<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-34/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0034</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:148">EU:C:2020:148</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200304">4.3.2020</DATE> – Kawża C‑34/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Telecom Italia</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20200304">4 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Implimentazzjoni tal-provvista ta’ netwerk miftuħ ta’ telekomunikazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 97/13/KE</KEYWORD><KEYWORD>Taxxi u tariffi applikabbli għal-liċenzji individwali</KEYWORD><KEYWORD>Qafas regolatorju tranżitorju li jistabbilixxi tariffa lil hinn minn dawk awtorizzati mid-Direttiva 97/13/KE</KEYWORD><KEYWORD>Awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> marbuta ma’ sentenza ta’ qorti superjuri kkunsidrata li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑34/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190117">17 ta’ Jannar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Telecom Italia SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dello Sviluppo Economico,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Economia e delle Finanze,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. Safjan, C. Toader u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Telecom Italia SpA, minn F. Lattanzi, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Malferrari u L. Nicolae, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 97/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19970410">10 ta’ April 1997</DATE> dwar qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u għal-liċenzji individwali fil-qasam tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="117" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="1997">ĠU 1997, L 117, p. 15</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Telecom Italia SpA u, min-naħa l-oħra, il-Ministero dello Sviluppo Economico (il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku, l-Italja) u l-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, l-Italja) dwar l-obbligu li ġie impost fuqha li tħallas tariffa bbażata fuq id-dħul mill-bejgħ tagħha tas-sena 1998.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 12 u 26 tad-Direttiva 97/13 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(2)</NO.P><TXT>billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19950125">25 ta’ Jannar 1995</DATE> dwar il-konsultazzjoni mal-Green Paper dwar il-liberalizzazzjoni tal-infrastruttura tat-televiżjoni u n-netwerks tat-televiżjoni bil-cable ikkonfermat il-bżonn li jiġu stabbiliti regoli fil-livell tal-Komunità sabiex jiġi żgurat li s-sistemi regolatorji ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali u ta’ liċenzji individwali jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità u jkunu miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorji; billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19950918">18 ta’ Settembru 1995</DATE> dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju futur tat-telekomunikazzjonijiet […] tirrikonoxxi li l-istabbiliment, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, ta’ prinċipji komuni li jikkonċernaw is-sistemi ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali u ta’ liċenzji individwali tal-Istati Membri li huma bbażati fuq kategoriji ta’ drittijiet u obbligi bbilanċjati jikkostitwixxi element prinċipali tat-tfassil ta’ dan il-qafas regolatorju fl-Unjoni; billi dawn il-prinċipji għandhom ikopru l-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa għall-provvista ta’ kull servizz ta’ telekomunikazzjonijiet u għall-istabbiliment u/jew l-operat ta’ kwalunkwe infrastruttura li tippermetti l-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>billi kull taxxa jew tariffa imposta fuq l-impriżi fil-kuntest tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u trasparenti;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>billi din id-direttiva tapplika kemm għall-awtorizzazzjonijiet eżistenti kif ukoll futuri; billi ċerti liċenzji ngħataw għal perijodi li jmorru lil hinn mill-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>; billi d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet li jmorru kontra d-dritt Komunitarju, b’mod partikolari dawk li jagħtu lid-detenturi drittijiet speċjali jew esklużivi, huma, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ineffettivi mid-data indikata fil-miżuri Komunitarji rilevanti; billi, għad-drittijiet l-oħra li ma jippreġudikawx l-interessi ta’ impriżi oħra taħt id-dritt Komunitajru, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità tagħhom sabiex jevitaw talbiet għal kumpens<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi u/jew netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu pprovduti jew mingħajr awtorizzazzjoni jew abbażi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali kkompletata, jekk ikun il-każ, bid-drittijiet u bl-obbligi li jirrikjedu evalwazzjoni individwali tal-applikazzjonijiet u li jagħtu lok għal liċenzja individwali waħda jew iktar. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Taxxi u tariffi applikabbli għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Bla ħsara għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-provvista ta’ servizz universali skont l-Anness, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taxxi imposti fuq l-impriżi skont il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni jkollhom bħala l-uniku għan li jkopru l-ispejjeż amministrattivi relatati mal-ħruġ, mal-ġestjoni, mal-kontroll u mal-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali applikabbli. Dawn it-taxxi għandhom jiġu ppubblikati b’mod xieraq u suffiċjentement iddettaljat sabiex l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Taxxi u tariffi applikabbli għal-liċenzji individwali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull taxxa imposta fuq l-impriżi bħala parti mill-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għandha tkun intiża biss sabiex tkopri l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ħruġ, mal-ġestjoni, mal-kontroll u mal-infurzar tal-liċenzji individwali applikabbli. It-taxxi applikabbli għal liċenzja individwali għandhom ikunu proporzjonali mal-volum ta’ xogħol involut u għandhom jiġu ppublikati b’mod xieraq u suffiċjentement iddettaljat sabiex l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-paragrafu 1, fil-każ ta’ riżorsi rari, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom jimponu tariffi sabiex tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aqwa użu ta’ dik ir-riżorsa. Dawn it-tariffi għandhom ikunu nondiskriminatorji u jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-bżonn li jiġi inkoraġġat l-iżvilupp ta’ servizzi innovattivi u tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tad-Direttiva 97/13, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Awtorizzazzjonijiet eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa sabiex l-awtorizzazzjonijiet eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tagħha qabel l-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva timplika emendi għall-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni diġà eżistenti, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità tal-kundizzjonijiet minbarra dawk li jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi li ġew rrinunzjati jew għandhom jiġu rrinunzjati skont id-dritt Komunitarju, sakemm dan ikun jista’ jsir mingħajr ma jiġu affettwati d-drittijiet ta’ impriżi oħra taħt id-dritt Komunitarju, inkluża din id-direttiva. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħudin għal dan l-iskop u għandhom jindikaw il-motivazzjonijiet wara dawn il-miżuri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-obbligi li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva li sal-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE> ma jkunux tqiegħdu f’konformità mad-dispożizzjoonijiet ta’ din id-direttiva għandhom ikunu mingħajr effett.</ALINEA><ALINEA>Meta jkun hemm ġustifikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiksbu posponiment ta’ din id-data mingħand il-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Implimentazzjoni tad-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva u għandhom jippubblikaw il-kundizzjonijiet u l-proċeduri marbuta mal-awtorizzazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun u, fi kwalunkwe każ, mhux iktar tard mill-<DATE ISO="19971231">31 ta’ Diċembru 1997</DATE>. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Dħul fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Din id-direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Sat-traspożizzjoni tad-Direttiva 97/13, is-servizz ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi fl-Italja kien irriżervat għall-Istat, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-codice postale e delle telecomunicazioni (il-Kodiċi tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet), anness mad-decreto del presidente della Repubblika Digriet tal-President tar-Repubblika n. 156 – Approvazione del testo unico delle disposizioni legislative in materia postale, di bancoposta e di telecomunicazioni (id-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 156 li Japprova t-Test Uniku li fih id-Dispożizzjonijiet Leġiżlattivi fil-Qasam tal-Posta, tal-Bank Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet), tad-<DATE ISO="19730329">29 ta’ Marzu 1973</DATE> (Suppliment Ordinarju għall-GURI Nru 113 tat-<DATE ISO="19730503">3 ta’ Mejju 1973</DATE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 188 tal-Kodiċi tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-konċessjonarju għandu jħallas lill-Istat tariffa annwali sa fejn huwa stabbilit minn dan id-digriet, mir-regolament jew mill-att ta’ konċessjoni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Din it-tariffa kienet ikkalkolata proporzjonalment għad-dħul jew għall-profitti grossi tas-servizz li kien is-suġġett tal-konċessjoni, wara t-tnaqqis tal-ammonti mħallsa lill-konċessjonarju tan-netwerk pubbliku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Nru 318/1997</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-Direttiva 97/13 ġiet trasposta b’mod partikolari permezz tad-decreto del presidente della Repubblika n. 318 – Regolamento per l’attuazione di direttive comunitarie nel settore delle telecomunicazioni (id-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 318 li Jirregola l-Implimentazzjoni ta’ Direttivi Ewropej fis-Settur tat-Telekomunikazzjonijiet), tad-<DATE ISO="19970919">19 ta’ Settembru 1997</DATE> (Suppliment Ordinarju għall-GURI Nru 221 tat-<DATE ISO="19970922">22 ta’ Settembru 1997</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Digriet Nru 318/1997<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) sa (6) tad-Digriet Nru 318/1997 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet speċjali u esklużivi għall-offerta tas-servizz ta’ telefonija bil-vuċi u għall-installazzjoni u l-provvista ta’ netwerks pubbliċi tat-telekomunikazzjonijiet marbuta ma’ dan is-servizz għandhom jinżammu sa l-<DATE ISO="19980101">1 ta’ Jannar 1998</DATE>. […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konċessjonijiet għal użu pubbliku u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 184(1) tal-Kodiċi tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet eżistenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu mibdula, fuq l-inizjattiva tal-[awtorità regolatorja nazzjonali], qabel l-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>, sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament timplika emendi fil-kundizzjonijiet tal-konċessjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti, il-kundizzjonijiet minbarra dawk li jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi, li tneħħew jew li għandhom jitneħħew skont dan ir-regolament, jibqgħu validi, mingħajr ħsara għad-drittijiet li l-impriżi l-oħra jgawdu, b’mod partikolari, taħt id-dritt Komunitarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-obbligi li jirriżultaw mill-konċessjonijiet u mill-awtorizzazzjonijiet eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tiegħu, għandhom ikunu mingħajr effett mill-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(20) ta’ dan id-digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[…] il-kontribuzzjoni mitluba mingħand l-impriżi fir-rigward tal-proċeduri marbuta mal-liċenzji individwali hija esklużivament maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-preparazzjoni, mal-kontroll tal-ġestjoni tas-servizz u taż-żamma tal-kundizzjonijiet previsti għal-liċenzji stess. […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(2) tal-imsemmi digriet huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet espressi ta’ dan ir-regolament, għandhom jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet. Għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 6(20) u (21) u sakemm tingħata deċiżjoni kuntrarja mill-[awtorità regolatorja nazzjonali], għandhom jibqgħu japplikaw, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 188 tal-Kodiċi tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 448 tat-<DATE ISO="19981223">23 ta’ Diċembru 1998</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20(3) tal-legge n. 448 – Misure di finanza pubblica per la stabilizzazione e lo sviluppo (il-Liġi Nru 448 li tinkludi dispożizzjonijiet tal-finanzi pubbliċi għall-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp) tat-<DATE ISO="19981223">23 ta’ Diċembru 1998</DATE> (Suppliment Ordinarju għall-GURI Nru 302 tad-<DATE ISO="19981229">29 ta’ Diċembru 1998</DATE>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>B’effett mill-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 188 tal-[Kodiċi tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet] ma għandhomx jibqgħu japplikaw għall-operaturi tas-servizzi pubbliċi ta’ telekomunikazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 20(4) tal-imsemmija liġi, l-Artikolu 21(2) tad-Digriet Nru 318/1997 huwa mħassar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Telecom Italia kienet il-konċessjonarja esklużiva tas-servizz pubbliku ta’ telekomunikazzjonijiet, skont l-Artikolu 188 tal-Kodiċi tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tal-Ministero delle Comunicazioni (il-Ministeru għall-Komunikazzjonijiet, l-Italja) tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, Telecom Italia ntalbet tħallas is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">31118</FT> 630.05 għas-saldu tat-tariffa ta’ konċessjoni għas-sena finanzjarja 1997 u s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">41025</FT> 043.06 għas-saldu tat-tariffa ta’ konċessjoni għas-sena finanzjarja 1998.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Telecom Italia kkontestat l-imsemmija nota quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) li ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-punt 45 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 97/13 tipprekludi li Stat Membru jeżiġi mingħand operatur, li preċedentement kien detentur ta’ dritt esklużiv fuq is-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi, il-ħlas ta’ piż pekunjarju li jikkorrispondi għall-ammont mitlub preċedentement bħala korrispettiv għall-għoti tal-imsemmi dritt esklużiv għal sena dekorribbli mid-data finali prevista għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ din id-direttiva, jiġifieri sal-<DATE ISO="19981231">31 ta’ Diċembru 1998</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din l-istess sentenza, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet, permezz tas-sentenza Nru 11386 tal-<DATE ISO="20081215">15 ta’ Diċembru 2008</DATE>, li l-ħlas tat-tariffa kien dovut għas-sena 1998.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din is-sentenza ġiet ikkontestata minn Telecom Italia quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) li, permezz tas-sentenza Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, ikkonferma li r-rekwiżit tal-ħlas tat-tariffa għas-sena 1998 kien kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fid-dawl tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li qieset li ġiet ippreġudikata minħabba l-interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), Telecom Italia ħarrket lill-Istat Taljan fuq il-bażi ta’ responsabbiltà ċivili minħabba l-eżerċizzju żbaljat tal-funzjoni ġudizzjarja quddiem il-Corte d’appello di Roma (il-Qorti tal-Appell ta’ Ruma, l-Italja), li, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120131">31 ta’ Jannar 2012</DATE>, laqgħet l-ilment imressaq minn din il-kumpannija u kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur manifest tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Wara din id-deċiżjoni, Telecom Italia, permezz tar-rikors inkwistjoni fil-kawża prinċipali, titlob lill-qorti tar-rinviju tiddikjara mhux dovuti wkoll is-somom mitluba fuq il-bażi tat-tariffa għas-sena 1998 u, konsegwentement, li teskludi l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tas-sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-portata tad-Direttiva 97/13 u dwar jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-interpretazzjoni tagħha magħmula mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, skont l-interpretazzjoni mogħtija mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) fis-sentenza Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Telecom Italia kienet obbligata tħallas it-tariffa għas-sena 1998 peress li din it-tariffa kienet il-korrispettiv tal-konċessjoni tas-servizz ta’ telekomunikazzjonijiet u peress li ma huwiex ikkontestat li, matul din is-sena, Telecom Italia baqgħet konċessjonarja u tipprovdi tali servizz, għalkemm mhux esklużivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-tariffa għas-sena 1998 kienet ikkalkolata fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ ta’ Telecom Italia u mhux fuq il-bażi tal-ispejjeż amministrattivi u ta’ kontroll, previsti fl-Artikoli 6 u 11 tad-Direttiva 97/13. Issa, skont il-qorti tar-rinviju, ma huwiex eskluż li mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, il-piżijiet pekunjarji imposti fuq l-impriżi fis-settur tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni kienu rregolati biss minn dawn l-artikoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, skont il-qorti tar-rinviju, li l-interpretazzjoni mogħtija mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) tista’ tmur kontra l-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u, jekk dan ikun il-każ, hija tistaqsi xi jkunu l-konsegwenzi, sa fejn is-sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> saret definittiva u, għaldaqstant, għandha, skont id-dritt intern, l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 97/13/KE jista’ jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, għas-sena 1998 ukoll, li jinżamm l-obbligu li titħallas tariffa, jiġifieri korrispettiv li jikkorrispondi — sa fejn hija kkalkolata abbażi tal-istess porzjon tad-dħul mill-bejgħ — għal dik dovuta taħt l-iskema li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 97/13/KE, fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030918">18 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Albacom u Infostrada</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-292/01 u C-293/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:480">EU:C:2003:480</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tipprekludi li tingħata l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> lil deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali, li tirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata jew minn nuqqas ta’ osservanza tad-direttiva nnifisha, bil-konsegwenza li din id-deċiżjoni tista’ ma tiġix applikata minn qorti oħra, adita b’tilwima bbażata fuq l-istess relazzjoni ġuridika sostantiva, iżda li hija differenti minħabba n-natura aċċessorja tal-ħlas mitlub meta mqabbel ma’ dak li huwa s-suġġett tal-kawża li fiha ngħatat id-deċiżjoni li għandha l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 97/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi, fir-rigward tas-sena 1998, l-obbligu impost fuq impriża tat-telekomunikazzjonijiet detentriċi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva li tħallas tariffa kkalkolata fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ u mhux biss fuq il-bażi tal-ispejjeż amministrattivi ta’ ħruġ, ta’ ġestjoni, ta’ kontroll u ta’ implimentazzjoni tal-qafas regolatorju ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali u ta’ liċenzji individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni teżamina l-kompatibbiltà mad-Direttiva 97/13 ta’ piż pekunjarju annwali impost fuq Telecom Italia, li preċedentement kienet detentriċi ta’ dritt esklużiv fuq is-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi fl-Italja, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 97/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi lil Stat Membru milli jeżiġi minn operatur, li preċedentement kien detentur ta’ dritt esklużiv fuq is-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi li sar detentur ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, il-ħlas ta’ piż pekunjarju bħat-tariffa inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkorrispondi għall-ammont preċedentement mitlub bħala korrispettiv għall-għoti tal-imsemmi dritt esklużiv, għal sena dekorribbli mid-data finali prevista għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ din id-direttiva, jiġifieri sal-<DATE ISO="19981231">31 ta’ Diċembru 1998</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Wara din ir-risposta, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) qieset, madankollu, permezz tas-sentenza Nru 11386 tal-<DATE ISO="20081215">15 ta’ Diċembru 2008</DATE>, li l-ħlas tat-tariffa għas-sena 1998 kien kompatibbli mad-Direttiva 97/13, u dan ġie kkonfermat mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) fis-sentenza Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-portata tad-Direttiva 97/13, b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha, u tistaqsi dwar jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) fis-sentenza Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li, skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 97/13, din id-direttiva daħlet fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT>, jiġifieri, fis-<DATE ISO="19970527">27 ta’ Mejju 1997</DATE>. L-Artikolu 25 ta’ din id-direttiva kien jobbliga lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mal-imsemmija direttiva sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="19971231">31 ta’ Diċembru 1997</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 97/13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi u/jew in-netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu pprovduti jew mingħajr awtorizzazzjoni jew fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew ta’ liċenzja individwali. L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva jipprevedi, fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali, li, minbarra l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-provvista tas-servizz universali konformement mal-anness tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taxxi imposti fuq l-impriżi bħala parti mill-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni jkollhom biss l-għan li jkopru l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ħruġ, mal-ġestjoni, mal-kontroll u mal-implimentazzjoni ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet. L-istess japplika għall-piżijiet pekunjarji previsti fl-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva għal-liċenzji individwali, bl-unika eċċezzjoni li tikkonċerna l-possibbiltà li jiġu imposti tariffi f’każ ta’ użu ta’ riżorsi rari, kif previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li d-Direttiva 97/13 tapplika kemm għall-awtorizzazzjonijiet eżistenti kif ukoll futuri, kif jirriżulta mill-premessa 26 tagħha, l-Artikolu 22 ta’ din id-direttiva stabbilixxa qafas regolatorju tranżitorju għall-awtorizzazzjonijiet eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Għalhekk, l-ewwel nett, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jingħata terminu addizzjonali ta’ sena, li jiskadi fl-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>, sabiex l-awtorizzazzjonijiet eżistenti jinġiebu f’konformità. It-tieni nett, fil-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, hija prevista l-possibbiltà li l-validità tal-kundizzjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjonijiet eżistenti tiġi estiża, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn il-kundizzjonijiet ma jagħtux drittijiet speċjali jew esklużivi li ġew irrinunzjati jew li għandhom jiġu rrinunzjati skont id-dritt tal-Unjoni u li din l-estensjoni ta’ validità ma taffettwax id-drittijiet li impriżi oħra għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 3 tal-istess artikolu jipprovdi li l-obbligi msemmija għandhom ikunu konformi mal-imsemmija direttiva qabel l-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>, taħt piena li jsiru ineffettivi, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx kiseb, fuq talba, posponiment ta’ din id-data mingħand il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont il-qafas regolatorju tranżitorju previst fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 97/13, matul is-sena 1998, l-Istati Membri setgħu, jew jestendu l-validità tal-kundizzjonijiet previsti għall-awtorizzazzjonijiet eżistenti, ħlief dawk li kienu jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi, jew jiksbu mill-Kummissjoni posponiment tad-data ta’ tqegħid f’konformità mad-Direttiva 97/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, permezz ta’ nota tal-Ministeru għall-Komunikazzjonijiet tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, Telecom Italia ntalbet tħallas is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">41025</FT> 043.06 għas-saldu tat-tariffa ta’ konċessjoni, għas-sena finanzjarja 1998. Din in-nota ġiet ikkonfermata mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio), permezz tas-sentenza Nru 11386 tal-<DATE ISO="20081215">15 ta’ Diċembru 2008</DATE>, u sussegwentement mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) fis-sentenza Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, peress li dawn il-qrati kkunsidraw li l-ħlas tat-tariffa għas-sena 1998 kien kompatibbli mad-Direttiva 97/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, tali interpretazzjoni tal-imsemmija qrati ma għandhiex bażi fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/13 u ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 28 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-Artikolu 22 tad-Direttiva 97/13 ma jirrigwardax, espliċitament, piżijiet pekunjarji applikabbli għall-impriżi tat-telekomunikazzjonijiet detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet, kemm jekk dawn ikunu awtorizzazzjonijiet ġenerali kif ukoll liċenzji individwali. Huma biss l-Artikoli 6 u 11 ta’ din id-direttiva li jikkonċernaw espressament din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punti 32 u 34 tal-imsemmija sentenza, indikat, minn naħa, li l-għan tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 97/13 jidher li huwa estranju għaż-żamma ta’ piż pekunjarju marbut ma’ dritt esklużiv qadim u, min-naħa l-oħra, li jekk Stat Membru ma jkunx kiseb l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni li żżomm drittijiet speċjali jew esklużivi fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, l-Artikolu 22(2) ta’ din id-direttiva jeskludi ż-żamma ta’ kundizzjonijiet li jagħtu tali drittijiet wara l-<DATE ISO="19971231">31 ta’ Diċembru 1997</DATE>. Issa, jekk dritt esklużiv jitneħħa, din it-tneħħija għandha normalment ikollha riperkussjonijiet fuq l-applikazzjoni tal-piż pekunjarju li huwa l-korrispettiv għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fil-punt 36 tal-istess sentenza, li obbligu li jieħu l-forma ta’ tariffa marbuta ma’ dritt esklużiv qadim ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 97/13 u li tali tariffa ma tistax tinżamm fis-seħħ wara l-<DATE ISO="19971231">31 ta’ Diċembru 1997</DATE>, skont l-Artikolu 25 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fil-punt 38 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet il-qorti nazzjonali li kellha tiddetermina jekk it-tariffa inkwistjoni fil-kawża prinċipali kinitx marbuta mad-dritt esklużiv relatat mas-servizz ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi mogħti lil Telecom Italia qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 97/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, dan ir-rinviju lill-qorti nazzjonali għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja qieset fil-punt 39 tal-imsemmija sentenza, jekk jitqies li tali tariffa ma hijiex marbut ma’ tali dritt esklużiv mogħti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 97/13, għandu jiġi eżaminat jekk tali piż jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>obbligu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 22(3) ta’ din id-direttiva, li jista’ jibbenefika mid-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, kif intqal fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, huma biss l-Artikoli 6 u 11 tad-Direttiva 97/13 li jirrigwardaw il-piżijiet pekunjarji applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet fil-qasam tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet. Fir-rigward tal-liċenzji individwali, l-Artikolu 11(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi li t-taxxi imposti mill-Istati Membri fuq l-impriżi detenturi ta’ dawn il-liċenzji għandhom biss l-għan li jkopru l-ispejjeż amministrattivi marbuta max-xogħol li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-imsemmija liċenzji. L-istess kunsiderazzjoni tapplika għat-taxxi imposti mill-Istati Membri skont l-awtorizzazzjonijiet ġenerali fuq il-bażi tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/13, li barra minn hekk jipprevedi biss forma oħra ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jiġifieri l-kontribuzzjonijiet marbuta mal-provvista tas-servizz universali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-Direttiva 97/13 tipprevedi mhux biss regoli relatati b’mod partikolari mal-proċeduri tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet u mal-kontenut tagħhom, iżda wkoll man-natura, jew saħansitra mal-portata, tal-piżijiet pekunjarji, marbuta ma’ dawn il-proċeduri, li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq l-impriżi fis-settur tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet. Issa, din id-direttiva tkun imċaħħda mill-effett utli tagħha jekk l-Istati Membri jkunu liberi li jiddeterminaw il-piżijiet fiskali li l-impriżi ta’ dan is-settur għandhom iħallsu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030918">18 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Albacom u Infostrada</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-292/01 u C-293/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:480">EU:C:2003:480</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Tali piżijiet, minbarra dawk previsti fl-Artikoli 6 u 11 tad-Direttiva 97/13, ikollhom l-effett li jtaqqlu sostanzjalment it-taxxi u t-tariffi li l-Istati Membri huma espressament awtorizzati jimponu skont din id-direttiva u joħolqu ostakolu sinjifikattiv għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, fatt li jmur kontra l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur tal-Unjoni u joħroġ mill-qafas komuni stabbilit mill-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030918">18 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Albacom u Infostrada</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-292/01 u C-293/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:480">EU:C:2003:480</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni li diġà jeżistu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 97/13, li jistgħu jibbenefikaw minn estensjoni tal-validità tagħhom matul is-sena 1998, ikopri diversi drittijiet u obbligi, mingħajr madankollu ma jinkludi l-piżijiet pekunjarji imposti fuq l-impriżi tat-telekomunikazzjonijiet detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet. Dan il-kunċett ikopri t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>obbligi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 22(3) ta’ din id-direttiva, li, konsegwentement, ma jistax ikopri piż pekunjarju li jkun impost fuq impriża tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr rabta mal-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tal-awtorizzazzjoni mogħtija lilha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li għall-ewwel domanda tingħata r-risposta li l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 97/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi, fir-rigward tas-sena 1998, l-obbligu impost fuq impriża tat-telekomunikazzjonijiet detentriċi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva li tħallas tariffa kkalkolata fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ u mhux biss fuq il-bażi tal-ispejjeż amministrattivi tal-ħruġ, tal-ġestjoni, tal-kontroll u tal-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali u ta’ liċenzji individwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq qorti nazzjonali l-obbligu li ma tapplikax ir-regoli proċedurali interni li jikkonferixxu l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> lil deċiżjoni ġudizzjarja, peress li dan jippermetti li jiġi rrimedjat ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax b’mod ċar li l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> li għandha s-sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, hija, fir-rigward tal-kawża prinċipali, ta’ natura li torbot lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, Telecom Italia u l-Kummissjoni jikkunsidraw li s-suġġett tal-kawża li tat lok għas-sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> u dak tal-kawża prinċipali huma differenti, peress li l-ewwel kawża kienet tirrigwarda l-eżistenza ta’ dejn filwaqt li l-kawża prinċipali tirrigwarda l-bilanċ ta’ dan id-dejn u, għaldaqstant, il-kwistjoni tal-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> ma tqumx. Għall-kuntrarju, il-Gvern Taljan isostni li l-identiċità tal-partijiet u tad-domandi magħmula fil-kawża prinċipali u ta’ dawk deċiżi mill-imsemmija sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) tobbliga lill-qorti tar-rinviju tikkonforma ruħha ma’ din tal-aħħar fuq il-bażi tal-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ordinament ġuridiku nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja hija bħala prinċipju marbuta li tibbaża ruħha fuq il-kriterji li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt intern ta’ Stat Membru (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>ET</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑97/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:7">EU:C:2019:7</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kawża prinċipali hija bbażata fuq l-istess relazzjoni ġuridika sostanzjali bħal dik li tat lok għas-sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, iżda hija differenti mill-kawża li tat lok għal din tal-aħħar minħabba n-natura anċillari tal-ħlas mitlub b’paragun ma’ dak inkwistjoni f’dik il-kawża. Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, skont id-dritt intern, l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> marbuta ma’ din is-sentenza tinkludix din il-kawża jew elementi tagħha u, jekk ikun il-każ, teżamina l-konsegwenzi previsti mill-imsemmi dritt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku intern tal-Istati Membri fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar. Madankollu, dawn ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas ma għandhom ikunu strutturati b’mod li jrendu impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Olimpiclub</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-2/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:506">EU:C:2009:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fil-każ li l-qorti tar-rinviju tqis li l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tas-sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> ma hijiex determinanti sabiex tiġi deċiża l-kawża prinċipali, dik il-qorti tkun mitluba tinterpreta d-dritt nazzjonali applikabbli sa fejn huwa possibbli fid-dawl tat-test u tal-għan tad-Direttiva 97/13 sabiex jiġu osservati l-obbligi li jirriżultaw minnha. Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali huwa inerenti għas-sistema tat-Trattat FUE peress li dan jippermetti lill-qrati nazzjonali jiżguraw, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħhom, l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni meta dawn jiddeċiedu l-kawżi li jkunu aditi bihom. Din teħtieġ li l-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq, id-dritt nazzjonali kollu sabiex tevalwa sa liema punt dan jista’ jiġi applikat mingħajr ma jwassal għal riżultat li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 97/13 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-554/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:835">EU:C:2016:835</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għandu jiġi speċifikat li r-rekwiżit ta’ interpretazzjoni konformi jinkludi l-obbligu, tal-qrati nazzjonali, inklużi l-qrati tal-aħħar istanza, li jimmodifikaw, fejn ikun xieraq, ġurisprudenza stabbilita jekk din tkun ibbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180911">11 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>IR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑68/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:696">EU:C:2018:696</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, qorti nazzjonali ma tistax validament tqis li huwa impossibbli għaliha li tinterpreta dispożizzjoni nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni sempliċement minħabba l-fatt li din id-dispożizzjoni ġiet interpretata f’sens li ma huwiex kompatibbli ma’ dan id-dritt jew li hija applikata b’tali mod mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mir-risposta għall-ewwel domanda, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat), billi ddeċieda, fis-sentenza Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li t-tariffa rikjesta għas-sena 1998 mingħand Telecom Italia, detentriċi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 97/13, kienet dovuta, interpreta, kif jirriżulta mir-risposta għall-ewwel domanda preliminari, id-dritt nazzjonali f’sens li ma huwiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-296/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:106">EU:C:2008:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-kuntest tal-ipoteżi prevista fil-punt 59 ta’ din is-sentenza, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni billi fejn ikun neċessarju ma tapplikax, fuq inizjattiva tagħha stess, l-interpretazzjoni adottata mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) fis-sentenza Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, peress li din l-interpretazzjoni ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-554/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:835">EU:C:2016:835</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk il-qorti tar-rinviju tqis li, skont id-dritt nazzjonali, l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> li għandha s-sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) Nru 7506 tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> tkopri l-kawża prinċipali u b’hekk tiddetermina s-soluzzjoni li għandha tingħata lilha, għandha titfakkar l-importanza li għandu, kemm fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni kif ukoll fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, il-prinċipju ta’ awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>. Fil-fatt, sabiex jiġu ggarantiti kemm l-istabbiltà tad-dritt u tar-relazzjonijiet ġuridiċi kif ukoll l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, huwa importanti li ma jkunx possibbli li jitqiegħdu iktar fid-dubju d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jkunu saru definittivi wara<?PAGE NO="12"?> li jkunu ġew eżawriti d-drittijiet ta’ appell disponibbli jew wara li jkunu skadew it-termini previsti għal dawn id-drittijiet (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Olimpiclub</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-2/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:506">EU:C:2009:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li d-dritt tal-Unjoni ma jimponix l-obbligu fuq qorti nazzjonali li ma tapplikax ir-regoli proċedurali interni li jagħtu, b’mod partikolari, l-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> lil deċiżjoni, anki jekk dan jippermetti li jingħata rimedju għal ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ta’ kwalunkwe natura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-154/15, C-307/15 u C-308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni ma jeżiġix li, sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni rilevanti ta’ dan id-dritt adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja, korp ġudizzjarju nazzjonali għandu, bħala prinċipju, jirriforma d-deċiżjoni tiegħu li jkollha l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ responsabbiltà ta’ Stat Membru għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu huwa inerenti għas-sistema tat-Trattat, irrispettivament minn jekk l-oriġini tad-dannu jkunx imputabbli lill-awtorità leġiżlattiva, dik ġudizzjarja jew dik eżekuttiva (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-rwol essenzjali tal-awtorità ġudizzjarja fil-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jiksbu mir-regoli tal-Unjoni, l-effettività sħiħa tagħhom titqiegħed f’periklu u l-protezzjoni tad-drittijiet li dawn jirrikonoxxu tiġi mdgħajfa jekk jiġi eskluż li l-individwi jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiksbu kumpens meta d-drittijiet tagħhom jinkisru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil deċiżjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li tiddeċiedi bħala qorti tal-aħħar istanza (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minħabba, b’mod partikolari, il-fatt li ksur tad-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni li saret definittiva u li għalhekk tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> normalment ma jkunx jista’ jiġi rrimedjat, l-individwi ma jistgħux jiċċaħħdu mill-possibbiltà li jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-Istat sabiex jiksbu b’dan il-mod protezzjoni legali tad-drittijiet tagħhom irrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>XC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-234/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:853">EU:C:2018:853</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għalhekk, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, Telecom Italia ħarrket lill-Istat Taljan għal responsabbiltà ċivili minħabba l-eżerċizzju inkorrett tal-funzjoni ġudizzjarja u l-Corte d’appello di Roma (il-Qorti tal-Appell ta’ Ruma) laqgħet l-ilment imressaq billi kkonstatat il-ksur manifest tad-dritt tal-Unjoni mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq qorti nazzjonali l-obbligu li ma tapplikax ir-regoli proċedurali interni li jikkonferixxu l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> lil deċiżjoni ġudizzjarja, anki jekk dan jippermetti li jiġi rrimedjat ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u dan ma jeskludix il-possibbiltà għall-persuni kkonċernati li jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-Istat sabiex jiksbu b’dan il-mod protezzjoni legali tad-drittijiet tagħhom irrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjonijiet tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 97/13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19970410">10 ta’ April 1997</DATE> dwar qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u għal-liċenzji individwali fil-qasam tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi, fir-rigward tas-sena 1998, l-obbligu impost fuq impriża tat-telekomunikazzjonijiet detenturi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva li tħallas tariffa kkalkolata fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ u mhux biss fuq il-bażi tal-ispejjeż amministrattivi tal-ħruġ, tal-ġestjoni, tal-kontroll u tal-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali u ta’ liċenzji individwali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq qorti nazzjonali l-obbligu li ma tapplikax ir-regoli proċedurali interni li jikkonferixxu l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> lil deċiżjoni ġudizzjarja, anki jekk dan jippermetti li jiġi rrimedjat ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u dan ma jeskludix il-possibbiltà għall-persuni kkonċernati li jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-Istat sabiex jiksbu b’dan il-mod protezzjoni legali tad-drittijiet tagħhom irrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>