12006M052

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VIII - Disposizzjonijiet finali - Artikolu 52

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0035 - 0035
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0031 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0172 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0063


Artikolu 52

1. Dan it-Trattat għandu jkun ratifikat mill-Partijiet Kontraenti l-Għolja skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati għand il-gvern tar-Repubblika Taljana.

2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Jannar 1993, bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika kollha jkunu ġew depożitati, jew fin-nuqqas, fl-ewwel ġurnata tax-xahar li jiġi wara li jkun depożitat l-istrument ta' ratifika mill-aħħar Stat firmatarju li jagħmel dan il-pass.

--------------------------------------------------