22.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/666

tat-12 ta’ April 2022

li taħtar żewġ membri u ħames membri supplenti, proposti mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġew proposti għall-ħatra s-Sur Fernando Medina Maciel ALMEIDA CORREIA u s-Sur José Maria DA CUNHA COSTA.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan is-Sur Pedro Miguel AMARO DE BETTENCOURT CALADO, is-Sur Rui Miguel DA SILVA ANDRÉ, is-Sur Luís Manuel DOS SANTOS CORREIA u s-Sur Paulo Jorge FRAZÃO BATISTA DOS SANTOS ġew proposti għall-ħatra.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Luís Miguel CORREIA ANTUNES bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

(6)

Il-Gvern Portugiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Luís Miguel CORREIA ANTUNES, Presidente da Câmara Municipal da Lousã (Sindku ta’ Lousã), u s-Sur José Manuel PEREIRA RIBEIRO, Presidente da Câmara Municipal de Valongo (Sindku ta’ Valongo).

(7)

Il-Gvern Portugiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Pedro Alexandre ANTUNES FAUSTINO PIMPÃO DOS SANTOS, Presidente da Câmara Municipal de Pombal (Sindku ta’ Pombal), is-Sur Rogério Conceição BACALHAU COELHO, Presidente da Câmara Municipal de Faro (Sindku ta’ Faro), is-Sur Gonçalo Nuno BÉRTOLO GORDALINA LOPES, Presidente da Câmara Municipal de Leiria (Sindku ta’ Leiria), is-Sur Rogério DE ANDRADE GOUVEIA, Secretário Regional das Finanças do Governo Regional da Madeira (Segretarju Reġjonali tal-Finanzi tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira), u s-Sur Luís Carlos PITEIRA DIAS, Presidente da Câmara Municipal de Vendas Novas (Sindku ta’ Vendas Novas),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali jew reġjonali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

—

is-Sur Luís Miguel CORREIA ANTUNES, Presidente da Câmara Municipal da Lousã (Sindku ta’ Lousã),

—

is-Sur José Manuel PEREIRA RIBEIRO, Presidente da Câmara Municipal de Valongo (Sindku ta’ Valongo),

u

(b)

bħala membri supplenti:

—

is-Sur Pedro Alexandre ANTUNES FAUSTINO PIMPÃO DOS SANTOS, Presidente da Câmara Municipal de Pombal (Sindku ta’ Pombal),

—

is-Sur Rogério Conceição BACALHAU COELHO, Presidente da Câmara Municipal de Faro (Sindku ta’ Faro),

—

is-Sur Gonçalo Nuno BÉRTOLO GORDALINA LOPES, Presidente da Câmara Municipal de Leiria (Sindku ta’ Leiria),

—

is-Sur Rogério DE ANDRADE GOUVEIA, Secretário Regional das Finanças do Governo Regional da Madeira (Segretarju Reġjonali tal-Finanzi tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira),

—

is-Sur Luís Carlos PITEIRA DIAS, Presidente da Câmara Municipal de Vendas Novas (Sindku ta’ Vendas Novas).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).