<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-373/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CO0373</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:88">EU:C:2019:88</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal‑<DATE ISO="20190131">31.1.2019</DATE> – Kawża C‑373/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Prosa</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190131">31 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 69/335/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 4 u 7</KEYWORD><KEYWORD>Kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa tal-boll fis-seħħ fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE></KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija sussegwenti ta’ din it-taxxa tal-boll, u introduzzjoni mill-ġdid tagħha</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑373/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Penafiel, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Prosa — Produtos e Serviços Agrícolas SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autoridade Tributária e Aduaneira,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas‑<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE> li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 11), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE tal‑<DATE ISO="19850610">10 ta’ Ġunju 1985</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Prosa – Produtos e Serviços Agrícolas SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Prosa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Fazenda Pública (it-Teżor Pubbliku, il-Portugall) dwar il-ħlas ta’ taxxa tal-boll applikabbli għall-atti kostituttivi ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel premessa tagħha, id-Direttiva 69/335 kellha bħala għan li tippromwovi l-moviment liberu tal-kapital, meqjus li huwa libertà fundamentali essenzjali għall-ħolqien ta’ suq intern. Għal dan il-għan, kif jirriżulta mis-sitt sat-tmien premessi tagħha, din id-direttiva fittxet li tarmonizza t-taxxa li għaliha huma suġġetti l-kontribuzzjonijiet ta’ kumpanniji fl-Unjoni Ewropea billi tiġi stabbilita taxxa waħda fuq il-ġbir tal-kapital li jista’ jiġi applikat biss darba waħda fis-suq intern u billi titneħħa kull taxxa indiretta oħra li jkollha l-istess karatteristiċi ta’ din it-taxxa unika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 69/335 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-Istati Membri għandhom jimponu ħlas fuq il-kontribuzzjonijiet ta’ kapital lil kumpanniji ta’ kapital taxxa armonizzata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 sa 9 u hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>dazju kapitali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva 85/303 wettqet ċerti emendi sostanzjali għad-Direttiva 69/335, b’mod partikolari għall-Artikolu 4(2) u għall-Artikolu 7 tagħha. It-tieni u t-tielet premessa tad-Direttiva 85/303 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Billi l-effetti komuni tad-dazju kapitali huma ta’ ħsara għar-ragruppament u l-iżvilupp ta’ intrapriżi; billi dawn l-effetti huma partikolarment ta’ ħsara fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti fejn hemm bżonn importanti li għandha tingħata prijorità lill-istimulazzjoni ta’ l-investiment;</P></CONSID><CONSID><P>Billi l-aħjar soluzzjoni sabiex jintlaħqu dawn l-oġġettivi tkun li jitneħħew dazju kapitali; billi, madankollu, it-telf ta’ dħul li sussegwentement jirriżulta minn din il-miżura m’huwiex aċċettabbli għal ċerti Stati Membri; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-opportunità li jkunu jistgħu jeżentaw minn jew bla ħsara għad-dazju kapitali kull jew parti mit-transazzjonijiet li jsiru fi ħdanha, ħalli jkun mifhum li rata waħda ta’ taxxa trid tiġi debitata f’wieħed u l-istess Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva 69/335, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva 85/303 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Direttiva 69/335<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-operazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għad-dazju kapitali:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-formazzjoni ta’ kumpannija kapitali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>żieda fil-kapital ta’ kumpannija kapitali bil-kontribuzzjoni ta’ assi ta’ kull tip<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 69/335:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżentaw mid-dazju kapitali transazzjonijiet, barra dawk li għalihom saret referenza fl-Artikolu 9, li huma sal‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, eżenti jew intaxxati b’kull rata ta’ 0,50 % jew inqas.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>L-eżenzjoni għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li kienu applikabbli, f’dik id-data, għall-għoti ta’ l-eżenzjoni jew, skond kif inhu l-każ, għal imposizzjoni ta’ rata ta’ 0,50 % jew inqas.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jew jeżentaw mid-dazju kapitali kull transazzjoni barra dawk li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1, jew iżżomm dazju fuqhom b’rata waħda li ma taqbiżx il‑1 %.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 85/303 ġie stabbilit għall‑<DATE ISO="19860101">1 ta’ Jannar 1986</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 69/335 tħassret bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="046" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 46, p. 11</REF.DOC.OJ>). Madankollu dan it-tħassir seħħ wara li seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 155(b) tal-Código do Imposto de Selo (il-Kodiċi tat-Taxxa tal-Boll), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, kien jipprevedi li l-kostituzzjoni ta’ kumpanniji b’kapital azzjonarju kienet suġġetta għat-taxxa tal-boll bir-rata ta’ 1 % tal-kapital azzjonarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 150/99 li temenda l-imsemmi kodiċi, tal‑<DATE ISO="19990911">11 ta’ Settembru 1999</DATE>, eżentat din it-tranżazzjoni mit-taxxa tal-boll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Hija reġgħet ġiet suġġetta għat-taxxa tal-boll, bir-rata ta’ 0.4 %, bis-saħħa tal-paragrafu 26.1 tat-Tabela Geral do Imposto de Selo (it-Tariffa Ġenerali dwar it-Taxxa tal-Boll), kif emendata bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 322‑B/2001 tal‑<DATE ISO="20011214">14 ta’ Diċembru 2001</DATE>, li daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ att notarili tad‑<DATE ISO="20041029">29 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Prosa ġiet ikkostitwita bħala kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata b’kapital ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>, kompletament imħallas fi flus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’din l-okkażjoni, hija kellha tħallas taxxa tal-boll fl-ammont ta’ EUR 200, konformement mal-leġiżlazzjoni msemmija fil-punt 12 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Prosa kkontestat l-att ta’ likwidazzjoni ta’ din it-taxxa tal-boll quddiem it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel (it-Tribunal Amministrattiv u Fiskali ta’ Penafiel, il-Portugall), billi sostniet, essenzjalment, li dan kien imur kontra l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Billi bbażat ruħha fuq is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Optimus – Telecomunicações</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑366/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:366">EU:C:2007:366</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Prosa sostniet, b’mod iktar partikolari, li l-obbligu previst minn din id-dispożizzjoni jipprekludi li r-Repubblika Portugiża tintaxxa l-att kostituttiv ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, peress li, għalkemm fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, jiġifieri fid-data li għaliha l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 jirreferi, il-leġiżlazzjoni Portugiża ma eżentatx it-tranżazzjoni tal-kostituzzjoni ta’ tali kumpannija mit-taxxa tal-boll, minn dakinhar, il-leġiżlazzjoni Portugiża eżentat din it-tranżazzjoni mit-taxxa tal-boll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Awtorità Fiskali u Doganali tqis, bil-kontra, li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 jeżiġi biss li l-Istati Membri għandhom jeżentaw mid-dazju fuq il-kapital dawk it-tranżazzjonijiet li, fid-data tal‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, ġew eżentati jew intaxxati b’rata ta’ 0.5 % jew inqas. Issa, dan ma huwiex il-każ<?PAGE NO="4"?> fir-rigward tat-tranżazzjoni ta’ kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju li, fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, ġarrbet taxxa tal-boll. Għaldaqstant, hija tqis li xejn ma kien jipprekludi lir-Repubblika Portugiża li terġa’ tintroduċi tali taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Awtorità Fiskali u Doganali tispeċifika li, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Optimus – Telecomunicações</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑366/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:366">EU:C:2007:366</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), it-tranżazzjoni inkwistjoni, jiġifieri żieda ta’ kapital, kienet eżentata mit-taxxa tal-boll fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, filwaqt li l-kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju ma kinitx. Skont hija, din il-ġurisprudenza ma hijiex applikabbli għall-fatti ta’ dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li qieset li hija meħtieġa interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 sabiex taqta’ t-tilwima li għandha quddiemha, it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Penafiel) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-paragrafu 26.1 tat-Tariffa Ġenerali relatata mat-Taxxa tal-Boll, skont il-verżjoni emendata [bid]-Digriet Liġi Nru 322‑B/2001 tal‑14 ta’ Diċembru, sa fejn dan jipprevedi l-applikazzjoni tat-Taxxa tal-Boll fil-kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju (kumpannija b’responsabbiltà limitata), li l-kapital azzjonarju tagħha jitħallas kollu kemm hu fi flus, jikser l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva […] 69/335/KEE?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għad-domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’din il-kawża hemm lok li tiġi applikata din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha Stat Membru introduċa mill-ġdid taxxa tal-boll fuq tranżazzjonijiet ta’ kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, li kienu suġġetti għal tali taxxa fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, iżda li, sussegwentement, kienu ġew eżentati minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet tissuġġetta l-kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għal taxxa tal-boll b’rata ta’ 1 %. Wara li ġie rrinunzjat il-ġbir ta’ dan id-dazju fuq il-kapital matul is-sena 1991, dan id-dazju ġie introdott mill-ġdid bir-rata ta’ 0.40 % mill‑<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, permezz tal-leġiżlazzjoni li l-kompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni qiegħda tiġi kkontestata mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttiva 69/335 hija intiża sabiex tillimita, jew tħassar, id-dazju fuq il-kapital, u li huwa biss għal raġunijiet ta’ diffikultajiet baġitarji li kien ikollhom jiffaċċjaw, fil-każ tat-tneħħija tad-dazju fuq il-kapital, li l-Istati Membri li ma rrinunzjawx għall-ġbir tiegħu setgħu jżommu tali dazju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1754">EU:C:2014:1754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li r-riferiment għad-data tal‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, li sar fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, ma jistax jikkostitwixxi għall-Istati Membri li, f’din id-data, ikunu ssuġġettaw it-tranżazzjonijiet inkwistjoni għal dritt fuq il-kapital għal rata ogħla minn 0.50 %, awtorizzazzjoni ta’ introduzzjoni mill-ġdid ta’ tali dazju wara li dawn ikunu rrinunzjaw għaliha. Fil-fatt, ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li d-dazju fuq il-kapital jitħassar, filwaqt li l-possibbiltà li dan jinżamm kienet biss eċċezzjoni motivata mill-biża’ ta’ telf ta’ dħul mill-Istati Membri. Għalhekk, anki jekk it-telf ta’ dħul baġitarju seta’ jiġġustifika ż-żamma tad-dazju fuq il-kapital lil hinn mill‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, fil-limiti esposti fl-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva, dan ma setax jiġġustifika l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ tali dazju (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1754">EU:C:2014:1754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’din il-kawża, id-domanda magħmula hija differenti minn dik li lilha l-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑377/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1754">EU:C:2014:1754</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) minħabba l-fatt li d-dazju fuq il-kapital inkwistjoni ma japplikax għaż-żieda fil-kapital azzjonarju ta’ kumpannija iżda għall-kostituzzjoni ta’ tali kumpannija, li huma t-tranżazzjonijiet imsemmija rispettivament taħt l-Artikolu 4(1)(ċ) u l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 69/335. Issa, tali differenza ma hijiex ta’ natura li twassal lill-Qorti tal-Ġustizzja teskludi l-interpretazzjoni li hija tat fl-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-obbligi li jirriżultaw, għall-Istati Membri, mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 69/335, b’mod partikolari dak imsemmi fil-punt 25 ta’ dan id-digriet, jikkonċernaw kull tranżazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva u, għaldaqstant, kull tranżazzjoni li taqa’ taħt l-Artikolu 4 tagħha (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1754">EU:C:2014:1754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikoli 4(1)(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha Stat Membru jkun introduċa mill-ġdid dazju fuq il-kapital fuq tranżazzjonijiet ta’ kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju taħt l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li kienu suġġetti għal tali dazju fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, iżda li, sussegwentement, ikunu ġew eżentati minnha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 4(1)(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas‑<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE> li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva 85/303/KEE tal‑<DATE ISO="19850610">10 ta’ Ġunju 1985</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha Stat Membru jkun introduċa mill-ġdid dazju fuq il-kapital fuq tranżazzjonijiet ta’ kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju taħt l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li kienu suġġetti għal tali dazju fl‑<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, iżda li, sussegwentement, ikunu ġew eżentati minnha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>