<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑425/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0425</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:483">EU:C:2015:483</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20150716">16.7.2015</DATE> – KAWŻA C‑425/13</P><P>IL-KUMMISSJONI vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati sabiex l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni Ewropea tintrabat mal-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Awstralja</KEYWORD><KEYWORD>Direttivi ta’ negozjati</KEYWORD><KEYWORD>Kumitat speċjali</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 13(2) TUE, 218(2) sa (4) TFUE u 295 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Bilanċ istituzzjonali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑425/13,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fl-<DATE ISO="20130724">24 ta’ Lulju 2013</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Valero Jordana u F. Castillo de la Torre, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuta minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn R. Passos u D. Warin, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn K. Michoel kif ukoll minn M. Moore u J.‑P. Hix, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka</HT>, irrappreżentata minn M. Smolek, J. Vláčil u E. Ruffer, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka</HT>, irrappreżentat minn C. Thorning, L. Volck Madsen u U. Melgaard, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn T. Henze u B. Beutler, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn D. Colas, G. de Bergues u F. Fize kif ukoll minn N. Rouam, bħala aġenti,</P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT>, irrappreżentat minn M. Bulterman u M. de Ree, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja</HT>, irrappreżentat minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson kif ukoll minn E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq</HT>, irrappreżentat minn E. Jenkinson u M. Holt, bħala aġenti, assistiti minn J. Holmes u B. Kennelly, barristers,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta (Relatur), M. Ilešič, A. Ó Caoimh, C. Vajda, S. Rodin, K. Jürimäe, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Juhász, J. Malenovský, E. Levits, F. Biltgen u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20150106">6 ta’ Jannar 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE>, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar it-tqegħid tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’rabta mal-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet stabbilita fl-Awstralja kif ukoll tat-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2003/87/KE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="140" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2009">ĠU L 140, p. 63</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), ġiet adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 175(1) KE. Kif tipprovdi l-premessa 5 ta’ din id-direttiva, din għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri tagħha b’mod iktar effettiv sabiex jitnaqqsu l-effetti antropoġeniċi tal-gassijiet serra fl-ambitu tal-Protokoll ta’ Kyoto.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva jiddefinixxi l-għan tagħha kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità […] sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 25 tad-Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ir-rabtiet ma’ skemi oħra ta’ skambju ta’ emissjoni tal-gassijiet serra<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandhom jiġu konklużi ftehimijiet mal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness B rigward il-Protokoll ta’ Kyoto li jkunu rratifikaw il-protokoll sabiex jipprovdu għall-għarfien tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u skemi oħra tal-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra skont ir-regoli dikjarati fit-Trattat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.001A"><NO.PARAG>1a.</NO.PARAG><ALINEA>Jistgħu jsiru strumenti ta’ ftehim għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u sistemi mandatorji kompatibbli ta’ skambju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż ieħor jew entità subfederali jew reġjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.001B"><NO.PARAG>1b.</NO.PARAG><ALINEA>Jistgħu jsiru arranġamenti mhux vinkolanti ma’ pajjiżi terzi jew ma’ entitajiet subfederali jew reġjonali li jipprovdu għal koordinament amministrattiv u tekniku relatat ma’ kwoti fl-iskema Komunitarja jew sistemi obbligatorji ta’ skambju ta’ emissjonijiet li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jiġi konkluż ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa relatata mar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti ta’ dak il-ftehim. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-2011, l-Awstralja kkuntattjat lill-Kummissjoni bl-għan li tibda negozjati bilaterali sabiex l-iskema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni tintrabat mal-iskema Awstraljana.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-rakkomandazzjoni formali marbuta mal-awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ negozjati mal-Awstralja sabiex l-iskemi kkonċernati jintrabtu ma’ xulxin ġiet redatta fuq il-mudell tar-rakkomandazzjoni preċedenti dwar it-tqegħid tal-iskema ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni f’rabta mal-iskema ta’ skambju Svizzera. Din ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, imbagħad intbagħtet lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Matul id-diskussjonijiet fi ħdan il-grupp ta’ ħidma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tal-Kunsill, xi Stati Membri talbu li jkunu involuti iktar fin-negozjati mal-Commonwealth tal-Awstralja milli previst fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Ġie approvat test ta’ kompromess, b’xi emendi żgħar, mill-grupp ta’ ħidma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> fit-<DATE ISO="20130422">22 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130502">2 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet dikjarazzjoni sabiex tiġi inkluża fil-minuti, fejn hija kkontestat ċerti aspetti tal-abbozz ta’ deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-ftuħ tan-negozjati inkwistjoni (Dokument 8805/13, ADD1). Min-naħa tiegħu, il-Kunsill għamel ukoll dikjarazzjoni fit-<DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE> (Dokument 8805/13, ADD2).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Dan l-abbozz ta’ deċiżjoni ġie sottomess lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) u finalment adottat kif kien bħala punt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>A<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tal-aġenda tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Agrikoltura u Sajd<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ġiet awtorizzata tiftaħ in-negozjati inkwistjoni għan-nom tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni kkontestata jipprevedi li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kummissjoni għandha tmexxi dawn in-negozjati […] konformement mad-direttivi ta’ negozjati stabbiliti fl-Anness<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bil-miktub dwar l-eżitu tan-negozjati wara kull sessjoni ta’ negozjati u, fi kwalunkwe każ, mill-inqas darba kull tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-anness ta’ din id-deċiżjoni, id-direttivi ta’ negozjati (Dokument 8568/13, ADD1) indirizzati lill-Kummissjoni huma redatti taħt it-Taqsima A kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>A.</NO.P><TXT>Proċedura ta’ negozjati</TXT></NP></TI></TITLE><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għandha tmexxi n-negozjati skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni fis-seħħ. Jekk meħtieġ, il-pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni jiġu stabbiliti fi ħdan il-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 1(2) jew fi ħdan il-Kunsill. Il-grupp <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> huwa maħtur bħala kumitat speċjali biex jassisti lill-Kummissjoni f’dan il-kompitu. Il-laqgħat tal-kumitat speċjali jiġu organizzati u ppreseduti mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>In-negozjati għandhom jiġu ppreparati sew minn qabel. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bl-iskeda prevista, bil-kwistjonijiet li għandhom jiġi nnegozjati u bid-dokumenti rilevanti mill-iktar fis possibbli sabiex l-membri tal-kumitat speċjali jkollhom żmien raġonevoli sabiex jippreparaw b’mod adegwat għan-negozjati futuri.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Kull sessjoni ta’ negozjati għandha tiġi ppreċeduta minn laqgħa tal-kumitat speċjali sabiex jiġu identifikati l-kwistjonijiet prinċipali u sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ negozjati jew linji gwida, skont il-każ. Jekk meħtieġ, linji gwida dwar aspetti tekniċi speċifiċi tan-negozjati jistgħu jintalbu mingħand il-kumitat tat-tibdil fil-klima, mingħajr ħsara għal awtorizzazzjoni minn qabel tal-kumitat speċjali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultati tan-negozjati wara kull sessjoni ta’ negozjati u, fi kwalunkwe każ, tal-inqas darba kull tliet xhur. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill b’kull problema sinjifikattiva li tiltaqa’ magħha matul in-negozjati u għandha tikkonsulta mal-kumitat speċjali f’dan ir-rigward.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Taħt it-Taqsima B ta’ dawn id-direttivi ta’ negozjati jinsabu esposti l-kontenut u l-portata tan-negozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE>, dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati jesponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-ħatra ta’ kumitat speċjali, skont l-Artikolu 218(4) TFUE timplika li dan il-kumitat […] għandu l-kompitu li jsegwi n-negozjati u jiggwida lin-negozjatur, fid-dawl tad-direttivi ta’ negozjati adottati mill-Kunsill.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla t-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll it-Taqsima A tal-Anness tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u żżomm l-effetti tagħha fil-każ li din tiġi annullata fl-intier tagħha, u</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20131007">7 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Kunsill talab, konformement mal-Artikolu 151 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Ġustizzja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tirtira mill-proċess<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> id-deċiżjoni inkwistjoni u d-direttivi ta’ negozjati, kif ukoll is-siltiet mir-rikors tal-Kummissjoni li jiċċitaw dawn id-direttivi. Il-Kunsill talab ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja tieħu l-miżuri li hija tqis xierqa sabiex tiggarantixxi li l-kontenut tad-direttivi ta’ negozjati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ma jiġix ippubblikat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u sabiex in-natura ta’ dawn id-direttivi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ma tkunx tista’ tiġi dedotta mid-dokumenti pubbliċi tal-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Din it-talba tal-Kunsill ġiet miċħuda bid-digriet Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑425/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:91">EU:C:2014:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Parlament Ewropew, li ġie awtorizzat jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, talab li t-talbiet ippreżentati mill-Kummissjoni jintlaqgħu.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors jew, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata, li ma żżommx l-effetti tagħha, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju tal-Isvezja, li ġew awtorizzati jintervjenu insostenn tal-talbiet tal-Kunsill b’deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Franċiża, li ġew awtorizzati jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li ġie awtorizzat jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kunsill b’deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu u, fil-każ li dan jintlaqa’ kollu kemm hu jew parzjalment, li ma jinżammux l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kunsill jeċċepixxi l-inammissibbiltà tar-rikors tal-Kummissjoni, minħabba li huwa indirizzat kontra t-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, li tinkludi d-direttivi ta’ negozjati inkwistjoni. Huwa jsostni li, fi kwistjonijiet istituzzjonali oħra, il-Kummissjoni kkunsidrat li tali direttivi ta’ negozjati ma kellhomx il-karatteristiċi ta’ atti vinkolanti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-fatt li d-direttivi ta’ negozjati jitqiesu li ma għandhomx effett vinkolanti ma jfissirx li dawn ma jipproduċux effetti legali. Sa fejn il-Kunsill espona b’mod ċar li d-direttivi ta’ negozjati inkwistjoni jorbtu lill-Kummissjoni, ir-rikors li hija ppreżentat huwa ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li r-rikors għal annullament għandu jkun miftuħ għad-dispożizzjonijiet kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, indipendentement min-natura jew mill-forma tagħhom, sakemm dawn ikunu intiżi sabiex jipproduċu effetti legali (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, C‑28/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:282">EU:C:2015:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk tali dispożizzjonijiet jipproduċux effetti legali, għandha tiġi eżaminata s-sustanza tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni, C‑147/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:335">EU:C:2000:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li deċiżjoni adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 218(3) u (4) TFUE tipproduċi effetti legali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, C‑114/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2151">EU:C:2014:2151</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, li tinkludi d-direttivi ta’ negozjati inkwistjoni, tiddeskrivi proċedura speċifika u dettaljata dwar in-negozjati dwar il-ftehim previst li l-Kunsill manifestament intenda li jimponi fuq il-Kummissjoni, kif jirriżulta wkoll mill-Artikolu 1(2) ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, din hija ta’ natura li tipproduċi effetti legali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikors huwa ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tressaq żewġ motivi. L-ewwel motiv, li jikkonċerna l-proċedura dettaljata stabbilita fit-Taqsima A tad-direttivi ta’ negozjati, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(2) TUE, tal-Artikolu 218(2) sa (4) TFUE u tal-Artikolu 295 TFUE u kif ukoll tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali. It-tieni motiv, dwar id-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni huma ddefiniti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> mill-kumitat speċjali jew mill-Kunsill, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(2) TUE u tal-Artikolu 218 TFUE u kif ukoll tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa xieraq li teżamina dawn iż-żewġ motivi flimkien.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tesponi li n-negozjati dwar ftehim internazzjonali f’oqsma li ma humiex prinċipalment jew esklużivament dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni jaqgħu fil-kompetenza tagħha. Ir-rwol tagħha bħala negozjatur f’dan il-qasam ma jistax jitiqegħed f’dubju mill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni. Minkejja li t-Trattat FUE attribwixxa lill-Kunsill is-setgħa li jawtorizza l-ftuħ ta’ tali negozjati, huwa, madankollu, ma għandux is-setgħa li jestendi l-kontenut tad-direttivi ta’ negozjati billi jdaħħal fihom dispożizzjonijiet li ma humiex direttament marbuta man-negozjati mal-Istat terz ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li s-setgħa li tadotta direttivi ta’ negozjati ma tinkludix dik li tistabbilixxi l-arranġamenti li skonthom għandhom jinżammu n-negozjati, peress li dawn id-direttivi għandhom sempliċement jiddefinixxu l-għażliet strateġiċi u l-għanijiet sostantivi li għandhom jiġu difiżi matul in-negozjati.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-proċedura ta’ negozjati dettaljata prevista fit-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata għandha l-effett li tagħti kompetenzi ġodda lill-Kunsill, kuntrarjament għal dak previst mill-Artikolu 218(2) sa (4) TFUE. Bl-impożizzjoni unilaterali ta’ tali proċedura, il-Kunsill jimponi obbligi fuq il-Kummissjoni li ma jikkonformawx ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-Kunsill kiser ukoll l-Artikolu 13(2) TUE kif ukoll il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali billi estenda, permezz tad-direttivi ta’ negozjati inkwistjoni, l-attribuzzjonijiet mogħtija lilu mit-trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza li, jekk jista’ jkun utli għall-istituzzjonijiet li jorganizzaw l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni tagħhom, din il-kooperazzjoni għandha tiġi eżerċitata, konformement mal-Artikolu 295 TFUE, permezz ta’ ftehimiet interistituzzjonali. F’dan il-każ, fl-assenza ta’ konklużjoni ta’ tali ftehim, il-Kunsill, bl-adozzjoni tat-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, kiser ukoll dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Kunsill għandu, skont l-imsemmija Taqsima A, rwol deċiżiv fin-negozjati. Din l-istess taqsima tipprevedi, fil-fatt, li huwa l-kumitat speċjali msemmi fl-Artikolu 218(4) TFUE jew il-Kunsill, f’ċerti ċirkustanzi, li jiddefenixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li jkunu vinkolanti għall-Kummissjoni. Madankollu, it-Trattati ma jagħtu ebda rwol deċiżjonali dirett matul in-negozjati lil dan il-kumitat jew lill-Kunsill, filwaqt li l-Kummissjoni għandha, f’dan ir-rigward, kompetenza sħiħa. Il-kumitat speċjali huwa biss korp konsultattiv għan-negozjatur.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, huwa l-kompitu tagħha li tiffissa l-arranġamenti ta’ konsultazzjoni tal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill, konformement mal-Artikolu 218(4) TFUE. Din id-dispożizzjoni tagħti lill-kumitat speċjali rwol konsultattiv u n-negozjati għandhom isiru biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>f’konsultazzjoni ma’<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> dan tal-aħħar. Ċertament, minkejja li dan il-kumitat jista’ jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar id-diversi aspetti tan-negozjati, il-Kummissjoni tqis li d-direttivi ta’ negozjati, sa fejn dawn jippermettu lil dan il-kumitat jew lill-Kunsill jadotta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, pożizzjonijiet li għalhekk ikunu vinkolanti għaliha, jiksru l-Artikolu 218 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Finalment, il-Kummissjoni tirrimarka li l-elementi tad-deċiżjoni kkontestata li tagħhom qed jintalab l-annullament jistgħu jinżammu distinti mill-kumplament tagħha u li, konsegwentement, annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni hija possibbli. Fi kwalunkwe każ, il-ħatra tal-kumitat speċjali ma tistax tiġi affettwata minn annullament parzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Parlament adotta l-argumentazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa jesponi li t-Trattat FUE ma jawtorizzax lill-Kunsill jadotta b’mod unilaterali arranġamenti ġodda ta’ negozjati li huma imposti fuq in-negozjatur. Kieku kien hekk, kemm il-kompetenzi tal-Kummissjoni, fil-funzjoni tagħha ta’ negozjar, kif ukoll dawk tal-Parlament jiġu affettwati.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Parlament josserva wkoll li, konformement mal-Artikolu 13(2) TUE, kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha u fl-osservanza tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Parlament jispeċifika li la huwa u lanqas il-Kunsill ma huma awtorizzati, fl-ambitu tan-negozjati, jassumu attivament rwol awtonomu u ewlieni b’mod li jidħlu fuq il-prerogattivi tan-negozjatur. B’mod partikolari, il-Kunsill ma jistax jibbaża ruħu, f’ismu jew f’isem il-kumitat speċjali maħtur minnu, rwol deċiżjonali matul in-negozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li s-setgħa li jadotta direttivi ta’ negozjati sabiex jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim internazzjonali għan-nom tal-Unjoni, irrikonoxxuta lilu fl-Artikolu 218(4) TFUE, ma tistax tinftiehem bħala li ċċaħħdu mill-possibbiltà li jistabbilixxi wkoll l-arranġamenti li fl-ambitu tagħhom għandhom isiru n-negozjati. Fil-fatt, kull interpretazzjoni oħra tal-Artikolu 218(4) TFUE ċċaħħdu mill-effettività tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit jissottoskrivu għal dan l-argument tal-Kunsill u jindikaw li l-formulazzjoni tal-Artikolu 218(2) sa (4) TFUE ma tipprevedi ebda restrizzjoni fl-adozzjoni ta’ tali direttivi u lanqas ma tipprekludi li dawn jipprevedu regoli proċedurali, partikolarment fir-rigward tal-arranġamenti ta’ konsultazzjoni tal-kumitat speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit jikkunsidraw ukoll li s-setgħa li tindirizza direttivi ta’ negozjati lill-Kummissjoni tinkludi dik li tispeċifika r-rekwiżiti proċedurali ta’ negozjati sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet, stipulata fl-Artikolu 13(2) TUE, kif ukoll l-osservanza tal-bilanċ istituzzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-Kunsill jenfasizza li huwa l-kompitu tiegħu li jevalwa, meta jadotta deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati u li tinnomina n-negozjatur, jekk ikunx xieraq, jew meħtieġ, li jinkludi, fid-direttivi ta’ negozjati, indikazzjonijiet li jikkonċernaw ir-rwol mogħti lil kull istituzzjoni kif ukoll l-arranġamenti proċedurali li fl-ambitu tagħhom għandhom isiru n-negozjati. Dan huwa korollari għad-dritt tiegħu li jiddeċiedi jekk hemmx lok li jagħti tali awtorizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Kunsill jispjega li l-arranġamenti proċedurali li jinsabu fid-direttivi ta’ negozjati inkwistjoni jikkonċernaw esklużivament ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, bħala negozjatur, il-Kunsill, bħala istituzzjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni sabiex jiġi nnegozjat ftehim internazzjonali u sabiex dan jiġi ffirmat, u l-kumitat speċjali, li l-Kunsill jista’ jaħtar sabiex isegwi n-negozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kunsill iqis li dawn l-arranġamenti proċedurali, li jinsabu fid-direttivi ta’ negozjati, ma jinjorawx ir-rwol rispettiv ta’ kull istituzzjoni jew il-bilanċ stabbilit bejnhom mit-Trattati. Fil-fatt, tali arranġamenti sempliċement jesprimu kif l-istituzzjonijiet għandhom jimplementaw b’mod konkret il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fil-kuntest ta’ negozjati internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Isvezja jallinjaw ruħhom mal-argument tal-Kunsill ibbażat fuq ir-rwol attiv ta’ dan tal-aħħar fin-negozjati ta’ ftehim internazzjonali. Il-kompetenza tal-Kunsill li jadotta direttivi ta’ negozjati u l-fatt li l-Kummissjoni hija marbuta tmexxi n-negozjati b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali, konformement mal-Artikolu 218(4) TFUE, jassumu koordinazzjoni kontinwa u djalogu permanenti bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill, mingħajr ma dan il-proċess jiġi llimitat għal xi fażi speċifika tan-negozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Polonja tosserva li huwa biss il-ksib ta’ riżultat ta’ negozjati aċċettabbli mill-Kunsill li jista’ jwassal għall-iffirmar u għall-konklużjoni tal-ftehim għan-nom tal-Unjoni. Huwa indispensabbli wkoll li l-Kunsill, fil-mument li jagħti l-awtorizzazzjoni lin-negozjatur, ikun jista’ wkoll jistabbilixxi l-limiti u jindika l-kundizzjonijiet li taħthom in-negozjati għandhom isiru. Għalhekk, għandha tiġi evitata sitwazzjoni fejn dan ir-riżultat ikun inaċċettabbli għall-Kunsill u fejn ir-rifjut li japprova l-abbozz tal-ftehim finali jkollu impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet mal-parti l-oħra. Konsegwentement, is-setgħa tal-Kunsill li jsegwi b’mod attiv in-negozjati tassumi natura permanenti u ma tillimitax ruħha għall-adozzjoni ta’ direttivi ta’ negozjati annessi mad-deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kunsill huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tmexxi n-negozjati fil-limiti tal-mandat li l-Kunsill taha. Il-pożizzjonijiet stabbiliti fi ħdan il-kumitat speċjali huma mifhuma bħala espressjoni konkreta tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill u, bħala tali, huma intiżi sabiex jgħinu lin-negozjatur billi jispeċifikaw il-perspettivi approvati mill-Kunsill. Hija l-Kummissjoni li għandha tiddetermina kif tinnegozja, filwaqt li ssegwi l-linji gwida tal-kumitat speċjali, kemm jekk dawn ikunu fil-forma ta’ struzzjonijiet orali kif ukoll ta’ pożizzjonijiet esposti f’dokumenti.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Kunsill jippreċiża li d-definizzjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ negozjati fi ħdan il-kumitat speċjali għandha l-għan li tiggwida lin-negozjatur fid-dawl tad-direttivi ta’ negozjati. Dawn il-pożizzjonijiet ma jistgħux jiġu estiżi b’mod li jimplikaw obbligu għall-Kummissjoni li tasal għar-riżultat irrakkomandat fir-rigward tal-linji gwida kollha ddefiniti fihom.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit jenfasizzaw il-fakultà tal-Kunsill li jiddetermina l-arranġamenti ta’ konsultazzjoni tal-kumitat speċjali. Barra minn hekk, billi jipprovdu fit-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, li tinkludi d-direttivi ta’ negozjati inkwistjoni, li dan tal-aħħar jew il-Kunsill innifsu, jistgħu jadottaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, dawn id-direttivi sempliċement ifakkru d-dritt tal-Kunsill li fi kwalunkwe ħin jispeċifikahom kif ukoll ir-rwol attribwit lill-kumitat speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja żżid li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>għarfien speċjalizzat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-Istati Membri fil-qasam kopert mill-ftehim inkwistjoni ma jkunx jista’ jiġi suffiċjentement sfruttat jekk il-Kummissjoni jirnexxielha timponi r-rieda tagħha li tintervjeni f’negozjati b’mod totalment awtonomu u mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-kumitat speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kunsill jiċħad ukoll l-argument ibbażat fuq l-assenza ta’ konklużjoni ta’ ftehim interistituzzjonali dwar arranġamenti ta’ proċedura, previst fl‑Artikolu 295 TFUE, peress li tali ftehim jimplika mhux biss lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, iżda wkoll lill-Parlament, u dan imur kontra l-bilanċ bejn l-istituzzjonijiet stabbilit mill-Artikolu 218 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Kunsill, sostnut mir-Renju Unit, josserva, finalment, li annullament parzjali li tirrigwarda t-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata u t-Taqsima A tal-Anness tagħha ma tistax tiġi kkunsidrata, minħabba li din tibdel b’mod fundamentali l-kontenut globali tal-awtorizzazzjoni għal negozjati. Mill-istruttura stess tad-deċiżjoni kkontestata u mill-Anness tagħha jirriżulta li kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tagħmel parti minn totalità indiviżibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Dan ir-rikors jipprevedi, minn naħa, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, it-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni. Dawn iż-żewġ partijiet tar-rikors għandhom jiġu eżaminati waħda wara l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li l-obbligu previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bil-miktub dwar l-eżitu tan-negozjati wara kull sessjoni ta’ negozjati u, fi kwalunkwe każ, mill-inqas darba kull tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, imur kontra l-Artikolu 218(2) u (4) TFUE, l-Artikolu 13(2) TUE u l-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali u kif ukoll l-Artikolu 295 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-Artikolu 218(4) TFUE jikkostitwixxi, f’din il-kwistjoni, ir-regola ta’ referenza prinċipali li tirregola d-delimitazzjoni tal-kompetenzi attribwiti lill-Kunsill u lill-kumitat speċjali u kif ukoll lill-Kummissjoni, rispettivament, il-motiv imressaq għandu l-ewwel jiġi evalwat fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 218 TFUE jikkostitwixxi, fil-qasam tal-konklużjoni ta’ trattati internazzjonali, regola awtonoma u ġenerali ta’ portata kostituzzjonali, sa fejn dan jattribwixxi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kompetenzi partikolari. Bil-għan li tistabbilixxi bilanċ bejn dawn tal-aħħar, din id-dispożizzjoni tipprevedi partikolarment li l-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiż terz jew diversi pajjiżi terzi huma nnegozjati mill-Kummissjoni, fl-osservanza tad-direttivi ta’ negozjati stabbiliti mill-Kunsill, imbagħad konklużi mill-Kunsill wara l-approvazzjoni tal-Parlament jew wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament. Il-kompetenza<?PAGE NO="10"?> għall-konklużjoni ta’ tali ftehimiet hija madankollu attribwita lill-Kunsill mingħajr ħsara għall-kompetenzi rrikonoxxuti lill-Kummissjoni f’dan il-qasam (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Franza vs Il‑Kummissjoni, C‑327/91, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:305">EU:C:1994:305</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 17(1) TUE jipprevedi li, bl-eċċezzjoni tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni u ta’ każijiet oħra previsti fit-Trattati, il-Kummissjoni għandha tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-ambitu ta’ dawn il-kompetenzi attribwiti, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma madankollu marbuta li josservaw it-tieni sentenza tal-Artikolu 13(2) TUE li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>[l]-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Din il-kooperazzjoni tassumi importanza partikolari għall-azzjoni tal-Unjoni fil-livell internazzjonali, azzjoni li twassal għal proċess ta’ djalogu u ta’ konsultazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 218(4) TFUE jipprevedi li, ladarba l-Kunsill jaħtar kumitat speċjali, in-negozjati għandhom isiru b’konsultazzjoni ma’ dan il-kumitat.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, li huwa l-każ ineżami, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil dan il-kumitat speċjali bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jsegwi l-iżvolġiment tan-negozjati, bħal, b’mod partikolari, il-linji gwida stipulati u l-pożizzjonijiet difiżi mill-partijiet l-oħra matul in-negozjati. Huwa biss b’dan il-mod li l-kumitat speċjali jkun jista’ jifformula opinjonijiet u indikazzjonijiet marbuta man-negozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl tad-diversi kompetenzi istituzzjonali fin-negozjati u l-konklużjoni tal-ftehimiet previsti fl-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni tista’ tkun meħtieġa tipprovdi lill-Kunsill ukoll b’din l-informazzjoni. Fil-fatt, huwa utli li dan tal-aħħar ikollu din l-informazzjoni sabiex jifhem l-iżvolġiment tan-negozjati intiżi sabiex jiġi redatt abbozz ta’ ftehim li għandu jiġi sottomess lilu għall-approvazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-obbligu li jinsab fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, li jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bil-miktub dwar ir-riżultati tan-negozjati wara kull sessjoni ta’ negozjati u, fi kwalunkwe każ, tal-inqas kull tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, għandu jitqies li huwa konformi mal-Artikolu 218(2) u (4) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward, sussegwentement, tal-allegat ksur tal-Artikolu 13(2) TUE, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-għanijiet previsti minnhom. Din id-dispożizzjoni tirrifletti l-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, karatteristika tal-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni, li jimplika li kull waħda mill-istituzzjonijiet għandha teżerċita l-kompetenzi tagħha filwaqt li tosserva dawk tal-oħrajn (ara s-sentenza Il‑Kunsill vs Il‑Kummissjoni, C‑409/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, għall-istess raġunijiet indikati fil-punti 66 u 67 ta’ din is-sentenza, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata tosserva wkoll l-obbligu stipulat fl-Artikolu 13(2) TUE, li jipprovdi li kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha fit-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Bl-istess mod, din id-dispożizzjoni ta’ din id-deċiżjoni bl-ebda mod ma tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Finalment, u fir-rigward tal-allegat ksur tal-Artikolu 295 TFUE, dan tal-aħħar ma jipprekludix il-possibbiltà għall-Kunsill li jirregola, f’deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ negozjati, l-arranġamenti tal-informazzjoni perijodika li l-Kummissjoni għandha tipprovdilu matul il-proċess tan-negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim internazzjonali mill-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal annullament tal-Kummissjoni sa fejn din tipprevedi t-tieni sentenza tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li t-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, li tinkludi d-direttivi ta’ negozjati inkwistjoni, tinjora d-delimitazzjoni tal-kompetenzi, prevista fl-Artikolu 218(4) TFUE, attribwiti, rispettivament, lill-Kunsill u lill-kumitat speċjali u kif ukoll lill-Kummissjoni, bħala negozjatur, u tmur kontra wkoll l-Artikolu 13(2) tat-TUE u kif ukoll l-bilanċ istituzzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-osservazzjonijiet bil-miktub u orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u meta jitfakkar li l-Kunsill, f’dan il-każ, ħatar kumitat speċjali, għandu qabelxejn jiġi ddeterminat jekk il-Kunsill huwiex awtorizzat li jipprovdi, fid-direttivi ta’ negozjati, regoli proċedurali bħalma huma dawk inkwistjoni f’din il-kawża u, jekk fil-każ affermattiv, jekk ir-regoli stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata jirrispettawx it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet u l-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 218(4) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mit-tielet sentenza tal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, moqrija flimkien mat-tieni paragrafu tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE>, jirriżulta li l-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>għandu l-kompitu li jsegwi n-negozjati u jiggwida lin-negozjatur, fid-dawl tad-direttivi ta’ negozjati adottati mill-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Barra minn hekk, ir-raba’ sentenza tal-punt 1 ta’ din it-Taqsima A tipprevedi li l-laqgħat ta’ dan il-kumitat għandhom ikunu organizzati u ppreseduti mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill huwa awtorizzat jaħtar kumitat speċjali u l-Kummissjoni hija meħtieġa tmexxi n-negozjati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>f’konsultazzjoni ma’ dan il-kumitat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, konformement mal-Artikolu 218(4) TFUE, il-Kummissjoni għandha tinforma lil dan il-kumitat bl-aspetti kollha tan-negozjati sabiex dan ikun jista’ jiġi kkonsultat b’mod utli. Huwa biss b’dan il-mod li l-kumitat speċjali jkun jista’ jifformula opinjonijiet u indikazzjonijiet dwar il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fin-negozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 218(4) TFUE għandu jiġi interpretat bħala li jawtorizza lill-Kunsill jipprevedi, fid-direttivi ta’ negozjati, arranġamenti proċedurali li jirregolaw il-proċess ta’ informazzjoni, ta’ komunikazzjoni u ta’ konsultazzjoni bejn il-kumitat speċjali u l-Kummissjoni, peress li tali regoli jirriflettu l-għan li tiġi żgurata kooperazzjoni tajba internament.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi vverifikat jekk it-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata jinkludix dispożizzjonijiet oħra li, filwaqt li huma ta’ natura proċedurali, jistgħu jċaħħdu lin-negozjatur mis-setgħa lilu mogħtija fl-Artikolu 17(1) TUE.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel sentenza tal-punt 1 tat-Taqsima a tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, li tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>l-Kummissjoni għandha tmexxi n-negozjati skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, għandu jiġi osservat li din hija tfakkira ġenerali li tillimita l-kamp ta’ azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam. Għal dan il-għan, huwa, wkoll, utilment indikat fl-ewwel sentenza tal-punt 2 ta’ din it-Taqsima A li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>n-negozjati għandhom jiġu ppreparati sew minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni sentenza ta’ dan l-istess punt, li tipprovdi li, għall-finijiet tal-preparazzjoni tan-negozjati, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bl-iskeda prevista, bil-kwistjonijiet li għandhom jiġi nnegozjati u bid-dokumenti rilevanti mill-iktar fis possibbli sabiex l-membri tal-kumitat speċjali jkollhom żmien raġonevoli sabiex jippreparaw b’mod adegwat għan-negozjati futuri<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, dan l-element jespliċita l-obbligu stipulat fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata li huwa konformi mal-Artikolu 218(4) TFUE, kif jirriżulta mill-punt 68 ta’ din is-sentenza. Min-naħa l-oħra, dan l-element jiddetermina l-arranġamenti tal-konsultazzjoni tal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill konformement mal-Artikolu 218(4) TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni, li jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>l-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultati tan-negozjati wara kull sessjoni ta’ negozjati u, fi kwalunkwe każ, tal-inqas darba kull tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[l]-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill b’kull problema sinjifikattiva li tiltaqa’ magħha matul in-negozjati u għandha tikkonsulta mal-kumitat speċjali f’dan ir-rigward.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Finalment, it-tieni sentenza tal-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, li tippermetti li l-kumitat tat-tibdil fil-klima jiġi kkonsultat fir-rigward ta’ aspetti tekniċi speċifiċi tan-negozjati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>mingħajr ħsara għal awtorizzazzjoni minn qabel tal-kumitat speċjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, għandha titqies ukoll li taqa’ taħt l-arranġamenti ta’ konsultazzjoni tal-kumitat speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-elementi ta’ din it-Taqsima A, eżaminati fil-punti 80 sa 83 ta’ din is-sentenza, ma jiksrux la l-Artikolu 218(4) TFUE, la l-Artikolu 13(2) TUE, la l-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali u lanqas l-Artikolu 295 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Jibqa’, għalhekk, li jiġu finalment evalwati żewġ elementi li jidhru fit-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri t-tieni sentenza tal-punt 1 tagħha, li tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[j]ekk meħtieġ, il-pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni jiġu stabbiliti fi ħdan il-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 1(2) jew fi ħdan il-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u kif ukoll l-element partikolari tal-ewwel sentenza tal-punt 3 tagħha li jippermetti li, qabel kull sessjoni ta’ negozjati, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> mill-kumitat speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li dawn l-istipulazzjonijiet jikkostitwixxu dispożizzjonijiet intiżi li jorbtu lin-negozjatur.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk il-Kunsill sempliċement isostni li l-pożizzjonijiet ta’ negozjati huma maħsuba sabiex jgħinu lin-negozjatur u ma jistgħux jinftiehmu bħala li jimplikaw obbligu għall-Kummissjoni li tasal għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>riżultat irrakkomandat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet, moqrija fid-dawl tal-kliem tagħhom u mqiegħda fil-kuntest tagħhom, li dawn huma intiżi sabiex il-pożizzjonijiet joħolqu effetti vinkolanti għan-negozjatur.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Issa, din in-natura vinkolanti tal-pożizzjonijiet adottati mill-kumitat speċjali jew, jekk ikun il-każ, mill-Kunsill innifsu, tmur kontra l-Artikolu 218(4) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, iż-żewġ elementi previsti fil-punt 85 ta’ din is-sentenza jagħtu lill-kumitat speċjali l-funzjoni li jistabbilixxi l-pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni, li teċċedi l-funzjoni konsultattiva assenjata lilu minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk l-Artikolu 218(4) TFUE jawtorizza, ċertament, lill-Kunsill sabiex jifformula direttivi ta’ negozjati, din id-dispożizzjoni ma tipprovdix, madankollu, lil din l-istituzzjoni, kuntrarjament għal dak previst mit-tieni sentenza tal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata, bis-setgħa li timponi fuq in-negozjatur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kunsill, bl-inklużjoni ta’ dawn l-elementi fid-direttivi ta’ negozjati, kiser l-obbligu stipulat fl-Artikolu 13(2) TUE li jaġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilu mill-Artikolu 218(2) sa (4) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-Kunsill kiser ukoll il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni sentenza tal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>u sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, li jidhru fl-ewwel sentenza tal-punt 3 ta’ din it-Taqsima A, għandhom jiġu annullati.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ annullament parzjali ta’ att tal-Unjoni, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li tali annullament huwa possibbli biss sa fejn l-elementi li tagħhom intalab l-annullament ikunu separabbli mill-kumplament tal-att (ara s-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, C‑29/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:734">EU:C:2002:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45, u Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, C‑239/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:514">EU:C:2003:514</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li dan ir-rekwiżit ta’ separabbiltà ma jkunx issodisfatt meta l-annullament parzjali ta’ att ikollu l-effett li jibdel is-sustanza tiegħu (ara s-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja, C‑504/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:178">EU:C:2012:178</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 98, u Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑427/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:170">EU:C:2014:170</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16). Fir-rigward tal-verifika tan-natura separabbli tad-dispożizzjonijiet kkontestati, din tippreżupponi l-eżami tal-portata ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex ikun jista’ jiġi evalwat jekk l-annullament tagħhom jibdilx l-ispirtu u s-sustanza tad-deċiżjoni kkontestata (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Estonja, C‑505/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:179">EU:C:2012:179</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 112 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-tieni sentenza tal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>u sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li jidhru fl-ewwel sentenza tal-punt 3 ta’ din it-Taqsima A, esposti fil-punt 85 ta’ din is-sentenza, huma separabbli mill-kumplament ta’ din id-deċiżjoni. Fil-fatt, dawn iż-żewġ kapijiet ta’ annullament ma jbiddlux is-sustanza tad-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, ma għandhomx effett fuq l-obbligi tal-Kummissjoni relatati mal-iżvolġiment tan-negozjati, kif dawn jirriżultaw mid-direttivi ta’ negozjati li jidhru fl-Anness ta’ din id-deċiżjoni, u mal-informazzjoni tal-Kunsill, li jirriżulta mit-tieni sentenza tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-annullament lanqas ma jista’ jibdel is-sustanza tal-elementi l-oħra tat-Taqsima A tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha premessi jirriżulta li għandhom jiġu annullati, fit-Taqsima A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Proċedura ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ din it-taqsima A, li tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>[j]ekk meħtieġ, pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni jiġu stabbiliti fi ħdan il-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 1(2) jew fi ħdan il-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, u</P></ITEM><ITEM><P>fil-punt 3 ta’ din it-taqsima, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>u sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikors tal-Kummissjoni nltaqa’ parzjalment, il-Kummissjoni u l-Kunsill, konformement mal-Artikolu 138(3) ta’ dawn ir-regoli, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura li wasslet għad-digriet Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑425/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:91">EU:C:2014:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 140(1) ta’ dawn ir-regoli, il-Parlament u kif ukoll ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Huma annullati, taħt it-Taqsima A (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Proċedura ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>) tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE>, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar it-tqegħid tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’rabta ma’ skema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet stabbilita fl-Awstralja:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ din it-taqsima A, li tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>[j]ekk meħtieġ, pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni jiġu stabbiliti fi ħdan il-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 1(2) jew fi ħdan il-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">fil-punt 3 ta’ din it-taqsima, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>u sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ negozjati<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura li wasslet għad-digriet Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑425/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:91">EU:C:2014:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew u kif ukoll ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja u kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>