|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1002 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Lulju 2006
li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettalljata bil-ħsieb ta' l-inklużjoni possibbli tal-metaflumizone fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3238)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/517/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fuq fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni ta' pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 9/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta' lista tal-Komunità ta' sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti. |
|
(2) |
Tressaq dossier għas-sustanza attiva metaflumizone mill-BASF Agro S.A.S. lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fid-29 ta' Marzu 2005 ma' applikazzjoni sabiex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, id-dossier għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa l-ħtiġijiet tad-data u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossier li tressaq jidher li laħaq il-kriterji tat-tagħrif stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE dwar prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih hemm is-sustanza attiva kkonċernata. F' konformità ma l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier kien tressaq sussegwentament mill-applikant għand il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn, u kien referut lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
|
(4) |
Permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fuq livell Komunitarju li d-dossier għandu jitqies li fil-prinċipju huwa f' konformità mal-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, mal-kundizzjonijiet stipolati fl-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant jissottometti aktar data jew informazzjoni sabiex jiċċara ċerti punti fid-dossier. |
|
(6) |
Il-miżuri stipolati f'din id-Deċiżjoni huma f' konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-viżjoni li tinkiseb l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness I ma' dik id-Direttiva, għandu jissodisfa fil-prinċipju l-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness II ma' dik id-Direttiva.
Id-dossier jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness III ma' dik id-Direttiva fir-rigward ta' prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.
Artikolu 2
L-Istat Membru rapporteur għandu jsegwi l-eżaminazzjoni fil-fond tad-dossier ikkonċernat u għandu jirrapporta l-konklużjonijiet mill-eżaminazzjoni tiegħu flimkien ma' xi rakkomandazzjonijiet għall-inklużjoni jew le fl-Anness I mad-Direttiva 91/44/KEE tas-sustanza attiva kkonċernata u kull kundizzjoni relatata magħhom lill-Kummissjoni Ewropea malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn perjodu ta' sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta' Lulju 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/45/KE (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 27).
ANNESS
Stabbilimenti tal-Laħam
|
Nru |
Isem Komuni, Numru ta' l-Identifikazzjoni CIPAC |
Applikant |
Data ta' l-applikazzjoni |
Stat Membru Rapporteur |
|
1 |
Metaflumizone CIPAC-No.: 779 |
BASF Agro S.A.S. |
29.3.2005 |
UK |