European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/772

30.3.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/772

tas-26 ta’ Marzu 2026

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1), il-punt (b), tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-kunsinni tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-kunsinni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Fl-20 ta’ Marzu 2026, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni b’erba’ tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istati ta’ Michigan, Maryland u Pennsylvania li ġew ikkonfermati bejn it-13 ta’ Marzu 2026 u s-17 ta’ Marzu 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti nnotifikat l-istabbiliment taż-żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

L-Istati Uniti ressqu aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri li ttieħdu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(8)

L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jixraq li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat il-ġodda f’dak il-pajjiż terz, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fil-Parti 1, it-Taqsima B, u fl-Anness V, il-Parti 2 u fit-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima B, tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom fir-rigward tat-tifqigħat preċedenti tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella fil-Parti 1, it-Taqsima B tal-Anness V, u fit-tabella fil-Parti 1, fit-Taqsima B tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(10)

B’mod partikolari, fl-24 ta’ Marzu 2026, ir-Renju Unit ressaq informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħa fir-rigward ta’ seba’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Suffolk fl-Ingilterra, u fiż-żoni amministrattivi ta’ Midlothian u Scottish Borders, fl-Iskozja, li ġew ikkonfermati bejn it-18 ta’ Diċembru 2025 u t-30 ta’ Jannar 2026, permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(11)

Fis-17 ta’ Marzu 2026, l-Istati Uniti ressqu informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadu b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-istat ta’ Indiana, li ġew ikkonfermati bejn is-17 ta’ Novembru 2025 u t-28 ta’ Novembru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(12)

Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti informaw lill-Kummissjoni li, wara dawk it-tifqigħat preċedenti tal-HPAI, kienu implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u kienu lestew it-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika tal-qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati.

(13)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni mressqa mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti f’dak ir-rigward u jidhrilha li dawn taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ kunsinni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fit-tabella fil-Parti 1, it-Taqsima B tal-Anness V, u fit-tabella, fil-Parti 1, it-Taqsima B tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-kunsinni miż-żoni affettwati tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti f’dawk it-tabelli f’dawk l-Annessi jiġu emendati kif xieraq.

(14)

Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mar-Renju Unit u mal-Istati Uniti, jenħtieġ li l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament isiru effettivi b’mod urġenti.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.445 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.445

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

18.12.2025

19.3.2026”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.449 u GB-2.450 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.449

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

22.12.2025

19.3.2026

GB-2.450

N, P1

 

24.12.2025

19.3.2026”

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.459 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.459

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

11.1.2026

19.3.2026”

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.461 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.461

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

15.1.2026

18.3.2026”

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.464 u GB-2.465 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.464

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

24.1.2026

19.3.2026

GB-2.465

N, P1

 

30.1.2026

20.3.2026”

(vi)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1142 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1142

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

17.11.2025

25.3.2026”

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1161 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1161

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.11.2025

25.3.2026”

(viii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1172 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1172

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.11.2025

25.3.2026”

(ix)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1332 sa US-2.1335 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1331:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1332

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

12.3.2026

 

US-2.1333

N, P1

 

13.3.2026

 

US-2.1334

N, P1

 

13.3.2026

 

US-2.1335

N, P1

 

17.3.2026”

 

(b)

Fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1332 sa US-2.1335 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1331:

“L-Istati Uniti

US-2.1332

State of Michigan

Kent 01

Kent County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.3092733°W 42.9462896°N)

US-2.1333

State of Michigan

Kent 02

Kent County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.3169823°W 42.9525204°N)

US-2.1334

State of Maryland

Cecil 05

Cecil County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 75.7930405°W 39.4839319°N)

US-2.1335

State of Pennsylvania

Lancaster 71

Lancaster County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 76.4576612°W 40.1574134°N)”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.445 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.445

POU, RAT

N, P1

 

18.12.2025

19.3.2026

GBM

P1

 

18.12.2025

19.3.2026”

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żoni GB-2.449 u GB-2.450 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.449

POU, RAT

N, P1

 

22.12.2025

19.3.2026

GBM

P1

 

22.12.2025

19.3.2026

GB-2.450

POU, RAT

N, P1

 

24.12.2025

19.3.2026

GBM

P1

 

24.12.2025

19.3.2026”

(c)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.459 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.459

POU, RAT

N, P1

 

11.1.2026

19.3.2026

GBM

P1

 

11.1.2026

19.3.2026”

(d)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.461 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.461

POU, RAT

N, P1

 

15.1.2026

18.3.2026

GBM

P1

 

15.1.2026

18.3.2026”

(e)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żoni GB-2.464 u GB-2.465 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.464

POU, RAT

N, P1

 

24.1.2026

19.3.2026

GBM

P1

 

24.1.2026

19.3.2026

GB-2.465

POU, RAT

N, P1

 

30.1.2026

20.3.2026

GBM

P1

 

30.1.2026

20.3.2026”

(f)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1142 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1142

POU, RAT

N, P1

 

17.11.2025

25.3.2026

GBM

P1

 

17.11.2025

25.3.2026”

(g)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1161 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1161

POU, RAT

N, P1

 

21.11.2025

25.3.2026

GBM

P1

 

21.11.2025

25.3.2026”

(h)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1172 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1172

POU, RAT

N, P1

 

28.11.2025

25.3.2026

GBM

P1

 

28.11.2025

25.3.2026”

(i)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1332 sa US-2.1335 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1331:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1332

POU, RAT

N, P1

 

12.3.2026

 

GBM

P1

 

12.3.2026

 

US-2.1333

POU, RAT

N, P1

 

13.3.2026

 

GBM

P1

 

13.3.2026

 

US-2.1334

POU, RAT

N, P1

 

13.3.2026

 

GBM

P1

 

13.3.2026

 

US-2.1335

POU, RAT

N, P1

 

17.3.2026

 

GBM

P1

 

17.3.2026”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/772/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)