jew mard li jittieħed mill-bniedem - jew garanziji ekwivalenti għal dawn il-kondizzjonijiet.
Il-ħtiġiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti stabbiliti minn pajjiżi terzi jistgħu ma jkunux iktar favorevoli minn dawk stabbiliti ►M17 fl-Anness I ◄ u fit-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 3.
Sakemm jiġu ffissati r-regoli dettaljati ta’ tħaddim li hemm provvediment dwarhom fir-raba’ u l-ħames inċiżi tal-Kapitolu 2 ta’ l-Anness II, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-importazzjoni tal-prodotti li hemm referenza dwarhom hemmhekk ikunu suġġetti għall-konformità mal-garanziji minimi stabbiliti fl-imsemmija inċiżi;
▼M8 —————
(ċ) in-natura ta’ kull trattament jew il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex tiġi prevenuta t-tniġġiz mill-ġdid tal-ġlud ta’ l-annimali, il-bajd u l-prodotti mill-bajd.
4. Id-deċiżjonijiet li għalihom hemm provdut fil-paragrafi 2 u 3 iridu jittieħdu fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni u, jekk jixraq, il-fehma tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, dwar ir-riskju reali ta’ l-imxija ta’ mard serju li jittieħed jew mard li jista' jittieħed minnu l-bniedem li jistgħu jirriżultaw miċ-ċaqliq tal-prodott, mhux biss rigward l-ispeċi li minnu joriġina l-prodott imma wkoll għal speċi oħra li jistgħu jġorru l-marda jew isiru ċ-ċentru ta’ marda jew ta’ riskju għas-saħħa pubblika.
5. Esperti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-lok sabiex jivverifikaw jekk il-garanziji mogħtija minn pajjiż terz rigward il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq jistgħux jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità.
L-esperti mill-Istati Membri responsabbli minn dawn l-ispezzjonijiet għadhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni, fil-waqt li taġixxi fuq proposti mill-Istati Membri.
Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru f'isem il-Komunità, li għandha ġġorr in-nefqa fuq kull spiża involuta.
Sakemm jiġu organizzati l-ispezzjonijiet li għalihom saret referenza fl-ewwel paragrafu, ir-regoli nazzjonali li japplikaw għall-ispezzjoni f'pajjiżi terzi għandhom jissoktaw li japplikaw, sakemm issir notifika, permezz tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ta’ kull nuqqas ta’ konformità mal-garanziji offruti bi qbil mal-paragrafu 3 stabbilit matul dawn l-ispezzjonijiet.
6. Sakemm jiġu kumpilati l-listi pprovduti ►M8 fil-paragrafu 2 (a) u (b) it-tieni inċiż ◄ , l-Istati Membri huma awtorizzati li jżommu l-kontrolli pprovduti għalihom fl-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE u ċ-ċertifikat nazzjonali meħtieġ mill-prodotti importati skond ir-regoli nazzjonali eżistenti.
Artikolu 11
Il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 għandha tiġi użata sabiex tistipula ħtiġiet speċifiċi dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità u n-natura u l-kontenut tad-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness I, maħsuba għal laboratorji esperimentali.
Artikolu 12
1. Il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fid-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE ( 10 ) għandhom japplikaw, b'referenza partikolari għall-organizzazzjoni u s-sussegwirsi ta’ l-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagward li jridu jiġu implimentati.
Madankollu, għal ċertu tip ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, jistgħu jiġu adottati derogi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, mill-kontroll fiżiku provdut ►M9 l-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 97/78/KE ◄ .
▼M9 —————
Artikolu 13
1. L-Istati Membri jistgħu, billi joħorġu kull liċenza xierqa, jippermettu l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali kif riferut ►M17 fl-Anness I ◄ fl-għamla ta’ kampjuni kummerċjali.
2. Il-liċenzja msemmija fil-paragrafu 1 trid takkumpanja lill-kunsinna u jrid ikun fiha d-dettalji kollha dwar il-kondizzjonijiet speċifiċi li fuqhom il-kunsinna tista' tiġi importata, inklużi d-derogi kollha mill-kontrolli provduti bid-Direttiva 90/675/KEE.
3. Meta l-kunsinna tidħol fi Stat Membru sabiex tgħaddi għal Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li l-ewwel jirċievi l-kunsinna għandu jiżgura illi din ikollha magħha l-liċenza xierqa. Iċ-ċaqliq għandu jsir bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE. Ir-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat illi l-kunsinna tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-liċenzja (u jekk għandux ikun hemm permess għad-dħul fit-teritorju tiegħu) għandha tkun vestita fl-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.
IL-KAPITOLU IV
Disposizzjonijiet komuni finali
Artikolu 14
1. Għandu jiġi mħassar l-Artikolu 3 (d) tad-Direttiva 72/461/KEE ( 11 ).
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/183/KEE ( 12 ) u 92/187/KEE ( 13 ) għandhom jissoktaw li japplikaw għall-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għal kull emenda li trid issirilha skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.
2. Id-Direttiva 90/667/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:
(a) fl-Artikolu 13 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
2.“2. B’kull għan li jiġi żgurat illi l-kontrolli provduti fil-paragrafu 1 jiġu segwiti:
(a) il-prodotti proċessati miksuba minn materjali ta’ riskju baxx jew riskju għoli jridu jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Kapitolu 6 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 92/118/KEE ( 14 );
(b) il-materjali ta’ riskju baxx, il-materjali ta’ riskju għoli maħsuba biex jiġu proċessati f'kull impjant partikolari fi Stat Membru ieħor b’mod konformi mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4 (1) u l-prodotti proċessati miksuba minn materjali ta’ riskju baxx jew riskju għoli jridu jiġu akkumpanjati:
— jekk ikunu ġejjin minn kull impjant approvat b’mod konformi ma' l-Artikolu 4 jew 5, b’kull dokument kummerċjali illi jispeċifika:
—— jekk xieraq, in-natura tat-trattament,
— jekk fil-prodotti jkunux jinstabu proteini ruminanti,
— jekk ikunu ġejjin minn impjant ieħor, b’kull ċertifikat maħruġ u ffirmat minn veterinarju uffiċjali li juri:
—— il-metodi tat-trattament użati fuq il-kunsinna,
— ir-riżultat tat-testijiet għas-salmonella,
— jekk fil-prodott instabux proteini ruminanti.
(b) fl-Artikolu 6, “għandhom jiġu stabbiliti taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19” għandu jiġi mibdul b’“huma stabbiliti fil-Kapitolu 10 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE”;
(ċ) fl-Artikolu 14 l-ewwel paragrafu għandu jitħassar.
Artikolu 15
Il-Kunsill, hu u jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata u fuq kull proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta kull Anness ġdid illi jistabbilixxi ħtiġiet speċifiċi għal prodotti oħra kapaċi li jippreżentaw kull riskju reali li jifirxu mard serju li jittieħed jew kull riskju reali għas-saħħa umana.
Meta tinħass il-ħtieġa, l-Annessi għandhom jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 18 b'konformità mal-prinċipji ġenerali dikjarati fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3.
Artikolu 16
1. L-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati illi jdaħħlu fit-teritorju tagħhom il-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza ►M17 fl-Anness I ◄ u fit-tieni u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 3 li kienu prodotti fit-territorju ta’ kull Stat Membru u li jkunu għaddew mit-territorju ta’ kull pajjiż terz bla ħsara għat-turija ta’ kull ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali jew ta’ saħħa pubblika li jattesta l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri li jirrikorru għall-possibbilità stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE ( 15 ).
Artikolu 17
1. L-Annessi A u B mad-Direttivi 89/662/KEE u 90/425/KEE għandhom jiġu mibdula bit-testi prodotti fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.
2. Id-Direttiva 77/99/KEE qed tiġi emendata kif ġej:
— fl-Artikolu 2 (b), il-punt (iv) għandu jitħassar u l-punti (v) u (vi) għandhom isiru (iv) u (v) rispettivament;
— L-Artikolu 6 (2) għandu jinqara’:
—
“2. Taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20, jistgħu jiġu dikjarati kondizzjonijiet addizzjonali għall-prodotti l-oħra li joriġinaw mill-annimali sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.”
Artikolu 18
Meta ssir riferenza għall-proċedura pprovduta f'dan l-Artikolu, il-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf għandu jaġixxi b’mod konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/662/KEE.
Artikolu 19
Skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 18, jistgħu jiġu adottati miżuri tranżitorji għal kull perjodu ta’ tliet snin li jibdew mill-1 ta’ Lulju 1993 sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni għall-arranġamenti l-ġodda stabbiliti b'din id-Direttiva.
Artikolu 20
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' l-Artikoli 12 (2) u 17 sal-1 ta’ Jannar 1993 u mal-ħtiġiet l-oħra ta’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1994. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fil-pront b’dan.
Meta dawn il-miżuri jiġu adottati mill-Istati Membri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali. Il-metodi dwar kif tiġi magħmula kull tali referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin fil-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.
3. It-twaqqif ta’ temma taż-żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali sa l-1 ta’ Jannar 1994 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-abolizzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri pprovdut fid-Direttivi 89/662/KEE u 90/425/KEE.
Artikolu 21
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 2
Casings ta’ l-annimali maħsuba għall-konsum uman
A. Kummerċ
Il-kummerċ fil-ġlud ta’ l-annimali huwa soġġett għall-produzzjoni ta’ kull dokument li jispeċifika l-impjant ta’ l-oriġini li jrid ikun:
— fejn il-ġlud jiġu mmellħa jew imnixxfa fuq il-post ta’ l-oriġini u fejn il-ġlud immellħa jew imnixxfa jiġu sussegwentement imgħoddija bl-idejn għal għanijiet oħra, kull impjant approvat mill-awtorità kompetenti,
— fil-każijiet l-oħra, kull impjant approvat b’mod konformi mad-Direttiva 64/433/KEE ( 16 ), kemm-il darba l-ġlud jiġu trasportati f'kull tali manjiera sabiex jipprevjenu l-kontaminazzjoni.
B. Importazzjoni minn pajjiżi terzi
L-importazzjoni ta’ ġlud ta’ l-annimali minn kull pajjiż terz hija soġġetta għall-produzzjoni taċ-ċertifikat li għalih saret referenza fl-Artikolu 10 (2) (c), maħruġ u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ l-esportazzjoni, li jiddikara illi:
(i) il-ġlud ġejjin minn impjanti approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni;
(ii) il-ġlud tagħhom ġew imnaddfa, mibruxa u imbagħad jew immellħa jew ibbliċjati (jew bħala alternattiva għat-tmelliħ jew l-ibbliċjar, illi ġew imqadda wara l-brix);
(iii) wara t-trattament skond (ii), ittieħdu passi effettivi sabiex jipprevjenu l-kontaminazzjoni mill-ġdid tal-ġlud.
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 5
L-għadam u l-prodotti mill-għadam (għajr ikel mill-għadam), il-qrun u l-prodotti mill-qrun (għajr ikel mill-qrun) u n-nagħal u prodotti min-nagħal (għajr ikel min-nagħal) ►M12 maħsuba għall-konsum uman ◄
Il-kummerċ fi u l-importazzjoni tal-prodotti in kwistjoni huma soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
1. fejn jidħol il-kummerċ, l-għadam, il-qrun u n-nagħal huma soġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali kif stabbilit fid-Direttiva 72/461/KEE;
2. fejn jidħol il-kummerċ, il-prodotti mill-għadam, il-prodotti mill-qrun u l-prodotti min-nagħal huma soġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali kif provdut fid-Direttiva 80/215/KEE ( 17 );
3. fejn tidħol l-importazzjoni, l-għadam, il-prodotti mill-għadam, il-qrun, il-prodotti mill-qrun, in-nagħal u l-prodotti min-nagħal huma soġġetti għall-ħtiġiet tad-Direttiva 72/462/KEE ( 18 ).
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 6
Proteina proċessata mill-annimali ►M12 maħsub għall-konsum uman ◄
I. Mingħajr preġudizzju għal kull restrizzjoni imposta rigward il-BSE jew ir-restrizzjonijiet fuq l-għalf ta’ proteina ruminanti lill-annimali li jixtarru (ruminanti), il-kummerċ fi u l-esportazzjoni ta’ proteina proċessata mill-annimali huma soġġetti għal:
A. dwar in-negozju, għall-produzzjoni tad-dokument jew ċertifikat previst fid-Direttiva 77/99/KEE, li jistqarr li l-ħtiġijiet ta’ dik id-Direttiva ġew imħarsa;
B. rigward l-importazzjonijiet:
1. il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa kif ipprovdut fl-Artikolu 10 (2) (c), iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż ta’ l-oriġini u li jiddikjara illi:
(a) il-prodotti jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 80/215/KEE;
(b) kull prekawzjoni tkun ittieħdet wara t-trattament sabiex jiġi prevenut kull tniġġiz tal-prodott trattat;
(ċ) ikunu ttieħdu kampjuni u ġew testjati għas-salmonella meta l-kunsinna tkun ħalliet il-pajjiż ta’ l-oriġini;
(d) ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma fin-negattiv;
2. wara l-eżami dwar id-dokument taċ-ċertifikat li għalih saret referenza f’1, ikunu ttieħdu kampjuni mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera mingħajr preġudizzju għal punt II:
(i) minn kull kunsinna ta’ prodotti sottomessi bil-massa;
(ii) każwalment minn kunsinni tal-prodotti mqiegħda f'pakketti fl-impjant tal-fabbrikazzjoni;
3. għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju tal-Komunità ta’ kunsinni ta' proteina proċessata mill-annimali, sabiex jiġi ppruvat illi r-riżultati mill-kampjuni mwettqa b'mod konformi ma' B (1) (c) instabu fin-negattiv, u jekk meħtieġ, anke wara ipproċessar mill-ġdid;
Ċ. ir-regoli nazzjonali li kienu jeżistu fid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva rigward il-ħtiġiet applikabbli rigward il-BSE u l-marda scrapie tan-nagħaġ għall-proteini mill-annimali jistgħu jinżammu sakemm tittieħed kull deċiżjoni dwar it-trattament bis-sħana li jkun kapaċi jeqred l-aġent responsabbli.
Il-kummerċ fi u l-importazzjoni ta’ ikel mill-laħam u ikel mill-għadam jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 5 (2) tad-Direttiva 89/662/KEEC u l-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE.
II. L-Istati Membri jistgħu jwettqu teħid każwali ta’ kampjuni fuq kunsinni bil-massa li joriġinaw f' kull pajjiż terz minn fejn l-aħħar sitt testijiet wara xulxin irriżultaw fin-negattiv. Fejn matul wieħed minn dawn il-kontrolli r-riżultat ikun ġie pożittiv, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ l-oriġini għandha tiġi mgħarrfa sabiex tkun tista' tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri jridu jinġiebu taħt l-attenzjoni ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli mill-kontroll fuq l-importazzjoni. Fil-każ ta’ kull riżultat pożittiv ieħor mill-istess sors, iridu jitwettqu iktar provi fuq il-kunsinni kollha mill-istess sors sakemm jerġgħu jiġu sodisfatti l-ħtiġiet stabbiliti fl-ewwel sentenza.
III. L-Istati Membri jridu jżommu tagħrif tar-riżultati mill-mostri mwettqa fuq il-kunsinni kollha li jkunu għaddew mill-mostri.
IV. B’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 (3) tad-Direttiva 89/662/KEE, it-trasbord tal-kunsinji huwa permess biss f'portijiet li jkunu ġew approvati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, kemm-il darba jkun intlaħaq kull ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri li jippermetti hekk li jħalli l-kontroll tal-kunsinni jiġi diferit sakemm il-kunsinni jaslu fuq il-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-Istat Membru fejn tkun id-destinazzjoni ta’ l-aħħar.
V. Fejn kunsinna tiġi pruvata pożittiva għas-salmonella, trid tiġi jew:
(a) esportata mill-ġdid għal barra mill-Komunità; (jew)
(b) użata bi skopijiet oħra għajr għall-għalf ta’ l-annimali. F'dan il-każ, il-kunsinna tista' tħalli biss il-port jew il-maħżen bil-kondizzjoni li (l-proteina) ma' tiġix inkorporata fl-oġġetti ta’ l-ikel ta’ l-annimali;
(ċ) proċessata mill-ġdid f'impjant tat-trattament approvat b'mod konformi mad-Direttiva 90/667/KEE jew kull impjant ieħor approvat għad-dekontaminazzjoni. Iċ-ċaqliq mill-port għall-maħżen għandu jiġi kontrollat bil-permess ta’ l-awtorità kompetenti u l-kunsinna ma għandhiex tiġi rilaxxata qabel tkun trattata, iċċekkjata għas-salmonella mill-awtorità kompetenti b’mod konformi ma’ l-Anness II, Kapitolu III, mad-Direttiva 90/667/KEE u jkun ġie miksub kull riżultat fin-negattiv..
IL-KAPITOLU 7
Demm u prodotti tad-demm ta' l-ammimali tal-fart u t-tjur
(bl-eċċezzjoni tas-serum mir-razza taż-żwiemel)
I. Demm frisk u prodotti tad-demm intiżi għall-konsum uman
A. Kummerċ
|
1. |
Il-kummerċ f'demm frisk ta' l-ammimali tal-fart u tat-tjur intiż għall-konsum uman huwa suġġett għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ fil-laħam frisk bi qbil mad-Direttivi tal-Kunsill 72/461/KEE ( 19 ), 91/494/KEE ( 20 ) jew 91/495/KEE ( 21 ). |
|
2. |
Il-kummerċ fi prodotti tad-demm intiżi għall-konsum uman huwa suġġett għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali kif stabbiliti fil-Kapitolu 11 ta' din id-Direttiva. |
B. Importazzjoni
|
1. |
L-importazzjoni ta' demm frisk ta' l-annimali domestiċi tal-fart intiżi għall-konsum uman hija pprojbita permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE ( 22 ). L-importazzjonijiet ta' demm frisk ta' tjur domestiċi intiżi għall-konsum uman huma suġġetti għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fid-Direttiva 91/494/KEE. L-importazzjoni ta' demm frisk ta' tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet intiż għall-konsum uman hija suġġetta għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fil-Kapitolu 11 ta' dan l-Anness. |
|
2. |
L-importazzjonijiet tal-prodotti tad-demm għall-konsum uman, inklużi dawk li hemm referenza dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE ( 23 ), huma suġġetti għal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jgħoddu għall-prodotti tal-laħam permezz tad-Direttiva 72/462/KEE u ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-prodotti pproċessati tal-proteini ta' l-annimali bbażati fuq id-demm kif hemm referenza dwarhom fil-Kapitlu 6 ta' dan l-Anness. |
▼M12 —————
III. Disposizzjonijiet ġenerali
Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati, meta meħtieġ, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 9
Xaħam tal-majjal u xaħam imdewweb maħsub għall-konsum uman
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ xaħam ta’ l-ikel u xaħmijiet mirduda li jiġu minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista annessa mad-Deċiżjoni 79/542/KEE li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ l-ispeċi interessata.
2. Fejn tgħaddi mxija ta’ mard serju li jittieħed fit-12-il xahar ta’ qabel l-esportazzjoni ġewwa KULL pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1, kull kunsinna ta’ xaħam ta’ l-ikel jew xaħmijiet mirduda għandha ġġorr magħha ċertifikat li għalih saret referenza fl-Artikolu 10 (2) ta’ din id-Direttiva li jiddikjara illi:
A. ix-xaħam ta’ l-ikel jew ix-xaħmijiet mirduda kienu ġew soġġetti għal wieħed mill-proċessi ta’ trattament bis-sħana li ġejjin:
(i) ta’ mill-inqas 70 °C għal ta’ l-inqas 30 minuta; jew
(ii) ta’ mill-inqas 90 °C għal mill-inqas 15-il minuta; jew
(iii) kull temperatura minima ta’ of 80 °C f' kull sistema kontinwa ta’ radd;
B. fejn ix-xaħam ta’ l-ikel jew ix-xaħmijiet mirduda jiġu f'pakketti, ikunu ppakkjati f'kontenituri ġodda u jkun ittieħed kull prekawzjoni sabiex jipprevjeni t-tniġġiz mill-ġdid tagħhom;
Ċ. fejn ikun maħsub it-trasport bil-massa tal-prodott, il-pajpijiet, il-pompi u t-tank tal-massa u kull kontenitur bil-massa jew vettura tat-triq tank tal-massa użati fit-trasport tal-prodotti mill-impjant tal-manifattura jew direttament għal fuq il-bastiment jew għal ġewwa tankijiet fuq l-art jew direttament lejn l-istabbilimenti jkunu spezzjonati u misjuba nodfa qabel l-użu.
▼M12 —————
IL-KAPITOLU 11
Laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi maħsub għall-konsum uman
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-laħam tal-fenek u l-laħam tas-selvaġġina mrobbi fl-irziezet jiġi impurtat biss jekk:
(a) ikun ġej minn pajjiżi terzi inklużi:
(i) għas-selvaġġina bil-pil imrobbija fl-irziezet, fil-lista tal-pajjiżi li minnhom jista' jiġi importat laħam frisk ta’ l-ispeċi korrispondenti b'mod konformi mad-Direttiva 72/462/KEE;
(ii) għas-selvaġġina bir-rix imrobbija fl-irziezet, il-lista tal-pajjiżi li minnhom laħam frisk tat-tjur jista' jiġi importat b'mod konformi mad-Direttiva 91/494/KEE ( 24 );
(iii) għal-laħam tal-fenek, fil-lista mfassla skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18;
(b) għall-inqas jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III rispettivament tad-Direttiva 91/495/KEE ( 25 );
(ċ) ikunu ġejjin minn stabbilimenti li joffru l-garanziji provduti fil-(b) u jkunu rikonoxxuti skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 jew, kemm-il darba titfassal il-lista li għaliha ma saritx referenza f' (a) (iii), minn stabbilimenti approvati mill-awtoritajiet kompetenti;
(d) kull lott ta’ laħam ikun akkumpanjat biċ-ċertifikat tas-saħħa pprovdut bl-Artikolu 10 (2) (ċ).
▼M12 —————
▼M17 —————
ANNESS III
I
VERŻJONI KONSOLIDATA TA’ L-ANNESSI A U B MAD-DIRETTIVA 89/662/KEE
“ANNESS A
LEĠISLAZZJONI VETERINARJA
IL-KAPITOLU I
— Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU Nru 121, tad-29. 7. 1964, p. 2012/64).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur (ĠU Nru L 55, tat-8. 3. 1971, p. 23).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU Nru L 302, tal-31. 12. 1972, p. 24).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mill-laħam (ĠU Nru L 26, tal-31. 1. 1977, p. 85).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mil-laħam (ĠU Nru L 47, tal-21. 2. 1980, p. 4).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 88/657/KEE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1988 li tipprovdi l-ħtiġiet għall-produzzjoni ta’ u l-kummerċ fil-laħam kapuljat, laħam f'biċċiet ta’ inqas minn 100 gramma u tħejjijiet mil-laħam (ĠU Nru L 382, tal-31. 12. 1988, p. 3).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1989 dwar l-iġene u l-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-bajd (GU Nru L 212, tat-22. 7. 1989, p. 87).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura (ĠU Nru L 46, tad-19. 2. 1991, p. 1).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tipprovdi għall-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin (ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 1).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd (ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 15).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam frisk tat-tjur minn pajjiżi terzi (ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 35).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1991 dwar problemi tas-saħħa pubblika u dawk ta’ l-annimali li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-fenek u tal-laħam tas-selvaġġina miżmuma fl-irziezet (ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 41).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar il-problemi tas-saħħa pubblika u dawk ta’ l-annimali li għandhom x'jaqsmu mal-qtil tas-selvaġġina u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tas-selvaġġina (ĠU Nru L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 35).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tipprovdi għar-regoli tas-saħħa dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ħalib frisk, ħalib trattat bis-sħana u prodotti ta’ bażi mill-ħalib (ĠU Nru L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 1).
IL-KAPITOLU II
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi għall-ħtiġiet għas-saħħa ta’ l-annimali u għas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti speċifikament f’regoli tal-Komunità li saret referenza għalihom fl-Anness A (I) mad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE (bl-eċċezzjoni tal-patoġeni).
ANNESS B
PRODOTTI LI MA HUMIEX SOĠĠETTI GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TAL-KOMUNITÀ, IMMA GĦAL KUMMERĊ LI FIH IKUNU SOĠĠETTI GĦALL-KONTROLLI KIF IPPROVDUTI B'DIN ID-DIRETTIVA
Prodotti oħra ta’ oriġini mill-annimali la inklużi fl-Anness B ma' din id-Direttiva u l-anqas fl-Anness mad-Direttiva 90/425/LEE: dawn il-prodotti jridu jiġu definiti b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.’
II
VERŻJONI KONSOLIDATA TA’ L-ANNESSI A U B GĦAD-DIRETTIVA 90/425/KEE
“ANNESS A
IL-KAPITOLU I
LEĠISLAZZJONI VETERINARJA
Taqsima 1
— Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ tal-Komunità fil-bhejjem ta’ l-ifrat u l-ħnieżer (ĠU Nru 121, tad-29. 7. 1964, p. 1977/64).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi għall-ħtiġiet fis-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarji u l-importazzjoni ta’ semene iffriżat minn annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat (ĠU Nru L 194, tat-22. 7. 1988, p. 10).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni minn annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat (ĠU Nru L 302, tad-19. 10. 1989, p. 1).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet fil-politika tas-saħħa li jirregolaw iċ-ċaqliq ta’ l-equidae u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi (ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, p. 42).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ semene ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi porċina (ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, p. 62).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis (ĠU Nru L 303, tal-31. 10. 1990, p. 6).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi r-regoli veterinarji għall-qerda u l-ipproċessar ta’ rimi ta’ l-annimali, għat-tqegħid tiegħu fis-suq u għall-prevenzjoni ta’ patoġeni fl-għalf ta’ oriġini mill-annimali jew mill-ħut u li jemenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 363, tas-27. 12. 1990, p. 51).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti mill-akwakultura (ĠU Nru L 46, tad-19. 2. 1991, p. 1).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali tar-razza ovina u dik kaprina (GU Nru L 46, tad-19. 2. 1991, p. 19).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali matul il-vjaġġ u li jemenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU Nru L 340, tal-11. 12. 1991, p. 17).
Taqsima 2
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semene, bajd (ova) u embrijoni mhux soġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali pprovduti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li għalihom saret referenza fl-Anness A (I) (1) għad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 54).
— Għall-patoġeni:
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregola l-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità u li għalihom saret referenza fl-Anness A (I) mad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE.
KAPITOLU II
LEĠISLAZZJONI ŻOOTEKNIKA
— Id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 dwar annimali puri tar-razza ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tagħmir (ĠU Nru L 206, tat-12. 8. 1977, p. 8).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi stabbiliti applikabbli għall-annimali tat-tagħmir ta’ l-ispeċi porċina (ĠU Nru L 382, tal-31. 12. 1988, p. 36).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 rigward in-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza pura għat-tagħmir (ĠU Nru L 153, tat-8. 6. 1989, p. 30).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-equidae (ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, p. 55).
— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE tal-25 ta’ Marzu 1991 li tistabbilixxi l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-bejgħ fis-suq ta’ annimali tar-razza (ĠU Nru L 85, tal-5. 4. 1991, p. 37).
ANNESS B
ANNIMALI U PRODOTTI LI MA HUMIEX SOĠĠETTI GĦALL-ARMONIZAZZJONI IMMA F' KUMMERĊ LI GĦAD IKUN SOĠĠETT GĦALL-KONTROLLI PPROVDUTI F' DIN ID-DIRETTIVA
IL-KAPITOLU I
Leġislazzjoni veterinarja - annimali ħajjin oħra mhux elenkati fl-Anness A, Kapitolu I.
IL-KAPITOLU II
Leġislazzjoni veterinarja - semene, bajd (ova) u embrijoni mhux elenkati fil-lista fl-Anness A, Kapitolu I.
( 1 ) ĠU C 327, tat-30. 12. 1989, p. 29; u ĠU C 84, tat-2. 4. 1990, p 102.
( 2 ) ĠU C 113, tas-7. 5. 1990, p. 205; u ĠU C 149, tat-18. 6. 1990, p. 259.
( 3 ) ĠU C 124, tal-21. 5. 1990, p. 15; u ĠU C 182, ta-23. 7. 1990, p. 250.
( 4 ) ĠU L 373, tal-31. 12. 1990, p. 1.
( 5 ) ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, p. 13. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 56).
( 6 ) ĠU L 378, tal-31. 12. 1982, p. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 90/134/LEE (ĠU L 76, tat-22. 3. 1990, p. 23).
( 7 ) ĠU L 373, tal-31. 12. 1990, p. 26.
( 8 ) ĠU L 26, tal-31. 1. 1977, p. 85. Direttiva aġġornata bid-Direttiva 92/5/LEE (ĠU L 57, tat-2. 3. 1992, p. 1), u l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/45/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 35).
( 9 ) ĠU L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 1.
( 10 ) ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 56
( 11 ) ĠU L 302, tal-31. 12. 1972, p. 24. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/687/KEE (ĠU L 377, tal-31. 12. 1991, p. 16).
( 12 ) ĠU L 84, tal-31. 3. 1992, p. 33.
( 13 ) ĠU L 87, tat-2. 4. 1992, p. 20.
( 14 ) ĠU Nru L 62, tal-15. 3. 1993, p. 49.”
( 15 ) ĠU Nru L 255, tat-18. 10. 1968, p. 23.
( 16 ) ĠU 121, tad-29. 7. 1964, p. 2012/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 69).
( 17 ) ĠU L 47, tal-21. 2. 1980, p. 4. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/687/KEE (ĠU L 377, tal-31. 12. 1991, p. 16).
( 18 ) ĠU L 302, tal-31. 12. 1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/688/KEE (ĠU L 377, tal-31. 12. 1991, p. 18).
( 19 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 24.
( 20 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 35.
( 21 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 41.
( 22 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28.
( 23 ) ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 85.
( 24 ) ĠU L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 25.
( 25 ) ĠU L 268, ta’ l-24. 9. 1991, p. 41.