28.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/80


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/349

tas-27 ta' Frar 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR).

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2), li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK. L-isem tal-missjoni nbidel għal EUCAP Somalia u l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.

(3)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata biex tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-28 ta' Frar 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 13(1) ta'd-Deċiżjoni 2012/389/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-28 ta' Frar 2018 għandu jkun ta' EUR 22 950 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. MIZZI


(1)   ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.

(2)   ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18.