|
20.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/1 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 58 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta':
|
I. |
It-Tagħmir għall-Protezzjoni mit-Trikkib minn Wara (TPTW) |
|
II. |
Il-vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta' TPTW ta' tip approvat |
|
III. |
Il-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni mit-trikkib minn wara (PTW) tagħhom [2019/272] |
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-serje ta' emendi 03 tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: It-18 ta' Ġunju 2016
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Rekwiżiti ġenerali |
|
3. |
Definizzjonijiet komuni għall-Partijiet I, II u III |
PARTI I. APPROVAZZJONI TAT-TPTW
|
4. |
Definizzjonijiet |
|
5. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
6. |
Approvazzjoni |
|
7. |
Rekwiżiti |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip ta' TPTW |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa b'mod definittiv |
|
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
PARTI II. APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-INSTALLAZZJONI TA' TPTW TA' TIP APPROVAT
|
13. |
Definizzjonijiet |
|
14. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
15. |
Approvazzjoni |
|
16. |
Rekwiżiti għall-installazzjoni ta' TPTW approvat |
|
17. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
18. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
19. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura |
|
20. |
Produzzjoni mwaqqfa b'mod definittiv |
|
21. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u ta' Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
PARTI III. APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-PROTEZZJONI MIT-TRIKKIB MINN WARA (PTW)
|
22. |
DEFINIZZJONIJIET |
|
23. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
24. |
Approvazzjoni |
|
25. |
Rekwiżiti għall-PTW |
|
26. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
27. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
28. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura |
|
29. |
Produzzjoni mwaqqfa b'mod definittiv |
|
30. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
PARTI IV. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
|
31. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
ANNESSI
|
1. |
Komunikazzjoni (Parti I) |
|
2. |
Komunikazzjoni (Parti II) |
|
3. |
Komunikazzjoni (Parti III) |
|
4. |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
5. |
Kundizzjonijiet u proċeduri tat-test |
|
6. |
Vetturi speċifiċi |
|
7. |
Rekwiżiti għal kategoriji ta' vetturi differenti |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
1.1. Dan ir-Regolament japplika għal:
|
1.1.1. |
PARTI I: it-TPTW li huma intenzjonati li jintramaw fuq vetturi tal-kategoriji M, N u O (1); |
|
1.1.2. |
PARTI II: l-installazzjoni fuq vetturi tal-kategoriji M, N u O (1) ta' TPTW li għandhom l-approvazzjoni tat-tip mal-Parti I ta' dan ir-Regolament; |
|
1.1.3. |
PARTI III: vetturi tal-kategoriji M, N u O (1) mgħammra b'TPTW li ma ġiex approvat separatament skont il-Parti I ta' dan ir-Regolament jew imfassal u/jew mgħammar b'tali mod li l-partijiet tal-komponenti tiegħu jistgħu jitqiesu li jissodisfaw kompletament jew parzjalment il-kompitu tat-TPTW; |
|
1.1.4. |
Vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, O1 u O2 (1) fuq bażi tal-protezzjoni mit-trikkib minn wara. |
1.2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
|
1.2.1. |
Unitajiet tal-ġbid għal vetturi artikolati; |
|
1.2.2. |
Trejlers iddiżinjati u mibnija speċjalment għat-trasport ta' tagħbijiet twal ħafna ta' tul indiviżibbli, bħal travi tal-injam, vireg tal-azzar, eċċ.; |
1.3. Il-vetturi fejn kwalunkwe TPTW (eż. fiss, li jista' jitneħħa, jintlewa, jew jiġi aġġustat, eċċ.) huwa inkompatibbli mal-użu tagħhom fit-toroq jistgħu jiġu eżentati parzjalment jew bis-sħiħ minn dan ir-Regolament, liema eżenzjoni hija soġġetta għad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.
2. REKWIŻITI ĠENERALI
2.1. Il-vetturi kollha għandhom jiġu mibnija u/jew mgħammra b'mod li jagħtu protezzjoni effettiva tul il-wisa' kollha tagħhom kontra t-trikkib minn wara tal-vettura kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan ir-Regolament fil-każ ta' ħabta minn wara ma' vetturi tal-kategoriji M1 u N1. (2)
2.2. Il-vettura għandha tiġi ttestjata taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Anness 5.
2.3. Kwalunkwe vettura f'waħda mill-kategoriji M1, M2, M3, N1, O1 jew O2 għandha titqies li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita hawn fuq:
|
(a) |
Jekk tissodisfa l-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fil-Parti II jew Parti III, jew |
|
(b) |
Jekk il-qtugħ mill-art tal-parti ta' wara tal-vettura mhux mgħobbija ma jaqbiżx il-550 mm fuq wisa' li mhijiex iqsar minn dik tal-fus ta' wara b'aktar minn 100 mm fuq kull naħa (eskluż kwalunkwe parti tat-tajer li tesporġi 'l barra viċin l-art), jew |
|
(c) |
Jekk, fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji O1 u O2 fejn it-tajers jesporġu aktar minn nofs il-wisa' tagħhom 'il barra mill-karrozzerija tal-vettura (eskluż il-parafangi) jew 'il barra mix-xażi (f'każ ta' vettura li ma jkollhiex karrozzerija), il-qtugħ mill-art tal-parti ta' wara tal-vettura mhux mgħobbija ma jaqbiżx il-550 mm fuq wisa' li mhijiex iqsar minn 100 mm imnaqqsa mid-distanza mkejla bejn l-aktar punti 'l ġewwa tat-tajers (eskluż kwalunkwe parti tat-tajer li tesporġi 'l barra viċin l-art), fuq kull naħa. |
Meta hemm aktar minn fus wieħed fuq wara, il-wisa' li għandha tiġi kkunsidrata hija dik l-aktar wiesgħa.
Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2.3(b) u 2.3(c) ta' hawn fuq għandhom jiġu ssodisfati tal-inqas fuq linja:
|
(a) |
Li ma tkunx distanti aktar minn 450 mm mill-estremità ta' wara tal-vettura; |
|
(b) |
Li t-total tal-interruzzjonijiet tagħha ma jkunx aktar minn 200 mm. |
2.4. Kwalunkwe vettura tal-kategorija G se titqies li tissodisfa l-kundizzjoni tal-qtugħ mill-art stabbilita hawn fuq, jekk l-angolu tat-tluq (ISO 612:1978) ma jaqbiżx:
|
(a) |
l-10° għall-vetturi tal-kategoriji M1G u N1G; |
|
(b) |
l-20° għall-vetturi tal-kategoriji M2G u N2G; u |
|
(c) |
il-25° għall-vetturi tal-kategoriji M3G u N3G; |
fuq wisa' li mhijiex iqsar minn dik tal-fus ta' wara b'aktar minn 100 mm fuq kull naħa (mingħajr ma tgħodd kwalunkwe parti tat-tajers li tesporġi 'l barra viċin l-art).
Meta hemm aktar minn fus wieħed fuq wara, il-wisa' li għandha tiġi kkunsidrata hija dik l-aktar wiesgħa. Ir-rekwiżiti tas-subparagrafi (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu ssodisfati tal-inqas fuq linja:
|
(a) |
Li ma tkunx distanti aktar minn 450 mm mill-estremità ta' wara tal-vettura; |
|
(b) |
Li t-total tal-interruzzjonijiet tagħha ma jkunx aktar minn 200 mm. |
3. DEFINIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-PARTIJIET I, II U III
3.1. Għall-fini ta' dan ir-Regolament:
|
3.1.1. |
“Massa minagħjr tagħbija” tfisser il-massa tal-vettura fi stat ta' tħaddim, mhux okkupata u mingħajr tagħbija iżda mimlija bil-fjuwil, bil-fluwidu berried, bil-lubrikant, bl-għodod u bi stepni (jekk fornut bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura); |
|
3.1.2. |
“Massa massima” tfisser il-massa ddikjarata mill-manifattur tal-vettura li hija teknikament permissibbli (din il-massa tista' tkun ogħla mill-“massa massima permissibbli” stipulata mill-amministrazzjoni nazzjonali); |
|
3.1.3. |
“TPTW” normalment huwa magħmul minn membru trasversali u huwa kkollegat mal-membri tal-ġnub tax-xażi jew elementi strutturali oħra tal-vettura; |
|
3.1.4. |
“Kabina separata” tfisser kabina mqabbda mal-istruttura tal-vettura permezz ta' rabtiet speċifiċi u li ma għandhiex parti komuni mal-parti tal-merkanzija. |
PARTI I. APPROVAZZJONI TAT-TPTW
4. DEFINIZZJONIJIET
4.1. Għall-fini tal-Parti I ta' dan ir-Regolament:
|
4.1.1. |
“Approvazzjoni ta' TPTW” tfisser l-approvazzjoni ta' tip bħal dan ta' TPTW fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 7 hawn taħt; |
|
4.1.2. |
“Tip ta' TPTW” tfisser TPTW li ma għandhomx differenzi fir-rigward tal-karatteristiki essenzjali bħalma huma l-għamla, id-dimensjonijiet, il-mod kif jintrabat, il-materjali, u l-marki msemmija fil-paragrafu 5.2.2 hawn taħt. |
5. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
5.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' TPTW għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tat-TPTW jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat kif suppost.
5.2. Għal kull tip ta' TPTW, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:
|
5.2.1. |
Dokumentazzjoni fi tliet kopji li tagħti deskrizzjoni tal-karatteristiki tekniċi tat-TPTW: id-dimensjonijiet tiegħu, il-linji u l-materjali li jikkostitwuh u l-metodu tiegħu ta' installazzjoni; |
|
5.2.2. |
Kampjun tat-tip ta' TPTW: il-kampjun għandu jkun immarkat b'mod ċar u li ma jitħassarx fuq il-komponenti ewlenin kollha tiegħu bl-isem jew il-marka tan-negozju tal-applikant u d-deskrizzjoni tat-tip. |
5.3. Rappreżentant tat-TPTW tat-tip li jrid jiġi approvat għandu jitressaq quddiem is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.
5.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
6. APPROVAZZJONI
6.1. Jekk it-TPTW imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7 ta' hawn taħt, l-approvazzjoni ta' dak it-tip ta' TPTW għandha tingħata.
6.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje 03 ta' emendi) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' tagħmir għall-protezzjoni mit-trikkib minn wara.
6.3. L-avviż tal-approvazzjoni, jew tal-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta' TPTW skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
6.4. Għandha titwaħħal, b'mod li tispikka u f'post li huwa aċċessibbli bla diffikultà speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, lil kull TPTW li jikkonforma ma' tip ta' TPTW approvat permezz ta' dan ir-Regolament, marka internazzjonali ta' approvazzjoni li tikkonsisti minn:
|
6.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3); |
|
6.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 6.4.1. |
6.5. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
6.6. L-Anness 4 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.
7. REKWIŻITI
7.1. Il-membru trasversali għandu jkollu għoli tas-sezzjoni ta' mill-inqas 120 mm. L-estremitajiet laterali tal-membru trasversali ma għandhomx ikunu milwija lejn in-naħa ta' wara jew ikollhom tarf sporġut li jaqta'; din il-kundizzjoni hija sodisfatta meta l-estremitajiet laterali tal-membru trasversali jkunu ttundjati fuq barra u jkollhom raġġ tal-kurvatura ta' mhux inqas minn 2,5 mm.
TPTW intenzjonat li jintrama fuq vetturi tal-kategoriji M, N1, N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 t, O1, O2 fuq il-vetturi tal-kategorija G u fuq vetturi armati bi pjattaforma lift, il-membru trasversali għandu jkollu għoli tas-sezzjoni ta' mill-inqas 100 mm.
7.2. It-TPTW jista' jitfassal b'tali mod li jkollu bosta pożizzjonijiet fin-naħa ta' wara tal-vettura. F'dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġi assigurat fil-pożizzjoni tas-servizz sabiex b'hekk tiġi prekluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata tal-pożizzjoni. Il-forza applikata mill-operatur sabiex ivarja l-pożizzjoni tat-tagħmir ma tistax taqbeż l-40 daN.
Għal TPTW li huwa ddiżinjat biex ikollu diversi pożizzjonijiet fuq wara tal-vettura, għandha tiġi pprovduta tikketta b'simbolu/i jew fil-lingwa/i tal-pajjiż fejn jinbiegħ it-tagħmir biex tinforma lill-operatur dwar il-pożizzjoni standard tat-TPTW sabiex joffri protezzjoni effettiva kontra t-trikkib minn wara.
Id-daqs minimu tat-tikketta: 60 × 120 mm
7.3. It-TPTW għandu joffri reżistenza adegwata għall-forzi applikati b'mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura. (Dan għandu jintwera skont il-proċedura tat-test u l-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.) Id-diflessjoni orizzontali massima tat-TPTW osservata matul u wara l-applikazzjoni tal-forzi tat-test speċifikati fl-Anness 5 għandha tiġi rreġistrata fuq il-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (l-Anness 1, l-entrata 8).
7.4. Għall-vetturi armati bi pjattaforma lift fuq wara, l-armar tat-tagħmir kontra t-trikkib jista' jkun interrott għall-finijiet tal-mekkaniżmu. F'dan il-każ, japplikaw ir-rekwiżiti speċjali li ġejjin:
|
7.4.1. |
Id-distanza laterali massima libera mkejla bejn l-elementi tat-tagħmir kontra t-trikkib u l-elementi tal-pjattaforma lift, li jgħaddu minn ġewwa l-fetħa meta l-lift jopera u li jinneċessitaw il-fetħa, tista' tammonta għal mhux aktar minn 2,5 cm. |
|
7.4.2. |
L-elementi individwali tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra t-trikkib, inklużi dawk esposti tal-mekkaniżmu tal-lift, meta preżenti, għandhom ikollhom erja tal-wiċċ effettiva, f'kull każ, ta' mill-inqas 420 cm2. |
|
7.4.3. |
Għall-membri trasversali b'għoli tas-sezzjoni ta' inqas minn 120 mm, l-elementi individwali tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra t-trikkib, inklużi dawk esposti tal-mekkaniżmu tal-lift, meta preżenti, għandhom ikollhom erja tal-wiċċ effettiva, f'kull każ, ta' mill-inqas 350 cm2. |
|
7.4.4. |
Fil-każ ta' vetturi li għandhom wisa' ta' inqas minn 2 000 mm u meta jkun impossibbli li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.4.2 u 7.4.3, il-wiċċ effettiv jista' jitnaqqas bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kriterji tar-reżistenza. |
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim tal-1958, Skeda 1 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), b'dawn ir-rekwiżiti:
|
8.1. |
Kull tagħmir għall-protezzjoni mit-trikkib minn wara approvat skont dan ir-Regolament għandu jiġi manifatturat b'tali mod li jkun konformi mat-tip approvat billi jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 7 ta' hawn fuq. |
|
8.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn. |
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' TPTW skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati hawn fuq ma jintlaħqux jew jekk it-tagħmir protettiv weħel mit-test preskritt fl-Anness 5.
9.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
10. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' TIP TA' TPTW
10.1. Kull modifika għat-tip ta' TPTW għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' TPTW. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' mbagħad jew:
|
10.1.1. |
Tqis li l-modifiki magħmula x'aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li xorta waħda t-TPTW għadu konformi mar-rekwiżiti; jew |
|
10.1.2. |
Teżiġi rapport ġdid tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
10.2. Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 6.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
10.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
11. PRODUZZJONI MWAQQFA B'MOD DEFINITTIV
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' tagħmir għall-protezzjoni mit-trikkib minn wara approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf dwar dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tavża b'dan lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
12. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħrajn.
PARTI II. APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-INSTALLAZZJONI TA' TPTW TA' TIP APPROVAT
13. DEFINIZZJONIJIET
13.1. Għall-finijiet tal-Parti II ta' dan ir-Regolament:
|
13.1.1. |
“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta' TPTW ta' tip approvat skont il-Parti I ta' dan ir-Regolament; |
|
13.1.2. |
“Tip ta' vettura” tfisser vetturi li mhumiex differenti f'aspetti essenzjali bħal:
|
13.2. Definizzjonijiet oħra applikabbli għal din il-Parti II jinsabu fil-paragrafu 3 ta' dan ir-Regolament.
14. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
14.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-immuntar ta' TPTW ta' tip approvat għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat b'mod xieraq.
14.2. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:
|
14.2.1. |
Tpinġijiet tal-vettura li juru, skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 13.1.2 ta' dan ir-Regolament, it-tip tal-vettura f'elevazzjoni mill-ġenb u minn wara bl-indikazzjoni tal-pożizzjoni tat-TPTW approvat/i u d-dettalji tad-diżinn tal-elementi tagħhom ta' mmuntar għal max-xażi tal-vettura; |
|
14.2.2. |
Il-massa massima tal-vettura; |
|
14.2.3. |
Lista ta' TPTW maħsuba li jintramaw fuq vettura; |
|
14.2.4. |
Fuq talba tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tkun ipprovduta wkoll il-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (jiġifieri l-Anness 1 ta' dan ir-Regolament) ta' kull TPTW. |
14.3. Għandha tingħata vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat u armata b'TPTW approvat lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.
14.3.1. Vettura li ma jkollhiex il-komponenti kollha li jikkorrispondu mat-tip, tista' tiġi aċċettata għall-ittestjar kemm-il darba l-applikant ikun jista' juri għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li n-nuqqas tal-komponenti esklużi ma għandu l-ebda effett fuq ir-riżultati tal-verifiki, sa fejn huma kkonċernati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
14.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti li jiżguraw kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
15. APPROVAZZJONI
15.1. Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tkun mgħammra b'TPTW approvat u tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 16 ta' hawn taħt, u tkun ġiet ittestjata bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.2, l-approvazzjoni ta' dak it-tip ta' vettura għandha tingħata.
15.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje 03 ta' emendi) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru għar-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.
15.3. In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
15.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvata skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
15.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4); |
|
15.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 15.4.1. |
15.5. Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip approvat ta' vettura, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 15.4.1 m'hemmx għalfejn ikun ripetut; f'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 15.4.1.
15.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
15.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
15.8. L-Anness 4 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.
16. REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TA' TPTW APPROVAT
16.1. Għall-vetturi tal-kategoriji N2 b'massa massima li taqbeż it-8 t, N3, O3 u O4, il-qtugħ mill-art fir-rigward tan-naħa t'isfel tat-tagħmir protettiv, anke f'każ li l-vettura ma tkunx mgħobbija, ma għandux jaqbeż:
|
(a) |
450 mm għal vetturi bil-mutur u trejlers b'sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija. Fi kwalunkwe każ, angolu tat-tluq sa 8° skont l-ISO 612:1978 bi qtugħ mill-art massimu ta' 550 mm għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti. |
|
(b) |
500 mm jew angolu tat-tluq skont l-ISO 612:1978 ta' 8°, skont liema huwa l-inqas, għal vetturi oħra minbarra dawk elenkati f'(a) hawn fuq. Fi kwalunkwe każ, angolu tat-tluq sa 8° skont l-ISO 612:1978 bi qtugħ mill-art massimu ta' 550 mm għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti. |
Dan ir-rekwiżit japplika għall-wisa' sħiħa tal-vettura bil-mutur jew it-trejler u għandu jkun tali li l-għoli fuq l-art tal-punti tal-applikazzjoni tal-forzi tat-test applikati fuq it-tagħmir skont il-Parti I ta' dan ir-Regolament u rreġistrat fil-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (l-Anness 1, l-entrata 7) ma jaqbiżx il-valuri fil-paragrafi (a) u (b) hawn fuq, miżjud b'nofs l-għoli minimu tas-sezzjoni meħtieġ għall-membru trasversali tat-TPTW.
Ir-rekwiżit tal-għoli għall-applikazzjoni tal-forzi tat-test għandu jiġi aġġustat għall-qtugħ mill-art aġġustat minħabba d-dispożizzjonijiet għall-angolu tat-tluq speċifikati hawn fuq.
16.2. Għall-vetturi tal-kategoriji M, N1, N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 t, O1 u O2, il-qtugħ mill-art fir-rigward tan-naħa t'isfel tat-tagħmir protettiv, anke f'każ li l-vettura ma tkunx mgħobbija, ma għandux jaqbeż il-550 mm fuq il-wisa' tagħha kollha kemm hi u trid tkun b'tali mod li l-għoli mill-art tal-punti ta' applikazzjoni tal-forzi tat-test applikati lit-tagħmir skont il-Parti I ta' dan ir-Regolament u rreġistrati fil-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (l-Anness 1, l-entrata 7) ma jaqbiżx is-600 mm.
16.3. Il-wisa' tat-tagħmir protettiv ta' wara ma għandha fl-ebda punt taqbeż il-wisa' tal-fus ta' wara mkejjel fl-aktar punti 'l barra tar-roti, eskluża l-parti tat-tajers li tesporġi 'l barra viċin tal-art, u t-TPTW ma għandux ikun aktar minn 100 mm iqsar fuq kull naħa. Meta t-tagħmir jinsab fil-karrozzerija tal-vettura jew jinkludi l-karrozzerija u din stess testendi 'l barra mill-wisa' tal-fus ta' wara, ir-rekwiżit li l-wisa' tat-TPTW ma tridx tkun akbar minn dik tal-fus ta' wara ma għandux japplika. Madankollu, fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji O1 u O2 fejn it-tajers jesporġu aktar minn nofs il-wisa' tagħhom 'il barra mill-karrozzerija tal-vettura (esklużi l-protezzjonijiet tar-roti) jew 'il barra mix-xażi f'każ ta' vettura li ma jkollhiex karrozzerija, il-wisa' tat-TPTW ma għandhiex tkun inqas minn 100 mm imnaqqsa mid-distanza mkejla bejn l-aktar punti 'l ġewwa tat-tajers, eskluża kwalunkwe parti tat-tajers li tesporġi 'l barra viċin l-art, fuq kwalunkwe naħa. Meta jkun hemm aktar minn fus wieħed fuq wara, il-wisa' li għandha tiġi kkunsidrata hija dik tal-aktar fus ta' wara wiesa'. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.1.2 u 3.1.3 tal-Anness 5 li huma relatati mad-distanza tal-punti ta' applikazzjoni tal-forzi tat-test mit-truf esterni tar-roti ta' wara (l-Anness 1, l-entrata 7) għandhom jiġu vverifikati u rreġistrati fil-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.
16.4. Għall-vetturi tal-kategoriji M, N1, N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 t, O1 u O2, it-tagħmir għandu jintrama b'tali mod li d-distanza orizzontali bejn in-naħa ta' wara tal-membru trasversali tat-tagħmir u l-aktar punt lura fl-estremità ta' wara tal-vettura, inkluża kwalunkwe sistema ta' pjattaforma lift, ma taqbiżx l-400 mm imnaqqsa bl-akbar deformazzjoni totali li tinkludi kemm deformazzjoni plastika u kemm deformazzjoni elastika (il-paragrafu 7.3 tal-Parti I) imkejla u rreġistrata matul it-test, fi kwalunkwe wieħed mill-punti fejn il-forzi tat-test jiġu applikati (l-Anness I, l-entrata 8) matul l-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir għall-protezzjoni mit-trikkib minn wara, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Parti I ta' dan ir-Regolament u rreġistrati fil-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. Fil-kejl ta' din id-distanza, kwalunkwe parti tal-vettura li hija aktar minn 2 m 'l fuq mill-art għal kull kundizzjoni ta' tagħbija għandha tiġi eskluża.
Għall-vetturi tal-kategoriji N2 b'massa massima li taqbeż it-8 t, N3, u l-vetturi tal-kategoriji O3 u O4, mgħammra bi pjattaforma lift jew li qed jiġu ddiżinjati bħala trejler tat-tip “tipper”, japplika l-istess rekwiżit bħal dak ta' hawn fuq; madankollu, għall-vetturi ta' dawn il-kategoriji, id-distanza orizzontali ma għandhiex taqbeż it-300 mm imkejla man-naħa ta' wara tal-membru trasversali qabel jiġu applikati l-forzi tat-test.
Għall-vetturi tal-kategoriji O3 u O4, mingħajr l-ebda sistema ta' pjattaforma lift u li mhumiex qed jiġu ddiżinjati bħala trejler tat-tip “tipper”, id-distanzi orizzontali massimi jitnaqqsu għal 200 mm qabel jiġu applikati l-forzi tat-test u 300 mm imnaqqsa bl-akbar deformazzjoni totali li tinkludi kemm deformazzjoni plastika u kemm deformazzjoni elastika (il-paragrafu 7.3 tal-Parti I) imkejla u rreġistrata matul it-test, fi kwalunkwe wieħed mill-punti fejn il-forzi tat-test jiġu applikati (l-Anness I, l-entrata 8).
Fi kwalunkwe każ il-biċċiet ħerġin li mhumiex strutturali, bħall-bozoz ta' wara, u dawk li għandhom daqs ta' inqas minn 50 mm fi kwalunkwe direzzjoni, bħal bumpers tal-gomma, buffers reżiljenti, ċappetti u lukketti, għandhom jiġu esklużi mid-determinazzjoni tal-punt l-aktar lura fl-estremità ta' wara.
Qabel jiġu applikati l-forzi tat-test, id-distanza orizzontali massima permissibbli ta' membru trasversali uniku, segmentat jew inklinat ta' TPTW hija ta' 100 mm bejn in-naħa ta' wara tal-membru trasversali mkejla fil-punt l-aktar 'il quddiem tiegħu u n-naħa ta' wara tal-membru trasversali mkejla fil-punt l-aktar lura tiegħu, imkejla fil-pjan lonġitudinali tal-vettura.
16.5. It-tagħmir għandu jintrama b'tali mod li wara li jiġu applikati l-forzi tat-test speċifikati fl-Anness 5 għall-vetturi tal-kategoriji N2 b'massa massima li taqbeż it-8 t, N3, O3 u O4, il-qtugħ mill-art massimu tat-tagħmir protettiv, anke meta l-vettura ma tkunx mgħobbija, fl-ebda punt ma għandu jaqbeż il-valur ta' qabel it-test b'aktar minn 60 mm. Għall-vetturi b'angolu tat-tluq sa 8° (il-paragrafu 16.1) il-qtugħ mill-art massimu ma għandux jaqbeż is-600 mm.
16.6. Il-massa massima tat-tip tal-vettura li għalih intalbet approvazzjoni ma għandhiex taqbeż il-valur indikat tal-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' kull TPTW approvat maħsub biex jintrama fuq dik il-vettura.
16.7. Minħabba d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2 għal TPTW aġġustabbli, it-tikketta għandha titpoġġa xi mkien fejn tkun viżibbli b'mod ċar u permanenti mill-post tax-xufier jew fin-naħa ta' wara tal-vettura maġenb it-TPTW, f'post li huwa viżibbli faċilment.
17. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim tal-1958, Skeda 1 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), b'dawn ir-rekwiżiti:
|
17.1. |
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b'tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 16 ta' hawn fuq. |
|
17.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn. |
18. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
18.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati.
18.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
19. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' TIP TA' VETTURA
19.1. Kull modifika għat-tip ta' vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' mbagħad jew:
|
19.1.1. |
Tqis li l-modifiki magħmula mhux probabbli li jkollhom effett ħażin sinifikanti u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew |
|
19.1.2. |
Teżiġi rapport ġdid tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
19.2. Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-bidla, għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 15.3 ta' hawn fuq.
19.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
20. PRODUZZJONI MWAQQFA B'MOD DEFINITTIV
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tavża b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
21. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħrajn.
PARTI III. APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-PROTEZZJONI MIT-TRIKKIB MINN WARA (PTW)
22. DEFINIZZJONIJIET
22.1. Għall-finijiet tal-Parti III ta' dan ir-Regolament:
|
22.1.1. |
“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-PTW tagħha; |
|
22.1.2. |
“It-tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi li mhumiex differenti fir-rigward tal-punti essenzjali bħalma huma l-wisa' tal-fus ta' wara, l-istruttura, id-dimensjonijiet, l-għamla u l-materjali tal-parti ta' wara tal-vettura, il-karatteristiki tas-sospensjoni sa fejn dawn għandhom influwenza fuq ir-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 25 ta' dan ir-Regolament; |
|
22.1.3. |
“Protezzjoni mit-trikkib minn wara (PTW)” tfisser il-preżenza fuq in-naħa ta' wara tal-vettura ta' jew:
|
22.2. Definizzjonijiet oħra applikabbli għal din il-Parti III jinsabu fil-paragrafu 3 ta' dan ir-Regolament.
23. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
23.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-protezzjoni permessa mill-PTW għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq.
23.2. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:
|
23.2.1. |
Deskrizzjoni ddettaljata tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha sa fejn dawn huma meħtieġa għall-fini ta' dan ir-Regolament; |
|
23.2.2. |
Tpinġijiet tal-vettura li juru t-tip tal-vettura f'elevazzjoni mill-ġenb u minn wara u dettalji tad-disinn tal-partijiet ta' wara tal-istruttura; |
|
23.2.3. |
Il-massa massima tal-vettura; |
|
23.2.4. |
Deskrizzjoni ddettaljata tal-PTW: id-dimensjonijiet, il-linji, il-materjali kostitwenti u l-pożizzjoni tiegħu fil-vettura. |
23.3. Għandha tingħata vettura rappreżentattiva tat-tip li għandha tiġi approvata lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.
23.3.1. Vettura li ma jkollhiex il-komponenti kollha li jikkorrispondu mat-tip tista' tiġi aċċettata għall-ittestjar, kemm-il darba l-applikant ikun jista' juri għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li n-nuqqas tal-komponenti esklużi ma għandu l-ebda effett fuq ir-riżultati tal-verifiki, sa fejn huma kkonċernati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
23.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti li jiżguraw kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
24. APPROVAZZJONI
24.1. Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3(b) jew tal-paragrafu 2.3(c) jew tal-paragrafu 25 u tkun ġiet ittestjata bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.2, l-approvazzjoni ta' dik it-tip ta' vettura għandha tingħata.
24.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje 03 ta' emendi) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.
24.3. In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
24.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvata skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
24.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (5); |
|
24.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 24.4.1. |
24.5. Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip approvat ta' vettura, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 24.4.1 m'hemmx għalfejn ikun ripetut; f'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 24.4.1.
24.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
24.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
24.8. L-Anness 4 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.
25. REKWIŻITI GĦALL-PTW
25.1. Għall-vetturi tal-kategoriji N2 b'massa massima li taqbeż it-8 t, N3, O3 u O4, il-qtugħ mill-art fir-rigward tan-naħa t'isfel tal-PTW, anke f'każ li l-vettura ma tkunx mgħobbija, ma għandux jaqbeż:
|
(a) |
450 mm għal vetturi bil-mutur u trejlers b'sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija. Fi kwalunkwe każ, angolu tat-tluq sa 8° skont l-ISO 612:1978 bi qtugħ mill-art massimu ta' 550 mm għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti. |
|
(b) |
500 mm jew angolu tat-tluq skont l-ISO 612:1978 ta' 8°, skont liema huwa l-inqas, għal vetturi oħra minbarra dawk elenkati f'(a) hawn fuq. Fi kwalunkwe każ, angolu tat-tluq sa 8° skont l-ISO 612:1978 bi qtugħ mill-art massimu ta' 550 mm għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti. |
Dan ir-rekwiżit japplika għall-wisa' sħiħa tal-vettura bil-mutur jew it-trejler u għandu jkun tali li l-għoli fuq l-art tal-punti tal-applikazzjoni tal-forzi tat-test applikati fuq it-tagħmir skont il-Parti I ta' dan ir-Regolament u rreġistrat fil-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (l-Anness 1, l-entrata 7) ma jaqbiżx il-valuri fis-subparagrafi (a) u (b) hawn fuq, miżjud b'nofs l-għoli minimu tas-sezzjoni meħtieġ għall-membru trasversali tat-TPTW.
Ir-rekwiżit tal-għoli għall-applikazzjoni tal-forzi tat-test għandu jiġi aġġustat għall-qtugħ mill-art aġġustat minħabba d-dispożizzjonijiet għall-angolu tat-tluq speċifikati hawn fuq.
25.2. Għall-vetturi tal-kategoriji M, N1, N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 t, O1 u O2, il-qtugħ mill-art fir-rigward tan-naħa t'isfel tat-tagħmir protettiv, anke f'każ li l-vettura ma tkunx mgħobbija, ma għandux jaqbeż il-550 mm fuq il-wisa' tagħha kollha kemm hi u jrid tkun b'tali mod li l-għoli mill-art tal-punti ta' applikazzjoni tal-forzi tat-test applikati lill-PTW ma jaqbiżx is-600 mm.
25.3. Għall-vetturi tal-kategoriji M, N1, N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 t, O1 u O2, il-PTW għandu jkun kemm jista' jkun qrib in-naħa ta' wara tal-vettura. Id-distanza orizzontali massima bejn in-naħa ta' wara tat-tagħmir u l-aktar punt lura fl-estremità ta' wara tal-vettura, inkluża kwalunkwe sistema ta' pjattaforma lift, ma taqbiżx l-400 mm imkejla man-naħa ta' wara tal-membru trasversali u rreġistrata waqt it-test meta jiġu applikati l-forzi tat-test.
Għall-vetturi tal-kategoriji N2 b'massa massima li taqbeż it-8 t, N3, u vetturi tal-kategoriji O3 u O4, mgħammra bi pjattaforma lift jew li qed jiġu ddiżinjati bħala trejler tat-tip “tipper”, japplika l-istess rekwiżit bħal dak ta' hawn fuq; madankollu, għall-vetturi ta' dawn il-kategoriji, id-distanza orizzontali ma għandhiex taqbeż it-300 mm imkejla man-naħa ta' wara tal-membru trasversali qabel jiġu applikati l-forzi tat-test.
Għal PTW għall-vetturi tal-kategoriji O3 u O4, mingħajr l-ebda sistema ta' pjattaforma lift u li mhumiex qed jiġu ddiżinjati bħala trejler tat-tip “tipper”, id-distanza orizzontali massima titnaqqas għal 200 mm qabel u 300 mm matul it-test meta jiġu applikati l-forzi tat-test.
Fi kwalunkwe każ il-biċċiet ħerġin li mhumiex strutturali, bħall-bozoz ta' wara, u dawk li għandhom daqs ta' inqas minn 50 mm fi kwalunkwe direzzjoni, bħal bumpers tal-gomma, buffers reżiljenti, ċappetti u lukketti, għandhom jiġu esklużi mid-determinazzjoni tal-punt l-aktar lura fl-estremità ta' wara.
Qabel jiġu applikati l-forzi tat-test, id-distanza orizzontali massima permissibbli ta' membru trasversali uniku, segmentat jew inklinat ta' TPTW hija ta' 100 mm bejn in-naħa ta' wara tal-membru trasversali mkejla fil-punt l-aktar 'il quddiem tagħha u n-naħa ta' wara tal-membru trasversali mkejla fil-punt l-aktar lura tagħha, mkejla fil-pjan lonġitudinali tal-vettura.
25.4. Il-wisa' tal-PTW ma għandha fl-ebda punt taqbeż il-wisa' tal-fus ta' wara mkejla fl-aktar punti 'l barra tar-roti, eskluża l-parti tat-tajers li tesporġi 'l barra viċin l-art, u l-PTW ma għandux ikun aktar minn 100 mm iqsar fuq kull naħa. Meta t-tagħmir jinsab fil-karrozzerija tal-vettura jew huwa inkluż fiha u din stess testendi 'l barra mill-wisa' tal-fus ta' wara, ir-rekwiżit li l-wisa' tal-PTW ma tridx tkun akbar minn dik tal-fus ta' wara, ma għandux japplika. Madankollu, fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji O1 u O2 fejn it-tajers jesporġu aktar minn nofs il-wisa' tagħhom 'il barra mill-karrozzerija tal-vettura (eskluż il-parafangi) jew 'il barra mix-xażi (f'każ ta' vettura li ma jkollhiex karrozzerija), il-wisa' tal-PTW ma għandiex tkun inqas minn 100 mm imnaqqsa mid-distanza mkejla bejn l-aktar punti 'l ġewwa tat-tajers, eskluż kwalunkwe parti tat-tajers li tesporġi 'l barra viċin l-art, fuq kull naħa. Meta jkun hemm aktar minn fus wieħed fuq wara, il-wisa' li għandha tiġi kkunsidrata hija dik tal-aktar fus ta' wara wiesa'. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.1.2 u 3.1.3 tal-Anness 5 li huma relatati mad-distanza tal-punti ta' applikazzjoni tal-forzi tat-test mit-truf esterni tar-roti ta' wara (l-Anness 1, l-entrata 7) għandhom jiġu vverifikati u rreġistrati fil-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.
25.5. Il-membru trasversali għandu jkollu għoli tas-sezzjoni ta' mill-inqas 120 mm. L-estremitajiet laterali tal-membru trasversali ma għandhomx ikunu milwija lejn in-naħa ta' wara jew ikollhom tarf sporġut li jaqta', u din il-kundizzjoni hija sodisfatta meta l-estremitajiet laterali tal-PTW jkunu ttundjati fuq barra u jkollhom raġġ tal-kurvatura ta' mhux inqas minn 2,5 mm.
Għall-vetturi tal-kategoriji M, N1, N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 t, O1, O2, il-vetturi tal-kategorija G u fuq vetturi armati bi pjattaforma lift, il-membru trasversali għandu jkollu għoli tas-sezzjoni ta' mill-inqas 100 mm.
25.6. Il-PTW tista' titfassal b'tali mod li jkollha bosta pożizzjonijiet fin-naħa ta' wara tal-vettura. F'dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġi assigurat fil-pożizzjoni tas-servizz sabiex b'hekk tiġi prekluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata ta' pożizzjoni. Il-forza applikata mill-operatur sabiex ivarja l-pożizzjoni tal-PTW ma tistax taqbeż l-40 daN.
Għal PTW li huma ddiżinjati biex ikollhom diversi pożizzjonijiet fuq wara tal-vettura, għandha tiġi pprovduta tikketta fil-lingwa/i tal-pajjiż fejn jinbiegħ t-tagħmir.
Id-daqs minimu tat-tikketta: 60 × 120 mm.
It-tikketta għandha titpoġġa xi mkien fejn tkun viżibbli b'mod ċar u permanenti min-naħa ta' wara tal-vettura maġenb il-PTW, sabiex tinforma lill-operatur bil-pożizzjoni standard tal-PTW sabiex joffri protezzjoni effettiva kontra t-trikkib minn wara.
25.7. Il-PTW għandha toffri reżistenza adegwata għall-forzi applikati b'mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura u tkun imqabbda, meta tkun fil-pożizzjoni tas-servizz, mat-travi man-naħa tax-xażi jew ma' kwalunkwe ħaġa li tissostitwihom. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat jekk jintwera li kemm matul l-applikazzjoni tal-forzi deskritti fl-Anness 5 kif ukoll warajha d-distanza orizzontali bejn in-naħa ta' wara tal-PTW u l-aktar punt lura tal-estremità ta' wara tal-vettura, inkluża kwalunkwe sistema ta' pjattaforma lift, ma taqbiżx l-400 mm fi kwalunkwe wieħed mill-punti fejn jiġu applikati l-forzi. Fil-kejl ta' din id-distanza, kwalunkwe parti tal-vettura li hija aktar minn 2 m 'l fuq mill-art meta l-vettura mhijiex mgħobbija għandha tiġi eskluża.
Wara li jiġu applikati l-forzi tat-test speċifikati fl-Anness 5 għall-vetturi tal-kategoriji N2 b'massa massima li taqbeż it-8 t, N3, O3 u O4, il-qtugħ mill-art massimu tat-tagħmir protettiv, anke meta l-vettura ma tkunx mgħobbija, fl-ebda punt ma għandu jaqbeż il-valur ta' qabel it-test b'aktar minn 60 mm. Għall-vetturi b'angolu tat-tluq sa 8° (il-paragrafu 16.1) il-qtugħ mill-art massimu ma għandux jaqbeż is-600 mm.
25.8. Ma għandux ikun meħtieġ test prattiku meta jista' jintwera permezz ta' kalkolu li r-rekwiżiti tal-Anness 5, paragrafu 3, huma ssodisfati. Fejn jitwettaq test prattiku, it-tagħmir għandu jkun ikkollegat mat-travi man-naħa tax-xażi tal-vettura jew ma' parti sinifikanti ta' dawn jew ma' membri strutturali oħra.
25.9. Għall-vetturi armati bi pjattaforma lift fuq wara, l-armar tat-tagħmir kontra t-trikkib jista' jkun interrott għall-finijiet tal-mekkaniżmu. F'dan il-każ, japplikaw ir-rekwiżiti speċjali li ġejjin:
|
25.9.1. |
Id-distanza laterali massima libera mkejla bejn l-elementi tat-tagħmir kontra t-trikkib u l-elementi tal-pjattaforma lift, li jgħaddu minn ġewwa l-fetħa meta l-lift jopera u li jinneċessitaw il-fetħa, tista' tammonta għal mhux aktar minn 2,5 cm. |
|
25.9.2. |
L-elementi individwali tal-protezzjoni kontra t-trikkib, inklużi dawk esposti tas-sistema tal-lift, meta preżenti, għandu jkollhom erja tal-wiċċ effettiva, f'kull każ, ta' għall-inqas 420 cm2. |
|
25.9.3. |
Għall-membri trasversali b'għoli tas-sezzjoni ta' inqas minn 120 mm, l-elementi individwali tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra t-trikkib, inklużi dawk esposti tal-mekkaniżmu tal-lift, meta preżenti, għandhom ikollhom erja tal-wiċċ effettiva, f'kull każ, ta' mill-inqas 350 cm2. |
|
25.9.4. |
Fil-każ tal-vetturi li għandhom wisa' ta' inqas minn 2 000 mm u meta jkun impossibbli li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafi 25.9.2 u 25.9.3 ta' hawn fuq, il-wiċċ effettiv jista' jitnaqqas bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kriterji tar-reżistenza. |
26. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim tal-1958, Skeda 1 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), b'dawn ir-rekwiżiti:
|
26.1. |
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b'tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 25 ta' hawn fuq. |
|
26.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn. |
27. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
27.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati hawn fuq ma jintlaħqux jew jekk il-vettura teħel mit-test preskritt fl-Anness 5.
27.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
28. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' TIP TA' VETTURA
28.1. Kull modifika għat-tip ta' vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' mbagħad jew:
|
28.1.1. |
Tqis li l-modifiki magħmula mhux probabbli li jkollhom effett ħażin sinifikanti u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew |
|
28.1.2. |
Teżiġi rapport ġdid tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
28.2. Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 24.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
28.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
29. PRODUZZJONI MWAQQFA B'MOD DEFINITTIV
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament mill-produzzjoni tat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tavża b'dan lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
30. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħrajn.
PARTI IV. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
31. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
31.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta' emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip ta' vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont il-Partijiet I, II jew III ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 03 ta' emendi.
31.2. Sal-1 ta' Settembru 2019, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip ta' vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont il-Partijiet I, II jew III ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta' emendi.
31.3. Sa mill-1 ta' Settembru 2019, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata li għandhom jiġu approvati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti I, II jew III ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 03 ta' emendi.
31.4. Mill-1 ta' Settembru 2021, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament mhumiex obbligati li jaċċettaw, għall-fini ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, vettura, komponent jew unità teknika separata approvati skont il-Parti I, II jew III tas-serje 03 ta' emendi għal dan ir-Regolament.
31.5. Sal-1 ta' Settembru 2021, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti estensjonijiet ta' approvazzjoni għal vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta' emendi. Madankollu, il-Partijiet Kontraenti li għadhom qed jaċċettaw l-approvazzjonijiet skont is-serje 02 ta' emendi kif mogħtija fil-paragrafu 31.4 wara l-1 ta' Settembru 2021 ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet lill-approvazzjonijiet wara l-1 ta' Settembru 2021.
31.6. Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aktar sensiela reċenti ta' emendi mhumiex obbligati jaċċettaw l-approvazzjonijiet li jkunu ngħataw skont xi waħda mis-sensieli ta' qabel ta' emendi ta' dan ir-Regolament.
(1) Kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) Kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(3) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb'oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(4) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb'oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(5) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb'oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 4
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(ara l-paragrafi 6.4, 15.4, 24.4 ta' dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura jew ma' TPTW turi li t-tip ta' vettura jew it-tip ta' TPTW ikkonċernat, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament tan-NU Nru 58 bin-numru ta' approvazzjoni 032439 fir-rigward tal-protezzjoni kontra t-trikkib minn wara f'każ ta' ħabta. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 58 kif emendat bis-serje 03 ta' emendi.
MUDELL B
(ara l-paragrafi 6.5, 15.5, 24.5 ta' dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernata ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 58 u Nru 31 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament tan-NU Nru 58 kien jinkludi s-serje 03 ta' emendi u r-Regolament tan-NU Nru 31 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.
(1) Dan l-aħħar numru qed jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 5
KUNDIZZJONIJIET U PROĊEDURI TAT-TEST
1. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦAL TPTW
1.1. Fuq talba tal-manifattur it-test jista' jitwettaq jew:
|
1.1.1. |
Fuq vettura tat-tip li għalih huwa maħsub it-TPTW; f'dan il-każ għandhom jiġu osservati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta' hawn taħt; jew |
|
1.1.2. |
Fuq parti mix-xażi tat-tip ta' vettura li għalih huwa maħsub it-TPTW; din il-parti għandha tkun rappreżentattiva tat-tipi(i) ta' vettura rilevanti; jew |
1.2. Fil-każ tal-paragrafu 1.1.2, il-partijiet użati biex jgħaqqdu t-TPTW ma' parti tax-xażi tal-vettura għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li jintużaw biex jitwaħħal it-TPTW meta jiġi installat fil-vettura. Il-parti tax-xażi tista' titwaħħal fuq bank tat-test kif muri fil-Figura ta' hawn taħt, u dan jirrappreżenta r-rekwiżiti minimi li għandhom jiġu ssodisfati. L-istrutturi użati bħala r-rejls ta' mal-ġenb għandhom ikunu rappreżentattivi tax-xażi tal-vetturi li għalihom hija intenzjonata s-sistema ta' protezzjoni kontra t-trikkib minn wara.
Id-distanza tal-ewwel punt fejn jeħel it-TPTW mill-bank tat-test riġidu ma għandhiex tkun inqas minn 500 mm. Jekk jintuża puntal dijagonali biex iżomm it-TPTW, din id-distanza għandha titkejjel bejn l-ewwel punt fejn jeħel il-puntal mal-istrutturi tar-rejl ta' mal-ġenb u l-bank tat-test riġidu.
1.3. Fuq talba tal-manifattur u bil-kunsens tas-Servizz Tekniku l-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 3 tista' ssir b'simulazzjoni permezz tal-kalkolu.
Il-mudell matematiku għandu jiġi vvalidat b'paragun mal-kundizzjonijiet tat-test attwali. Għal dan il-għan, għandu jsir test fiżiku għall-finijiet li jiġu mqabbla r-riżultati miksuba meta jintuża l-mudell matematiku mar-riżultati ta' test fiżiku. Il-komparabbiltà tar-riżultati tat-test għandha tiġi ppruvata. Għandu jiġi abbozzat rapport ta' validazzjoni mill-manifattur jew mis-servizz tekniku u jiġi sottomess lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.
Kwalunkwe bidla li ssir lill-mudell matematiku jew lis-softwer li x'aktarx tinvalida r-rapport tal-validazzjoni għandha titressaq għall-attenzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tista' teżiġi li jitwettaq proċess ta' validazzjoni ġdid.
1.4. Fil-każ ta' TPTW fejn il-membru trasversali ma jkollux wiċċ ċatt vertikali ta' mill-inqas 50 fil-mija tal-għoli minimu tal-membru trasversali skont il-paragrafi 7.1 jew 25.5 ta' dan ir-Regolament fl-għoli tal-punti tal-applikazzjoni tal-forzi tat-test skont il-paragrafi 16.1 jew 25.1, il-manifattur għandu jforni lis-Servizz Tekniku b'tagħmir li jippermetti l-applikazzjoni ta' tagħbijiet tat-test orizzontali fuq il-membru trasversali bit-tagħmir tat-test użat mis-Servizz Tekniku. It-tagħmir ma għandux jimmodifika l-karatteristiki dimensjonali u mekkaniċi tat-TPTW jew iżid ir-reżistenza tiegħu waqt it-test. It-tagħmir ma għandux jitwaħħal b'mod riġidu mat-TPTW jew mat-tagħmir tat-test.
2. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦAL VETTURI
2.1. Il-vettura għandha tkun wieqfa fuq art invellata, ċatta, riġida u lixxa.
2.2. Ir-roti ta' quddiem għandhom jippuntaw dritt 'il quddiem.
2.3. It-tajers għandhom jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura.
2.4. Il-vettura, jekk huwa meħtieġ li jinkisbu l-forzi meħtieġa tat-test fil-paragrafu 3.1 ta' hawn taħt, tista' titrażżan bi kwalunkwe metodu, u dan il-metodu għandu jkun speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
2.5. Il-vetturi mgħammra b'sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija għandhom jiġu ttestjati bis-sospensjoni jew it-tagħmir fil-kundizzjoni normali tat-tħaddim speċifikata mill-manifattur.
3. IL-PROĊEDURA TAT-TEST
3.1. Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 7.3 u 25.7 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati permezz ta' mandrini għall-ittestjar adattati; il-forzi għat-testijiet preskritti fil-paragrafi 3.1.1 u 3.1.2 hawn taħt għandhom jiġu applikati b'mod separat u konsekuttiv, permezz ta' wiċċ ta' mhux aktar minn 250 mm għoli (iżda li jkopri l-għoli massimu tal-membru trasversali jew tal-PTW, l-għoli eżatt għandu jiġi indikat mill-manifattur) u 200 mm wiesa', b'raġġ ta' kurvatura ta' 5 ± 1 mm fit-truf vertikali. Il-PTW għandha toffri reżistenza adegwata għall-forzi applikati b'mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura. Il-wiċċ ma għandux jitwaħħal b'mod riġidu mat-TPTW jew mal-PTW u għandu jiġi artikolat fid-direzzjonijiet kollha. L-għoli mill-art taċ-ċentru tal-wiċċ għandu jiġi definit mill-manifattur fi ħdan il-linji li żammew it-tagħmir orizzontalment. Madankollu, meta t-test jitwettaq fuq vettura, l-għoli ma għandux jaqbeż l-għoli kif speċifikat fil-paragrafi 16.1 u 16.2 jew kif speċifikat fil-paragrafi 25.1 u 25.2 ta' dan ir-Regolament meta l-vettura ma tkunx mgħobbija. L-ordni li fiha l-forzi jiġu applikati tista' tiġi speċifikata mill-manifattur.
It-tagħmir li jintuża biex jiddistribwixxi l-forza tat-test fuq il-wiċċ ċatt imsemmi għandu jitqabbad mal-attwatur tal-forza permezz ta' ġonta tat-tornikett. L-arranġament tal-attwatur tal-forza, sew jekk qed jiġbed u sew jekk qed jimbotta, għandu jiġi rranġat b'tali mod li ma jżid l-ebda ebusija jew stabbiltà mal-istruttura tas-sistema ta' protezzjoni kontra t-trikkib minn wara, jiġifieri ma għandux la jżid il-forza tal-limitu ta' instabbiltà u lanqas inaqqas id-diflessjoni massima tas-sistema ta' protezzjoni kontra t-trikkib minn wara.
3.1.1. Forza orizzontali ta' 180 kN jew 85 fil-mija tal-forza ġġenerata mill-massa massima tal-vettura, skont liema minnhom hija l-inqas, għandha tiġi applikata konsekuttivament f'żewġ punti li jinsabu simetrikament qrib il-linja ċentrali tat-tagħmir jew tal-vettura skont liema minnhom tapplika f'distanza minima ta' 700 mm u massima ta' 1 m. Il-lok eżatt tal-punti ta' applikazzjoni għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur.
Minkejja d-dispożizzjoni t'hawn fuq għall-vetturi b'kabini mhux separati tal-kategorija N2 b'massa massima li ma taqbiżx 8 t, il-forzi orizzontali jistgħu jitnaqqsu għal 100 kN jew 50 fil-mija.
3.1.2. Fil-każijiet definiti fil-paragrafi 1.1.1 u 1.1.2 ta' dan l-Anness, forza orizzontali ta' 100 kN jew 50 fil-mija tal-forza ġġenerata mill-massa massima tal-vettura, skont liema minnhom hija l-inqas, għandha tiġi applikata konsekuttivament f'żewġ punti li jinsabu 300 ± 25 mm mill-pjani lonġitudinali li huma tanġenzjali għat-truf esterni tar-roti tal-fus ta' wara jew tat-TPTW, jekk taqbeż il-wisa' tal-fus ta' wara, u għal tielet punt li jinsab fil-linja li tgħaqqad dawn iż-żewġ punti, fil-wiċċ vertikali medjan tal-vettura.
Minkejja d-dispożizzjoni ta' hawn fuq għal vetturi b'kabini mhux separati tal-kategorija N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 t, il-forzi orizzontali jistgħu jitnaqqsu għal 50 kN jew 25 fil-mija.
3.1.3. Fuq talba tal-manifattur, il-livelli tal-forza jistgħu jitnaqqsu għal 80 fil-mija tar-rekwiżit mogħti fil-paragrafi 3.1.1 sa 3.1.2 għall-vetturi elenkati fl-Anness 6.
3.2. Punti ta' sostituzzjoni tal-applikazzjoni tal-forza
Jekk kwalunkwe punt definit skont il-paragrafu 3.1 jinsab fi ħdan iż-żona ta' interruzzjoni tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra t-trikkib kif imsemmi fil-paragrafu 7.4 jew 25.8 ta' dan ir-Regolament, il-forzi tat-test għandhom jiġu applikati fil-punti ta' sostituzzjoni li jinsabu:
|
3.2.1. |
għar-rekwiżit tal-paragrafu 3.1.1, fuq il-linja ċentrali orizzontali u fi ħdan 50 mm minn kull tarf vertikali li huwa l-eqreb għall-punti ppjanati tal-applikazzjoni tal-forza, kif definiti fil-paragrafu, u |
|
3.2.2. |
għar-rekwiżit skont il-paragrafu 3.1.2, fil-punt fejn jiltaqgħu l-linji ċentrali orizzontali u vertikali ta' kull element li huwa l-aktar imbiegħed mil-linja ċentrali vertikali tat-tagħmir jew tal-vettura, skont liema minnhom huwa applikabbli. Dawn il-punti għandhom ikunu massimu ta' 325 mm mill-pjani lonġitudinali tanġenzjali għat-trufijiet ta' barra tar-roti fuq il-fus ta' wara. |
ANNESS 6
VETTURI SPEĊIFIĊI
1. Tipi speċifiċi ta' vetturi
1.1. Vetturi bi strutturi “tipping”;
1.2. Vetturi bi pjattaforma lift armata fuq wara.
ANNESS 7
REKWIŻITI GĦAL KATEGORIJI TA' VETTURI DIFFERENTI
|
Kategorija tal-vettura jew tip tal-vettura |
Ġeometrija msemmija fil-paragrafu |
Forza tat-test imsemmija fil-paragrafu/i |
||
|
Għoli tas-sezzjoni |
Qtugħ mill-art qabel it-test |
Distanza orizzontali bejn in-naħa ta' wara tat-TPTW u n-naħa ta' wara tal-vettura |
||
|
M, N1, N2 b'MaxM (*1) < 8 t, O1, O2, G |
2.3/2.4/7.1/25.5 |
2.3/2.4/16.2/25.2 |
2.3/2.4/16.4/25.3 |
2.3/2.4/A5/3.1.1 sa 3.1.2 |
|
N2 b'MaxM (*1) > 8 t, N3 |
7.1 jew 25.5 |
16.1 jew 25.1 |
16.4 jew 25.3 |
A5/3.1.1 sa 3.1.2 |
|
O3, O4 |
7.1 jew 25.5 |
16.1/16.2 jew 25.1/25.2 |
16.4 jew 25.3 |
A5/3.1.1 sa 3.1.2 |
|
Vetturi speċifiċi (ara l-Anness 6) |
7.1 jew 25.5 |
16.1/16.2 jew 25.1/25.2 |
16.4 jew 25.3 |
A5/3.1.3 |
Nota: Referenza bħal A5/3.1.1 fit-tabella tindika l-anness (l-Anness 5) u l-paragrafu (3.1.1) ta' dak l-Anness, fejn il-vettura jew rekwiżit rilevanti huma deskritti u speċifikati. Referenza bħal 2.3 fit-tabella tindika l-paragrafu (2.3) ta' dan ir-Regolament, fejn ir-rekwiżit rilevanti huwa speċifikat.
(*1) MaxM tfisser massa massima.