|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2649 |
11.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2649
tal-10 ta’ Ottubru 2024
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1773 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1773 (2) fiha żball fit-Taqsima 1, il-punt 39 fl-Anness II fir-rigward tat-tip ta’ gass definit. It-terminu żbaljat, li jindika tip ieħor ta’ gass kopert ukoll minn dak ir-Regolament, intuża kull darba li t-terminu definit jokkorri fl-Annessi II, III u IV. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1773 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-CBAM, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1773, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1773 tas-17 ta’ Awwissu 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni (ĠU L 228, 15.9.2023, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1773/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2649/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)