|
6.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1204
tal-5 ta' Lulju 2017
li jikkoreġi l-verżjoni Slovakka tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Parti III tal-Anness I tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Slovakka tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 (2) fiha żball fl-Artikolu 1(2), fejn il-kelma “sakemm” bi żball ġiet tradotta bħala “jekk”, u b'hekk it-tifsira li twassal hija l-kuntrarju ta' dik intenzjonata. Għalhekk jeħtieġ li tiġi kkoreġuta l-verżjoni bil-lingwa Slovakka tar-Regolament. Il-verżjonijiet bil-lingwi kollha l-oħra ma jintlaqtux. |
|
(2) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 għandu jiġi kkoreġut skont dan, |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62).