Official Journal L 264 , 27/09/1978 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0181
Greek special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0130
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0181
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 9 P. 0003
Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 2211/78 tas-26 ta Settembru 1978 dwar l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu; Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk iffirmat f'Rabat fis-27 ta April 1976 għandu jkun konkluż, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk huwa hawnhekk konkluż f'isem il-Komunità. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jagħti n-notifika skond l-Artikolu 60 tal-Ftehim [2]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 1978. Għall-Kunsill Il-President J. Ertl [1] ĠU C 259, ta' l-4.11.1976, p. 15. [2] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-segretarju Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------