Official Journal L 382 , 31/12/1982 P. 0013 - 0016
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 17 P. 0266
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 17 P. 0266
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3618/82 tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar l-utilizzazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 3/82 tal-KEE-Kumitat Konġunt tan-Norveġja li jemenda Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-imsemmi Stat IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi il-Komunità Ekonomika Ewropea iffirmat Ftehim mar-Renju tan-Norveġja [1] fl-14 ta' Mejju 1973 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1973; Billi bis-saħħa ta' l-Artikolu 12a tal-Ftehim il-Kumitat Konġunt addotta d-Deċiżjoni Nru 3/82 li jemenda Protokolli 1 u 2; Billi din id-Deċiżjoni għandha tingħata effett fil-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, Deċiżjoni Nru 3/82 tal-Kumitat Konġunt għandha tapplika fil-Komunità. It-test ta' din id-Deċiżjoni hija mwaħħla ma dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ġie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1982. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1982. Għall-Kunsill Il-President O. Møller [1] ĠU L 171, tas-27.6.1973, p. 2. --------------------------------------------------