|
20.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 137/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 11079 – BNP PARIBAS FORTIS / MATEXI / R2O JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 137/06)
1.
Fil-5 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BNP Paribas Fortis NV/SA (“BNPPF”, il-Belġju), li tappartjeni għal BNP Paribas Group, |
|
— |
Matexi NV/SA (“Matexi”, il-Belġju), li tappartjenti għal Matexi Group NV., |
|
— |
R2O JV (il-Belġju). |
BNPPF u Matexi se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ R2O JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
BNPPF hija attiva fil-Belġju u toffri, fost l-oħrajn, pakkett komprensiv ta’ servizzi finanzjarji għal individwi privati, dawk li jaħdmu għal rashom, professjonisti, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) u organizzazzjonijiet pubbliċi, |
|
— |
Matexi hija żviluppatur ta’ proġetti immobiljari attiva fl-istadji kollha tal-proċess ta’ żvilupp (akkwist, żvilupp, kostruzzjoni, bejgħ). Fil-biċċa l-kbira hija tiżviluppa proġetti residenzjali u għadd limitat ta’ proġetti kummerċjali (spazji għall-ħwienet u għall-uffiċċji). Matexi hija attiva prinċipalment fil-Belġju, u b’mod aktar limitat fil-Lussemburgu u fil-Polonja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ R2O JV huma li ġejjin:|
— |
R2O JV se tipprovdi servizzi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fil-Belġju. B’mod speċifiku, se tikri proprjetà tad-djar lill-konsumaturi b’offerta ta’ “rent-to-own”, jiġifieri, kerrejja li għandhom għażla ta’ xiri wara li jikru l-proprjetà għal numru ta’ snin. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11079 – BNP PARIBAS FORTIS / MATEXI / R2O JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).