<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><DECISION.ECR xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.DECISION.ECR><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑135/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0135</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:69">EU:T:2016:69</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.DECISION.ECR><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160205">5.2.2016</DATE> — KAWŻA T‑135/14 [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>KICKTIPP vs UASI – SOCIETÀ ITALIANA CALZATURE (KICKTIPP)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20160205">5 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti ta’ oppożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali kicktipp</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KICKERS</KEYWORD><KEYWORD>Regola 19 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95</KEYWORD><KEYWORD>Regola 98(1) tar-Regolament Nru 2868/95</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni relattiva għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD></INDEX><DECISION.ECR.INIT><P>Fil-Kawża T‑135/14,</P></DECISION.ECR.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Kicktipp GmbH</HT>, stabbilita f’Düsseldorf (il-Ġermanja), irrappreżentata minn A. Dreyer, avukat,</P><P>rikorrenti,</P><P>vs</P><P><HT TYPE="BOLD">L‑Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)</HT>, irrappreżentat minn I. Harrington, bħala aġent,</P><P>konvenut,</P><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, hija</P><P><HT TYPE="BOLD">Società Italiana Calzature Srl</HT>, stabbilita f’Milano (l-Italja), irrappreżentata minn G. Cantaluppi, avukat,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE> (Każ R 1061/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Società Italiana Calzature Srl u Kicktipp GmbH,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn A. Dittrich (Relatur), President, J. Schwarcz u V. Tomljenović, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20140220">20 ta’ Frar 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-UASI ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20140527">27 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li rat ir-replika ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat it-tweġibiet tal-partijiet għall-mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali,</VISA><VISA>wara li rat li l-partijiet ma ressqu ebda talba għall-iffissar ta’ seduta fit-terminu ta’ xahar min-notifika tal-għeluq tal-proċedura bil-miktub u peress li għaldaqstant iddeċidiet, skont l-Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, li tagħti deċiżjoni mingħajr fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.DECISION.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-UASI jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-intervenjenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors u tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-<DATE ISO="20120405">5 ta’ April 2012</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regola 19(1) u (2) tar-Regolament Nru 2868/95</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq il-fondatezza tal-ewwel motiv</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-kwistjoni jekk il-produzzjoni ta’ ċertifikat ta’ tiġdid tistax tkun suffiċjenti sabiex jiġu pprovati l-eżistenza, il-validità u l-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark li fuqha tkun ibbażata l-oppożizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tenfasizza li, skont ir-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95, l-oppożitur għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-trade marks li fuqhom tkun ibbażata l-oppożizzjoni u, jekk ikun il-każ, tal-aħħar ċertifikat ta’ tiġdid, filwaqt li l-intervenjenti pprovdiet biss ċertifikati ta’ tiġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-intervenjenti effettivament ma pproduċietx iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti. Fil-fatt, hija pprovdiet biss ċertifikat dwar l-aħħar applikazzjoni għal tiġdid f’anness mal-att ta’ oppożizzjoni u ċertifikat ta’ tiġdid f’anness man-nota tat-<DATE ISO="20101108">8 ta’ Novembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel sentenza tar-Regola 19(2) tar-Regolament Nru 2868/95, l-oppożitur għandu jipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>prova ta’ eżistenza, validità u skop [portata] tal-protezzjoni tal-marka preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>. It-tieni sentenza tar-Regola 19(2) tar-Regolament Nru 2868/95 tindika l-provi li l-oppożitur għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[b’]mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> jipproduċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Skont il-mod kif inhi fformulata l-ewwel parti tar-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95, fil-verżjoni Franċiża tagħha, oppożitur huwa obbligat jipprovdi ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>et<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (u), jekk ikun il-każ, l-aħħar ċertifikat ta’ tiġdid ta’ trade mark preċedenti rreġistrata li ma hijiex trade mark Komunitarja. Skont din il-formulazzjoni, l-oppożitur għandu għalhekk, bħala prinċipju, jipprovdi ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, anki jekk jipprovdi ċ-ċertifikat ta’ tiġdid. Verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ dan ir-regolament jikkonfermaw li, bħala prinċipju, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għandu wkoll jiġi prodott, għaliex huma jinkludu l-ekwivalenti tal-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>u<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, pereżempju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>and<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fil-verżjoni Ingliża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>y<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fil-verżjoni Spanjola, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ed<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> fil-verżjoni Taljana, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>e<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fil-verżjoni Portugiża u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>en<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fil-verżjoni Olandiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Huwa tabilħaqq minnu li, fil-verżjoni Ġermaniża tar-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95, tintuża l-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>oder<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (jew). Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-verżjonijiet Franċiża, Ingliża, Spanjola, Taljana, Portugiża u Olandiża tad-dispożizzjoni inkwistjoni kollha jinkludu l-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>u<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jew l-ekwivalenti tagħha b’dawn il-lingwi rispettivi, il-fatt li, fil-verżjoni Ġermaniża, tintuża l-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>oder<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, ma huwiex determinanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont l-aħħar parti tar-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95, l-oppożitur għandu wkoll il-possibbiltà li jipproduċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>dokumenti ekwivalenti maħruġa mill-amministrazzjoni li magħha ġiet reġistrata t-trejdmark<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, tqum il-kwistjoni jekk il-possibbiltà li jiġi pprovdut dokument ekwivalenti tikkonċernax biss l-obbligu li jiġi pprovdut iċ-ċertifikat ta’ tiġdid jew jekk tikkonċernax l-obbligu li jiġu prodotti ż-żewġ provi inkwistjoni, jiġifieri kemm iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta’ tiġdid. Minn perspettiva grammatikali, iż-żewġ interpretazzjonijiet huma possibbli. Fil-fatt, fil-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>jekk it-trejdmark hi rreġistrata, kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni relevanti u, jekk ikun il-każ, l-aħħar ċertifikat ta’ tiġdid, li juri li l-perjodu ta’ protezzjoni tat-trejdmark jestendi sa wara l-limitu ta’ żmien imsemmi f’paragrafu 1 u kull estensjoni ta’ dan, jew dokumenti ekwivalenti maħruġa<?PAGE NO="4"?> mill-amministrazzjoni li magħha ġiet reġistrata t-trejdmark<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, il-parti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>jew dokumenti ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tista’ tikkonċerna jew iż-żewġ provi, jiġifieri kemm iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta’ tiġdid, jew biss it-tieni prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-possibbiltà li jiġi pprovdut dokument ekwivalenti ma tikkonċernax biss iċ-ċertifikat ta’ tiġdid, iżda kemm iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta’ tiġdid. Fil-fatt, ir-rekwiżit li jiġi prodott iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ma huwiex skop aħħari fih innifsu, iżda jfittex li jippermetti li l-UASI jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu prova affidabbli tal-eżistenza tat-trade mark li fuqha tkun ibbażata l-oppożizzjoni. Għandu jitfakkar li l-ewwel sentenza tar-Regola 19(2) tar-Regolament Nru 2868/95 tipprovdi li l-oppożitur għandu jipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>prova<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti tiegħu u li t-tieni sentenza tar-Regola 19(2) tar-Regolament Nru 2868/95 tikkostitwixxi biss preċiżazzjoni dwar il-provi li għandhom jiġu pprovduti bil-għan li tiġi prodotta din il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>prova<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Interpretazzjoni teleoloġika tar-Regola 19(2) tar-Regolament Nru 2868/95 għalhekk tippermetti li jiġi konkluż li, fl-aħħar mill-aħħar, l-essenzjali huwa li l-UASI jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prova<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> affidabbli tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti li fuqha tkun ibbażata oppożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-produzzjoni ta’ dokument, li joriġina mill-awtorità kompetenti u li jinkludi l-istess informazzjoni bħal dik li tidher f’ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, tissodisfa dan ir-rekwiżit. Oppożitur ma jistax jintalab jipproduċi ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, meta huwa jipproduċi dokument maħruġ mill-istess awtorità, li għalhekk huwa affidabbli daqs ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u li jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għalhekk huwa possibbli li jiġi pprovdut dokument <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li jissostitwixxi kemm iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta’ tiġdid. Huwa wkoll possibbli li t-tieni prova msemmija fir-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95, jiġifieri ċ-ċertifikat ta’ tiġdid, tikkostitwixxi fl-istess ħin <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>dokument ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> għall-ewwel prova, jiġifieri għaċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Fil-fatt, meta ċ-ċertifikat ta’ tiġdid jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jiġu evalwati l-eżistenza, il-validità u l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark li fuqha tkun ibbażata l-oppożizzjoni, il-produzzjoni ta’ dan id-dokument tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>prova ta’ eżistenza, validità u skop [portata] tal-protezzjoni tal-marka preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-ewwel sentenza tar-Regola 19(2) tar-Regolament Nru 2868/95. Għandu jitfakkar li, skont interpretazzjoni teleoloġika tar-Regola 19(2) tar-Regolament Nru 2868/95, il-kontenut tad-dokument huwa l-prova determinanti, kif ukoll il-fatt li huwa joriġina mill-awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-produzzjoni ta’ ċertifikat ta’ tiġdid hija suffiċjenti sabiex jiġu pprovati l-eżistenza, il-validità u l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark li fuqha tkun ibbażata l-oppożizzjoni, jekk huwa jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja għal dan il-għan.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq in-natura suffiċjenti tad-dokumenti prodotti f’anness mal-att ta’ oppożizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tenfasizza li, skont ir-Regola 98(1) tar-Regolament Nru 2868/95, meta tkun trid tiġi prodotta traduzzjoni ta’ dokument, it-traduzzjoni għandha tidentifika d-dokument li tkun qed tirreferi għalih u tirriproduċi l-istruttura u l-kontenut tad-dokument oriġinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-traduzzjoni pprovduta mill-intervenjenti ma tinkludi ebda indikazzjoni espressa li tispeċifika liema huwa d-dokument oriġinali li ġie tradott. Madankollu, tali indikazzjoni espressa ma hijiex neċessarja sabiex jiġi identifikat id-dokument li għalih tkun qed tirreferi traduzzjoni, meta<?PAGE NO="5"?> d-dokument oriġinali u t-traduzzjoni jiġu prodotti flimkien. F’dan il-każ, mill-fajl tal-UASI jirriżulta li t-traduzzjoni tinsab direttament wara d-dokument oriġinali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemm ebda dubju dwar id-dokument oriġinali li għalih qed tirreferi t-traduzzjoni.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, meta l-applikazzjoni għal tiġdid tkun saret fil-ħin, iżda l-awtorità kompetenti ma tkunx għadha ddeċidiet fuq din l-applikazzjoni, huwa suffiċjenti li jiġi prodott ċertifikat li jipprova li saret l-applikazzjoni, jekk huwa joriġina mill-awtorità kompetenti u jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark, kif tirriżulta minn ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Fil-fatt, sakemm it-trade mark li fuqha tkun ibbażata l-oppożizzjoni ma tkunx ġiet imġedda, ma huwiex possibbli għall-proprjetarju tat-trade mark li jipproduċi ċertifikat ta’ tiġdid, u huwa ma jistax jiġi ppenalizzat minħabba ż-żmien li tkun ħadet l-awtorità kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq l-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, l-istess idea tirriżulta mir-Regola 19(2)(a)(i) tar-Regolament Nru 2868/95, li skontha, meta t-trade mark ma tkunx għadha ġiet irreġistrata, huwa suffiċjenti li tiġi prodotta kopja taċ-ċertifikat tal-preżentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta t-trade mark li fuqha tkun ibbażata oppożizzjoni hija rreġistrata, ma jibqax suffiċjenti, skont ir-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95, li jiġi prodott iċ-ċertifikat tal-preżentata. Huwa neċessarju, f’dan il-każ, li jiġi prodott iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew dokument ekwivalenti. Skont l-istess idea, ma huwiex suffiċjenti li jiġi prodott ċertifikat li jipprova li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal tiġdid, meta t-tiġdid ikun twettaq.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE> (Każ R 1061/2012‑2), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kicktipp GmbH.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Società Italiana Calzature Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.DECISION.ECR><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Schwarcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Tomljenović</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20160205">5 ta’ Frar 2016</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></DECISION.ECR>