24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/87


DEĊIŻJONI DELEGATA Nru 271/21/COL TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

tat-3 ta’ Diċembru 2021

li tistabbilixxi programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu 2022–2026 li għandhom jitwettqu fl-Iżlanda u fin-Norveġja biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE fil-qasam tal-ikel u dak veterinarju [2022/293]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari l-Protokoll 1 tiegħu;

Wara li kkunsidrat l-att imsemmi fil-Punt 11b fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u l-Punt 31q tal-Kapitolu II tal-Anness I u l-Punt 164 tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE, ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1) (“ir-Regolament (UE) 2017/625”), u b’mod partikolari l-Artikolu 118(1) tiegħu,

kif emendat u kif adattat għall-Ftehim ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu u l-adattamenti settorjali msemmija fl-Annessi I u II tiegħu,

Billi:

Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġislazzjoni taż-ŻEE fil-qasam tal-ikel u veterinarju tinsab f’idejn l-Istati taż-ŻEE, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jimmonitorjaw u jivverifikaw, billi jorganizzaw kontrolli uffiċjali, li r-rekwiżiti rilevanti taż-ŻEE jkunu rispettati u infurzati b’mod effettiv.

Mill-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 isegwi li l-esperti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) għandhom iwettqu kontrolli, inklużi awditi, fl-Iżlanda u fin-Norveġja biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE. Dawn il-kontrolli tal-Awtorità għandhom jitwettqu fl-oqsma tal-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-produzzjoni organika u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti li jħaddmuhom.

Mill-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jirriżulta li l-Awtorità għandha tistabbilixxi programm ta’ kontroll għall-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-esperti tagħha fl-Iżlanda u fin-Norveġja kif previst fl-Artikolu 116(1) ta’ dak ir-regolament.

Dan il-programm pluriennali ta’ kontrolli huwa stabbilit għal ċerti oqsma ta’ prijorità għall-perjodu 2022-2026. Il-kriterji użati għall-prijoritizzazzjoni jinkludu fost l-oħrajn riskji identifikati u suġġetti emerġenti (pereżempju mard tal-annimali jew kriżijiet tal-ikel jew tal-għalf), ir-rilevanza ta’ settur fl-Iżlanda u fin-Norveġja, il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-Iżlanda u n-Norveġja fil-qasam rilevanti u informazzjoni minn sorsi rilevanti, inklużi l-prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-programm ta’ kontroll tagħha. (2)

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu 2022-2026 li għandu jitwettaq mill-esperti tal-Awtorità fl-Iżlanda u fin-Norveġja kif previst fl-Artikolu 116(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda u lin-Norveġja.

3.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-iffirmar tagħha.

4.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li taġixxi taħt id-Deċiżjoni Delegata Nru 130/20/COL,

Högni S. KRISTJÁNSSON

Membru Responsabbli tal-Kulleġġ

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmatarju bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi

Placeholder for electronic signature. Please do not delete.


(1)  Inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1550 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi l-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 li għandhom jitwettqu mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 9).


ANNESS

Dan l-Anness jistabbilixxi l-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu 2022–2026 li għandhom jitwettqu minn esperti tal-Awtorità fl-Iżlanda u fin-Norveġja f’oqsma koperti mir-Regolament (UE) 2017/625.

Il-programm pluriennali ta’ kontrolli jkopri l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 kif ukoll oqsma oħra previsti f’dak ir-Regolament, bħall-frodi u l-kontrolli tal-importazzjoni.

L-Awtorità identifikat ċerti oqsma ta’ prijorità fl-oqsma tal-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati, il-produzzjoni organika, il-kontrolli tal-frodi u tal-importazzjoni, u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti.

Il-kontrolli tal-Awtorità għandhom ikopru oqsma ta’ prijorità identifikati fl-Iżlanda u fin-Norveġja. Il-kwistjonijiet speċifiċi koperti minn kontrolli individwali għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjoni f’kull wieħed mill-Istati u għall-Islanda, ikunu soġġetti għal eċċezzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tas-saħħa u l-benessri tal-annimali.

L-esperti tal-Awtorità għandhom iwettqu l-kontrolli, li jinkludu verifiki fuq il-post, awditi, u analiżijiet ibbażati fuq id-dokumentazzjoni, skont l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-kontrolli mill-Awtorità jsiru biex jinkiseb livell għoli ta’ kopertura f’oqsma identifikati bħala prijorità mill-Awtorità u li jeħtieġu skrutinju dwar il-livell ta’ implimentazzjoni u l-effettività tas-sistemi ta’ kontrolli uffiċjali u tal-miżuri ta’ infurzar.

Il-Parti A tal-Anness telenka l-oqsma rilevanti ta’ kontrolli flimkien mal-objettivi għall-kontrolli tal-Awtorità għall-perjodu 2022-2026. Fil-Parti B tal-Anness jiġu identifikati l-oqsma ta’ prijorità taħt kull qasam ta’ kontroll.

Parti A – Oqsma ta’ kontrolli u għanijiet tal-kontrolli tal-Awtorità

1.   L-ikel u s-sikurezza tal-ikel

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli taż-ŻEE dwar l-ikel u s-sikurezza tal-ikel li tirregola l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li joriġina mill-annimali u li ma joriġinax mill-annimali (li jkopri wkoll it-traċċabbiltà u t-tikkettar, is-sikurezza mikrobijoloġika u ż-żoonożi li tinġarr mill-ikel), ir-residwi u l-kontaminanti, l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi u l-użu ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa, il-materjali u l-oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuqhom.

2.   L-għalf u s-sikurezza tal-għalf

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola s-sikurezza tal-għalf (inklużi l-iġjene tal-għalf, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti, il-kontaminanti, it-traċċabbiltà u t-tikkettar tal-għalf), l-għalf medikat, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-għalf u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

3.   Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

4.   Is-saħħa tal-annimali

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola s-saħħa tal-annimali, b’enfasi fuq il-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali, programmi biex jinkiseb status ħieles mill-mard u ż-żamma ta’ tali status, il-kontroll ta’ mard attiv ewlieni tal-annimali u t-tħejjija biex jiġu indirizzati tifqigħat multipli ta’ mard epiżootiku, u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuqhom.

5.   Il-benessri tal-annimali

Li tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli taż-ŻEE li tirregola t-trattament xieraq tal-annimali għall-produzzjoni fl-irziezet, matul it-trasport u waqt it-tbiċċir, id-depopolazzjoni u l-qtil b’emerġenza, u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuqhom.

6.   Il-produzzjoni organika

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola l-produzzjoni u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuqhom.

7.   Dħul fiż-ŻEE ta’ oġġetti u annimali minn pajjiżi terzi

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli taż-ŻEE li tirregola l-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Iżlanda u fin-Norveġja minn pajjiżi terzi, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u r-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi taż-ŻEE applikabbli għall-annimali u l-oġġetti rilevanti. Se jkun hemm enfasi speċjali fuq ir-regoli stabbiliti bir-Regolament (UE) 2017/625 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni relatati.

8.   Aspetti ġenerali u orizzontali

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola l-identifikazzjoni u s-segwitu ta’ prattiki frodulenti jew qarrieqa f’oqsma koperti mir-Regolament (UE) 2017/625 u l-kontrolli uffiċjali fuqhom. Biex jiġi vverifikat li l-Iżlanda u n-Norveġja jieħdu miżuri ta’ segwitu xierqa biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas speċifiku jew sistemiku identifikat permezz tal-kontrolli tal-Awtorità. Biex jiġu vverifikati l-arranġamenti fis-seħħ għall-verifika tal-effettività tal-kontrolli uffiċjali.

Parti B – Oqsma ta’ prijorità

 

Qasam ta’ prijorità

2022 - 2026

L-ikel u s-sikurezza tal-ikel

Ikel li joriġina mill-annimali

Is-sikurezza tal-laħam tal-mammiferi u tal-għasafar u tal-prodotti tagħhom, tal-ħalib u tal-prodotti tiegħu, tal-prodotti tas-sajd u l-iġjene tal-produzzjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin

Ikel li ma joriġinax mill-annimali

Is-sikurezza tal-frott u tal-ħaxix, tal-ħxejjex aromatiċi, tal-ħwawar u tan-nebbieta, inklużi kontaminanti

 

Residwi u kontaminanti

Residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji, pestiċidi u kontaminanti ambjentali

Informazzjoni għall-konsumaturi dwar l-ikel u l-użu ta’ indikazzjonijiet nutrizzjonali u dwar is-saħħa

Informazzjoni għall-konsumaturi dwar l-ikel u l-użu ta’ indikazzjonijiet nutrizzjonali u dwar is-saħħa

 

Il-materjali u l-oġġetti f’kuntatt mal-ikel

 

Il-materjali u l-oġġetti f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel

L-għalf u s-sikurezza tal-għalf

Is-sikurezza ġenerali tal-għalf

Is-sikurezza tal-għalf fl-istadji kollha, inklużi l-produzzjoni primarja, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti, l-iġjene tal-għalf, it-traċċabbiltà, it-tikkettar u l-kontaminanti

Għalf medikat

 

Produzzjoni, distribuzzjoni u użu ta’ għalf medikat

Il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-għalf

 

It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf, inkluż it-tikkettar u l-informazzjoni lill-utenti, l-imballaġġ u l-preżentazzjoni

Prodotti sekondarji tal-annimali

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

Is-saħħa tal-annimali

Is-saħħa ta’ annimali akkwatiċi

Ġestjoni tas-saħħa tal-annimali inklużi programmi biex jinkiseb stat ħieles mill-mard u ż-żamma ta’ tali stat, u mard epiżootiku attiv (eż. influwenza avjarja)

Is-saħħa ta’ annimali terrestri

Tħejjija u prevenzjoni

Ippjanar ta’ kontinġenza

Benessri tal-Annimali

Fir-razzett

Majjali, tiġieġ tal-bajd, tiġieġ tas-simna, ruminanti żgħar u bhejjem tal-ifrat

It-trasport

Waqt il-qtil

 

Tbiċċir, qtil b’emerġenza u qtil għall-fini ta’ depopolazzjoni

Il-produzzjoni organika

Il-produzzjoni organika

Il-produzzjoni organika

Dħul fiż-ŻEE ta’ oġġetti u annimali minn pajjiżi terzi

Il-konformità tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Konformità ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ċentri ta’ spezzjoni deżinjati mill-ġdid u ġodda

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti

Kontrolli uffiċjali fuq annimali ħajjin u prodotti li ma joriġinawx mill-annimali u li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi

Aspetti ġenerali u orizzontali

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet settorjali u rieżami ġenerali

Frodi

Arranġamenti fis-seħħ għall-ġlieda kontra prattiki frawdolenti jew qarrieqa

Verifika tal-effettività tal-kontrolli uffiċjali

Arranġamenti fis-seħħ għall-verifika tal-effettività tal-kontrolli uffiċjali