European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/221

15.1.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/221

tat-12 ta’ Jannar 2024

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ pollam għas-simna, għall-ispeċijiet kollha ta’ pollam tal-bajd u għall-qżieqeż tal-ftama (detentur tal-awtorizzazzjoni: DSM Nutritional Products) u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 403/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, kif ukoll ir-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-pollam għas-simna u tal-bajd u għall-qżieqeż tal-ftama permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 403/2013 (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, bħala addittiv tal-għalf. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Mejju 2023 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, għadha sikura għall-pollam għas-simna u tal-bajd u għall-qżieqeż tal-ftama, għall-konsumaturi u għall-ambjent fil-kundizzjonijiet tal-użu li huma awtorizzati bħalissa. Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, jenħtieġ li titqies bħala sensitizzatur respiratorju potenzjali. Fin-nuqqas ta’ data l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-potenzjal ta’ dik il-preparazzjoni li tikkawża irritazzjoni tal-ġilda u tal-għajnejn jew sensitizzazzjoni dermali. Indikat ukoll li ma hemmx bżonn li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, fil-kuntest tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità ma kinitx tal-fehma li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(6)

Bħala konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 403/2013.

(7)

Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, jixraq li jiġi previst perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, tal-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 403/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 403/2013 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jitħassar;

2.

l-Anness jitħassar.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dik il-preparazzjoni, li jiġi prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Frar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Frar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Frar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 403/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo–1,4 beta-ksilanażi, endo–1,3(4) -beta-glukanażi u l-endo–1,4-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC 74444) bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tal-irziezet għas-simna u biex ibidu u għall-ħnienes miftuma u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 1206/2005 u (KE) Nru 1876/2006 (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products) (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 26).

(3)   EFSA Journal 2023;21(6):8043.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a1602i

DSM Nutritional Products

Endo–1,4- beta-ksilanażi

(EC 3.2.1.8)

Endo–1,3(4)- beta-glukanażi

(EC 3.2.1.6)

Endo–1,4- beta-glukanażi

(EC 3.2.1.4)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, endo–1,3(4)-beta-glukanażi u endo–1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC 74444, li għandha attività minima ta’:

—

Endo–1,4-beta-ksilanażi 2 700  U (1)/ml jew g addittiv

—

Endo–1,3(4)-beta-glukanażi: 700 U (2)/ml jew g addittiv

—

Endo–1,4-beta-glukanażi 800 U (3)/ml jew g addittiv

Forma likwida jew solida.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo–1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8), endo–1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) u endo–1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4), prodotti mit-Trichoderma reesei ATCC 74444

Metodu analitiku  (4)

—

Għad-determinazzjoni tal-endo–1,4-beta-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf: il-metodu kolorimetriku (DNS) ibbażat fuq l-idroliżi enzimatika tas-sottostrat tal-arabinoksilan tal-qamħ.

—

Għad-determinazzjoni tal-endo–1,3(4)-beta-glukanażi fl-addittiv tal-għalf: il-metodu kolorimetriku (DNS) ibbażat fuq l-idroliżi enzimatika tas-sottostrat tal-betaglukan tax-xgħir.

—

Għad-determinazzjoni tal-endo–1,4-beta-glukanażi fl-addittiv tal-għalf: il-metodu kolorimetriku (DNS) ibbażat fuq l-idroliżi enzimatika tas-sottostrat tal-karbossi-metil-ċelluloża.

—

Għad-determinazzjoni tal-endo–1,4-beta-ksilanażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika fuq is-sottostrat tal-ażo-ksilan (injam tal-betula).

—

Għad-determinazzjoni tal-endo–1,3(4)-beta-glukanażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika fuq is-sottostrat tal-ażo-xgħir-glukan.

—

Għad-determinazzjoni tal-endo–1,4-beta-glukanażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tas-sottostrat tal-ażo-karbossi-metil-ċelluloża.

L-ispeċijiet kollha tal-pollamgħas-simna għajr id-dundjani għas-simna

—

Endo–1,4-beta-ksilanażi: 135 U

Endo–1,3(4)-beta-glukanażi: 35 U

Endo–1,4-beta-glukanażi: 40 U

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

L-4 ta’ Frar 2034

L-ispeċijiet kollha tal-pollam għall-bajd

Endo–1,4-beta-ksilanażi: 216 U

Endo–1,3(4)-beta-glukanażi: 56 U

Endo–1,4-beta-glukanażi: 64 U

Dundjani għat-tismin

Qżieqeż (miftuma)

Endo–1,4-beta-ksilanażi: 270 U

Endo–1,3(4)-beta-glukanażi: 70 U

Endo–1,4-beta-glukanażi: 80 U


(1)  Unità (U) waħda ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi hija l-ammont ta’ enzimi li jillibera 1 mikromol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti ta’ ksilożju) fil-minuta mill-arabinoksilan tal-qamħ f’pH ta’ 5,0 u f’40 °C.

(2)  Unità (U) waħda ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi hija l-ammont ta’ enzimi li jillibera 1 mikromol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti ta’ glukożju) fil-minuta mill-beta-glukan tax-xgħir f’pH ta’ 5,0 u f’40 °C.

(3)  Unità (U) waħda ta’ endo-1,4-beta-glukanażi hija l-ammont ta’ enzimi li jillibera 1 mikromol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti ta’ glukożju) fil-minuta mil-karbossi-metil-ċelluloża f’pH ta’ 5,0 u f’40 °C.

(4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/221/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)