|
15.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 49/2010
tat-30 ta’ April 2010
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2004 tat-8 ta’ Ġunju 2004 (1). |
|
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/524/KE tad-29 ta’ Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Taħt l-intestatura “L-ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI” tal-Kapitolu XX tal-Anness II tal-Ftehim, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 6 (Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 1998 dwar il-moviment ħieles tal-merkanzija):
|
“7. |
32009 H 0524: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/524/KE tad-29 ta’ Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku (ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17).” |
Artikolu 2
It-testijiet tar-Rakkomandazzjoni 2009/524/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
AlanSEATTER
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 26.
(2) ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.
(*1) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.