02026R0331 — MT — 21.04.2026 — 000.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/331 tat-13 ta’ Frar 2026 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddetermina klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tar-reazzjoni għan-nar (ĠU L 331 21.4.2026, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
|
Rettifika, ĠU L 90421, 1.6.2026, p. 1 ((UE) 2026/3312026/331) |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/331
tat-13 ta’ Frar 2026
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddetermina klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tar-reazzjoni għan-nar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
A. SIMBOLI
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw is-simboli li ġejjin:
|
Għall-klassijiet kollha |
|
|
ΔΤ |
żieda fit-temperatura |
|
Δm |
telf tal-massa |
|
tf |
tul ta’ ħin tal-fjamma |
|
PCS |
valur kalorifiku gross (PCS, pouvoir calorifique supérieur) |
|
LFS |
tixrid laterali tal-fjamma (LFS, lateral flame spread) |
|
SMOGRA |
rata tat-tixrid tad-duħħan (SMOGRA, smoke growth rate) |
|
Għall-klassijiet kollha ħlief għall-klassijiet relatati mal-kejbils tal-elettriku |
|
|
FIGRA |
rata tat-tixrid tan-nar (FIGRA, fire growth rate) |
|
THR |
total tas-sħana li toħroġ (THR, total heat release) |
|
TSP |
produzzjoni totali tad-duħħan (TSP, total smoke production) |
|
Fs |
tixrid tal-fjamma (Fs, flame spread) |
|
Għall-klassijiet relatati mal-kejbils tal-elettriku biss |
|
|
HRRsm30, kW |
rata tas-sħana li toħroġ permezz ta’ medja sliding ta’ 30-s |
|
SPRsm60, m2/s |
rata tal-produzzjoni tad-duħħan permezz ta’ medja sliding ta’ 60-s |
|
L-ogħla HRR, kW |
massimu ta’ HRRsm30 bejn il-bidu u t-tmiem tat-test, minbarra l-kontribut mis-sors tat-tqabbid |
|
L-ogħla SPR, m2/s |
massimu ta’ SPRsm60 bejn il-bidu u t-tmiem tat-test |
|
THR1200, MJ |
total tas-sħana li toħroġ (HRRsm30) mill-bidu sat-tmiem tat-test, minbarra l-kontribut tas-sors tat-tqabbid |
|
TSP1200, m2 |
produzzjoni totali tad-duħħan (SPRsm60) mill-bidu sat-tmiem tat-test |
|
FIGRA, W/s |
indiċi tar-rata tat-tixrid tan-nar iddefinit bħala l-ogħla valur tal-kwozjent bejn HRRsm30 minbarra l-kontribut tas-sors tat-tqabbid u l-ħin. Valuri tal-livelli limitu HRRsm30 = 3 kW u THR = 0,4 MJ |
|
FS |
tixrid tal-fjamma (it-tul li ġarrab ħsara) |
|
H |
tixrid tal-fjamma (Fs, flame spread) |
B. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“materjal” tfisser sustanza bażika unika jew taħlita mifruxa uniformement ta’ sustanzi;
“prodott omoġenju” tfisser prodott magħmul minn materjal wieħed ta’ densità u kompożizzjoni uniformi fil-prodott kollu kemm hu;
“prodott mhux omoġenju” tfisser prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ prodott omoġenju u li hu kompost minn komponent wieħed jew aktar li jkun sostanzjali u/jew mhux sostanzjali;
“komponent sostanzjali” tfisser materjal li jikkostitwixxi parti sinifikanti ta’ prodott mhux omoġenju. Saff b’massa għal kull żona tal-unità ≥ 1,0 kg/m2 jew ħxuna ≥ 1,0 mm huwa meqjus li hu komponent sostanzjali;
“komponent mhux sostanzjali” tfisser materjal li ma jikkostitwixxix parti sinifikanti ta’ prodott mhux omoġenju. Saff b’massa għal kull żona tal-unità < 1,0 kg/m2 u ħxuna < 1,0 mm huwa meqjus li hu komponent mhux sostanzjali. Żewġ saffi jew aktar li mhumiex sostanzjali wieħed maġenb l-ieħor, fejn ma jkunx hemm komponenti sostanzjali bejn is-saffi, huma meqjusa bħala komponent wieħed mhux sostanzjali, u huma kklassifikati f’konformità mal-kriterji ta’ saff li jkun komponent mhux sostanzjali;
“komponent intern mhux sostanzjali” tfisser komponent mhux sostanzjali li jkun miksi miż-żewġ naħat b’mill-inqas komponent wieħed sostanzjali;
“komponent estern mhux sostanzjali” tfisser komponent mhux sostanzjali li minn naħa waħda ma jkunx miksi minn komponent sostanzjali.
C. KLASSIJIET TAL-PRESTAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-KARATTERISTIKA ESSENZJALI TAR-REAZZJONI GĦAN-NAR TAL-PRODOTTI
Ġenerali
Id-definizzjonijiet, it-testijiet u l-kriterji tal-prestazzjoni rilevanti huma deskritti jew referenzjati bis-sħiħ fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti, fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, fl-istandards Ewropej ta’ klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar u fl-istandards Ewropej tal-ittestjar.
1. Prodotti għajr pavimenti, prodotti ta’ iżolazzjoni termali tal-pajpijiet lineari, u kejbils tal-elettriku
Tabella 1
|
Klassi |
Metodu/metodi ta’ ttestjar |
Kriterji ta’ klassifikazzjoni |
Klassifikazzjoni ulterjuri |
|
A1 |
Test tan-non-kombustibbiltà (1); kif ukoll |
ΔΤ ≤ 30 °C; kif ukoll Δm ≤ 50 %; kif ukoll tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad). |
|
|
Test tas-sħana tal-kombustjoni |
PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (1); kif ukoll kif ukoll PCS ≤ 1,4 MJm-2 (4); kif ukoll PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (5). |
|
|
|
A2 |
Test tan-non-kombustibbiltà (1); jew |
ΔΤ ≤ 50 °C; kif ukoll Δm ≤ 50 %; kif ukoll tf ≤ 20 s. |
|
|
Test tas-sħana tal-kombustjoni; kif ukoll |
PCS ≤ 3,0 MJkg-1 (1); kif ukoll PCS ≤ 4,0 MJm-2 (2); kif ukoll PCS ≤ 4,0 MJm-2 (4); kif ukoll PCS ≤ 3,0 MJkg-1 (5). |
|
|
|
Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq). |
FIGRA0,2MJ ≤ 120 Ws-1; kif ukoll LFS < tarf tal-kampjun; kif ukoll THR600s ≤ 7,5 MJ. |
Produzzjoni tad-duħħan (6); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (7). |
|
|
B |
Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq; kif ukoll |
FIGRA0,2MJ ≤ 120 Ws-1; kif ukoll LFS < tarf tal-kampjun; kif ukoll THR600s ≤ 7,5 MJ. |
Produzzjoni tad-duħħan (6); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (7). |
|
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 30 s. |
Fs ≤ 150 mm f’60 s. |
||
|
C |
Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq; kif ukoll |
FIGRA0,4MJ ≤ 250 Ws-1; kif ukoll LFS < tarf tal-kampjun; kif ukoll THR600s ≤ 15 MJ. |
Produzzjoni tad-duħħan (6); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (7). |
|
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 30 s. |
Fs ≤ 150 mm f’60 s. |
||
|
D |
Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq; kif ukoll |
FIGRA0,4MJ ≤ 750 Ws-1. |
Produzzjoni tad-duħħan (6); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (7). |
|
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 30 s. |
Fs ≤ 150 mm f’60 s. |
||
|
E |
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 15 s. |
Fs ≤ 150 mm f’20 s. |
Qtar/partikoli li jaqbdu (9) |
|
F |
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 15 s. |
Fs > 150 mm f’20 s. |
|
|
(1)
Għal prodotti omoġenji u komponenti sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(2)
Għal kull komponent estern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(3)
Jew inkella, kwalunkwe komponent estern mhux sostanzjali li jkollu PCS ≤ 2,0 MJm-2, dment li l-prodott jissodisfa l-kriterji li gejjin ta’ Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq: FIGRA ≤ 20 Ws-1; u LFS < tarf tal-kampjun; u THR600s ≤ 4,0 MJ; u s1; u d0.
(4)
Għal kull komponent intern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(5)
Għall-prodott kollu kemm hu.
(6)
s1 = SMOGRA ≤ 30 m2s-2 u TSP600s ≤ 50 m2; s2 = SMOGRA ≤ 180 m2s-2 u TSP600s ≤ 200 m2; s3 = mhux s1 jew s2.
(7)
d0 = mingħajr qtar/partikoli li jaqbdu f’test b’oġġett wieħed li jinħaraq fi żmien 600 s; d1 = mingħajr qtar/partikoli li jippersistu għal aktar minn 10 s f’test b’oġġett wieħed li jinħaraq fi żmien 600 s; d2 = mhux d0 jew d1; It-tqabbid tal-karta fir-riżultati tat-test tal-fjammabbiltà fil-klassifikazzjoni d2.
(8)
F’kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer.
(9)
Il-karta ma taqbadx = m’hemmx klassifikazzjoni addizzjonali; It-tqabbid tal-karta = klassifikazzjoni d2. |
|||
2. pavimenti
Tabella 2
|
Klassi |
Metodu/metodi ta’ ttestjar |
Kriterji ta’ klassifikazzjoni |
Klassifikazzjoni ulterjuri |
|
A1FL |
Test tan-non-kombustibbiltà (1); kif ukoll |
ΔΤ ≤ 30 °C; kif ukoll Δm ≤ 50 %; kif ukoll tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad). |
|
|
Test tas-sħana tal-kombustjoni. |
PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (1); kif ukoll PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (2); kif ukoll PCS ≤ 1,4 MJm-2 (3); kif ukoll PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (4). |
|
|
|
A2FL |
Test tan-non-kombustibbiltà (1); jew |
ΔΤ ≤ 50 °C; kif ukoll Δm ≤ 50 %; kif ukoll tf ≤ 20 s. |
|
|
Test tas-sħana tal-kombustjoni; kif ukoll |
PCS ≤ 3,0 MJkg-1 (1); kif ukoll PCS ≤ 4,0 MJm-2 (2); kif ukoll PCS ≤ 4,0 MJm-2 (3); kif ukoll PCS ≤ 3,0 MJkg-1 (4). |
|
|
|
Determinazzjoni tal-imġiba tal-ħruq bl-użu ta’ test tas-sors tas-sħana radjanti (5). |
Fluss kritiku (6) ≥ 8,0 kWm-2. |
Produzzjoni tad-duħħan (7). |
|
|
BFL |
Determinazzjoni tal-imġiba tal-ħruq bl-użu ta’ test tas-sors tas-sħana radjanti (5); kif ukoll |
Fluss kritiku (6) ≥ 8,0 kWm-2. |
Produzzjoni tad-duħħan (7). |
|
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 15 s. |
Fs ≤ 150 mm f’20 s. |
||
|
CFL |
Determinazzjoni tal-imġiba tal-ħruq bl-użu ta’ test tas-sors tas-sħana radjanti (5); kif ukoll |
Fluss kritiku (6) ≥ 4,5 kWm-2. |
Produzzjoni tad-duħħan (7). |
|
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 15 s. |
Fs ≤ 150 mm f’20 s. |
||
|
DFL |
Determinazzjoni tal-imġiba tal-ħruq bl-użu ta’ test tas-sors tas-sħana radjanti (5); kif ukoll |
Fluss kritiku (6) ≥ 3,0 kWm-2. |
Produzzjoni tad-duħħan (7). |
|
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 15 s. |
Fs ≤ 150 mm f’20 s. |
||
|
EFL |
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 15 s. |
Fs ≤ 150 mm f’20 s. |
|
|
FFL |
Test tal-fjammabbiltà (8): Esponiment = 15 s. |
Fs > 150 mm f’20 s. |
|
|
(1)
Għal prodotti omoġenji u komponenti sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(2)
Għal kull komponent estern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(3)
Għal kull komponent intern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(4)
Għall-prodott kollu kemm hu.
(5)
Tul ta’ ħin tat-test = 30 minuta.
(6)
Il-fluss kritiku huwa ddefinit bħala l-fluss radjanti li fih il-fjamma tintefa jew il-fluss radjanti wara perjodu ta’ test ta’ 30 minuta, liema minnhom ikun l-aktar baxx (jiġifieri l-fluss korrispondenti mal-limitu l-aktar ’il-bogħod tat-tixrid tal-fjamma).
(8)
F’kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer. |
|||
3. Prodotti ta’ iżolazzjoni tal-pajpijiet lineari
Tabella 3
|
Klassi |
Metodu/metodi ta’ ttestjar |
Kriterji ta’ klassifikazzjoni |
Klassifikazzjoni ulterjuri |
|
A1L |
Test tan-non-kombustibbiltà (1); kif ukoll |
ΔΤ ≤ 30 °C; kif ukoll Δm ≤ 50 %; kif ukoll tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad). |
|
|
Test tas-sħana tal-kombustjoni. |
PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (1); kif ukoll PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (2); kif ukoll PCS ≤ 1,4 MJm-2 (3); kif ukoll PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (4). |
|
|
|
A2L |
Test tan-non-kombustibbiltà (1); jew |
ΔΤ ≤ 50 °C; kif ukoll Δm ≤ 50 %; kif ukoll tf ≤ 20 s. |
|
|
Test tas-sħana tal-kombustjoni; kif ukoll |
PCS ≤ 3,0 MJkg-1 (1); kif ukoll PCS ≤ 4,0 MJm-2 (2); kif ukoll PCS ≤ 4,0 MJm-2 (3); kif ukoll PCS ≤ 3,0 MJkg-1 (4). |
|
|
|
Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq. |
FIGRA0,2MJ ≤ 270 Ws-1; kif ukoll LFS < tarf tal-kampjun; kif ukoll THR600s ≤ 7,5 MJ. |
Produzzjoni tad-duħħan (5); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (6). |
|
|
BL |
Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq; kif ukoll |
FIGRA0,2MJ ≤ 270 Ws-1; kif ukoll LFS < tarf tal-kampjun; kif ukoll THR600s ≤ 7,5 MJ. |
Produzzjoni tad-duħħan (5); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (6). |
|
Test tal-fjammabbiltà (7): Esponiment = 30 s. |
Fs ≤ 150 mm f’60 s. |
||
|
CL |
Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq; kif ukoll |
FIGRA0,2MJ ≤ 460 Ws-1; kif ukoll LFS < tarf tal-kampjun; kif ukoll THR600s ≤ 15 MJ. |
Produzzjoni tad-duħħan (5); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (6). |
|
Test tal-fjammabbiltà (7): Esponiment = 30 s. |
Fs ≤ 150 mm f’60 s. |
||
|
DL |
Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq; kif ukoll |
FIGRA0,4MJ ≤ 2 100 Ws-1; kif ukoll THR600s ≤ 100 MJ. |
Produzzjoni tad-duħħan (5); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (6). |
|
Test tal-fjammabbiltà (7): Esponiment = 30 s. |
Fs ≤ 150 mm f’60 s. |
||
|
EL |
Test tal-fjammabbiltà (7): Esponiment = 15 s. |
Fs ≤ 150 mm f’20 s. |
Qtar/partikoli li jaqbdu (8). |
|
FL |
Test tal-fjammabbiltà (7): Esponiment = 15 s. |
Fs > 150 mm f’20 s. |
|
|
(1)
Għal prodotti omoġenji u komponenti sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(2)
Għal kull komponent estern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(3)
Għal kull komponent intern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.
(4)
Għall-prodott kollu kemm hu.
(5)
s1 = SMOGRA ≤ 105 m2s-2 u TSP600s ≤ 250 m2; s2 = SMOGRA ≤ 580 m2s-2 u TSP600s ≤ 1 600 m2; s3 = mhux s1 jew s2.
(6)
d0 = mingħajr qtar/partikoli li jaqbdu f’test b’oġġett wieħed li jinħaraq fi żmien 600 s; d1 = mingħajr qtar/partikoli li jippersistu għal aktar minn 10 s f’test b’oġġett wieħed li jinħaraq fi żmien 600 s; d2 = mhux d0 jew d1; It-tqabbid tal-karta fir-riżultati tat-test tal-fjammabbiltà fil-klassifikazzjoni d2.
(7)
F’kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer.
(8)
Il-karta ma taqbadx = m’hemmx klassifikazzjoni addizzjonali; It-tqabbid tal-karta = klassifikazzjoni d2. |
|||
4. Kejbils tal-elettriku
Tabella 4
|
Klassi |
Metodu/metodi ta’ ttestjar |
Kriterji ta’ klassifikazzjoni |
Klassifikazzjoni ulterjuri |
|
Aca |
Test tas-sħana tal-kombustjoni. |
PCS ≤ 2,0 MJkg-1 (1). |
|
|
B1ca |
L-imġiba tal-ħruq u l-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 30 kW); kif ukoll |
FS ≤ 1,75 m; kif ukoll THR1200s ≤ 10 MJ kif ukoll L-ogħla HRR ≤ 20 kW kif ukoll FIGRA ≤ 120 Ws-1. |
Produzzjoni tad-duħħan (2) (3); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (4); kif ukoll Aċidità (pH u konduttività) (5). |
|
Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed. |
H ≤ 425 mm. |
||
|
B2ca |
L-imġiba tal-ħruq u l-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 20,5 kW); kif ukoll |
FS ≤ 1,5 m; kif ukoll THR1200s ≤ 15 MJ kif ukoll L-ogħla HRR ≤ 30 kW kif ukoll FIGRA ≤ 150 Ws-1. |
Produzzjoni tad-duħħan (2) (6); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (4); kif ukoll Aċidità (pH u konduttività) (5). |
|
Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed. |
H ≤ 425 mm. |
||
|
Cca |
L-imġiba tal-ħruq u l-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 20,5 kW); kif ukoll |
FS ≤ 2,0 m; kif ukoll THR1200s ≤ 30 MJ; kif ukoll L-ogħla HRR ≤ 60 kW; kif ukoll FIGRA ≤ 300 Ws-1. |
Produzzjoni tad-duħħan (2) (6); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (4); kif ukoll Aċidità (pH u konduttività) (5). |
|
Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed. |
H ≤ 425 mm. |
||
|
Dca |
L-imġiba tal-ħruq u l-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 20,5 kW); kif ukoll |
THR1200s ≤ 70 MJ; kif ukoll L-ogħla HRR ≤ 400 kW; kif ukoll FIGRA ≤ 1 300 Ws-1. |
Produzzjoni tad-duħħan (2) (6); kif ukoll Qtar/partikoli li jaqbdu (4); kif ukoll Aċidità (pH u konduttività) (5). |
|
Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed. |
H ≤ 425 mm. |
||
|
Eca |
Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed. |
H ≤ 425 mm. |
|
|
Fca |
Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed. |
H > 425 mm. |
|
|
(1)
Għall-prodott kollu kemm hu, għajr materjali metalliċi, u għal kwalunkwe komponent estern (jiġifieri qoxra ta’ barra) tal-prodott.
(2)
s1 = TSP1200 ≤ 50 m2 u l-ogħla SPR ≤ 0,25 m2/s; s1a = s1 u trażmittanza skont il-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-ħruq tal-kejbil ≥ 80 %; s1b = s1 u trażmittanza skont il-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-ħruq tal-kejbil ≥ 60 % < 80 %; s2 = TSP1200 ≤ 400 m2 u l-ogħla SPR ≤ 1,5 m2/s; s3 = mhux s1 jew s2.
(3)
Il-klassi tad-duħħan iddikjarata għall-kejbils tal-klassi B1ca trid toriġina mill-Imġiba tal-ħruq u mill-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 30 kW).
(4)
d0 = mingħajr qtar/partikoli li jaqbdu f’1 200 s; d1 = mingħajr qtar/partikoli li jaqbdu għal tul ta’ ħin ta’ aktar minn 10 s f’1 200 s; d2 = mhux d0 jew d1.
(5)
L-aċidità tal-gassijiet prodotti mit-test tal-ħruq tal-kejbils: a1 = konduttività < 2,5 μS/mm u pH > 4,3; a2 = konduttività < 10 μS/mm u pH > 4,3; a3 = mhux a1 jew a2.
(6)
Il-klassi tad-duħħan iddikjarata għall-kejbils tal-klassi B2ca, Cca, Dca trid toriġina mill-Imġiba tal-ħruq u mill-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 20,5 kW). |
|||