European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/203

30.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/203

tat-28 ta’ Jannar 2025

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, Highly Pathogenic Avian Influenza) fil-pollam fil-provinċja ta’ British Columbia, li ġiet ikkonfermata fil-31 ta’ Diċembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar ħames tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontej ta’ East Sussex, Lincolnshire, Norfolk, North Yorkshire u Shropshire, l-Ingilterra, li ġew ikkonfermati fis-17 ta’ Jannar 2025 u fil-21 ta’ Jannar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 21 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ California (1), Florida (2), Georgia (1), Indiana (2), Maryland (2), Missouri (1), Minnesota (1), New York (1), Oregon (1) u Ohio (9), li ġew ikkonfermati bejn id-9 ta’ Jannar 2025 u s-17 ta’ Jannar 2025 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(10)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat reċenti jenħtieġ li jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(11)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(12)

L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ seba’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-Istati ta’ California u Washington, li ġew ikkonfermati bejn il-15 ta’ Ottubru 2024 u l-14 ta’ Novembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

L-Istati Uniti ppreżentaw ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-HPAI, l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Uniti, u jidhrilha li dawn ipprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex ikunu jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(16)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Istati Uniti, jenħtieġ li l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela li ġejja għaż-żona CA-2.254 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona CA-2.253:

“CA

Il-Kanada

CA-2.254

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

31.12.2024”

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.343 sa GB-2.347 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.342:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.343

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

17.1.2025

 

GB-2.344

N, P1

 

17.1.2025

 

GB-2.345

N, P1

 

17.1.2025

 

GB-2.346

N, P1

 

20.1.2025

 

GB-2.347

N, P1

 

21.1.2025”

 

(iii)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.684 u US-2.685 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.684

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

15.10.2024

22.12.2024

US-2.685

N, P1

 

16.10.2024

22.12.2024”

(iv)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.687, US-2.688 u US-2.689 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.687

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

24.10.2024

10.12.2024

US-2.688

N, P1

 

29.10.2024

28.12.2024

US-2.689

N, P1

 

29.10.2024

30.12.2024”

(v)

ir-ringieli għaż-żona US-2.691 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.691

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.10.2024

30.12.2024”

(vi)

ir-ringieli għaż-żona US-2.699 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.699

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

14.11.2024

30.12.2024”

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.822 sa US-2.842 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.821:

“US

L-Istati Uniti

US-2.822

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

14.1.2025

 

US-2.823

N, P1

 

14.1.2025

 

US-2.824

N, P1

 

9.1.2025

 

US-2.825

N, P1

 

14.1.2025

 

US-2.826

N, P1

 

14.1.2025

 

US-2.827

N, P1

 

14.1.2025

 

US-2.828

N, P1

 

16.1.2025

 

US-2.829

N, P1

 

17.1.2025

 

US-2.830

N, P1

 

16.1.2025

 

US-2.831

N, P1

 

14.1.2025

 

US-2.832

N, P1

 

16.1.2025

 

US-2.833

N, P1

 

17.1.2025

 

US-2.834

N, P1

 

16.1.2025

 

US-2.835

N, P1

 

17.1.2025

 

US-2.836

N, P1

 

15.1.2025

 

US-2.837

N, P1

 

15.1.2025

 

US-2.838

N, P1

 

15.1.2025

 

US-2.839

N, P1

 

17.1.2025

 

US-2.840

N, P1

 

17.1.2025

 

US-2.841

N, P1

 

15.1.2025

 

US-2.842

N, P1

 

16.1.2025”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona CA-2.254 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona CA-2.253:

“Il-Kanada

CA-2.254

British Columbia — Latitude 49.86, Longitude –118.15

The municipalities involved are:

3km PZ: Edgewood

10km SZ: Applegrove and Fauquier”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.343 sa GB-2.347 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.342:

“Ir-Renju Unit

GB-2.343

near Pocklington, East Riding of Yorkshire, Yorkshire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.91 and Long: W0.85

GB-2.344

near Rye, Rother, East Sussex, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N50.94 and Long: E0.67

GB-2.345

near Mablethorpe, East Lindsay, Lincolnshire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.34 and Long: E0.18

GB-2.346

near Wem, North Shropshire, Shropshire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N52.89 and Long: W2.73

GB-2.347

near Easingwold, Hambleton, North Yorkshire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N54.07 and Long: W 1.08”

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, jiżdiedu d-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.822 sa US-2.842 wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.821:

“L-Istati Uniti

US-2.822

State of Florida

Hillsborough 06

Hillsborough County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 82.5024975°W 28.0788012°N)

US-2.823

State of Florida

Orange 02

Orange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 81.3934546°W 28.6664953°N)

US-2.824

State of Oregon

Union 04

Union County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 118.0167722°W 45.6018793°N)

US-2.825

State of Ohio

Darke 07

Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7590943°W 40.4343137°N)

US-2.826

State of Ohio

Mercer 01

Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7023767°W 40.4561165°N)

US-2.827

State of Missouri

Newton 01

Newton County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.3380789°W 36.8870057°N)

US-2.828

State of Minnesota

Dakota 02

Dakota County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 93.1415862°W 44.5914563°N)

US-2.829

State of New York

Suffolk 05

Suffolk County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 72.5895019°W 41.0290004°N)

US-2.830

State of California

Riverside 04

Riverside County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 117.0474184°W 33.8760985°N)

US-2.831

State of Maryland

Caroline 02

Caroline County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 75.8508543°W 39.0642608°N)

US-2.832

State of Maryland

Queen Anne's 02

Queen Anne's County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 75.9187525°W 39.1649639°N)

US-2.833

State of Georgia

Elbert 01

Elbert County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 82.9010423°W 34.3355218°N)

US-2.834

State of Indiana

Jay 02

Jay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7996984°W 40.4255887°N)

US-2.835

State of Indiana

Jay 03

Jay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7996565°W 40.4824179°N)

US-2.836

State of Ohio

Darke 08

Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7796957°W 40.4109566°N)

US-2.837

State of Ohio

Darke 09

Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7797266°W 40.4067666°N)

US-2.838

State of Ohio

Darke 10

Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7791463°W 40.4049766°N)

US-2.839

State of Ohio

Darke 11

Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7490313°W 40.4347525°N)

US-2.840

State of Ohio

Darke 12

Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7801948°W 40.4183565°N)

US-2.841

State of Ohio

Mercer 02

Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.6480983°W 40.4491699°N)

US-2.842

State of Ohio

Mercer 03

Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.5809604°W 40.4558016°N)”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona CA-2.254 jiddaħħlu wara r-ringieli għaż-żona CA-2.253:

“CA

Il-Kanada

CA-2.254

POU, RAT

N, P1

 

31.12.2024

 

GBM

P1

 

31.12.2024”

 

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.343 sa GB-2.347 wara r-ringieli għaż-żona GB-2.342:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.343

POU, RAT

N, P1

 

17.1.2025

 

GBM

P1

 

17.1.2025

 

GB-2.344

POU, RAT

N, P1

 

17.1.2025

 

GBM

P1

 

17.1.2025

 

GB-2.345

POU, RAT

N, P1

 

17.1.2025

 

GBM

P1

 

17.1.2025

 

GB-2.346

POU, RAT

N, P1

 

20.1.2025

 

GBM

P1

 

20.1.2025

 

GB-2.347

POU, RAT

N, P1

 

21.1.2025

 

GBM

P1

 

21.1.2025”

 

(c)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.684 u US-2.685 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.684

POU, RAT

N, P1

 

15.10.2024

22.12.2024

GBM

P1

 

15.10.2024

22.12.2024

US-2.685

POU, RAT

N, P1

 

16.10.2024

22.12.2024

GBM

P1

 

16.10.2024

22.12.2024”

(d)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.687, US-2.688 u US-2.689 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.687

POU, RAT

N, P1

 

24.10.2024

10.12.2024

GBM

P1

 

24.10.2024

10.12.2024

US-2.688

POU, RAT

N, P1

 

29.10.2024

28.12.2024

GBM

P1

 

29.10.2024

28.12.2024

US-2.689

POU, RAT

N, P1

 

29.10.2024

30.12.2024

GBM

P1

 

29.10.2024

30.12.2024”

(e)

ir-ringieli għaż-żona US-2.691 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.691

POU, RAT

N, P1

 

30.10.2024

30.12.2024

GBM

P1

 

30.10.2024

30.12.2024”

(f)

ir-ringieli għaż-żona US-2.699 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.699

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

30.12.2024

GBM

P1

 

14.11.2024

30.12.2024”

(g)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.822 sa US-2.842 wara r-ringieli għaż-żona US-2.821:

“US

L-Istati Uniti

US-2.822

POU, RAT

N, P1

 

14.1.2025

 

GBM

P1

 

14.1.2025

 

US-2.823

POU, RAT

N, P1

 

14.1.2025

 

GBM

P1

 

14.1.2025

 

US-2.824

POU, RAT

N, P1

 

9.1.2025

 

GBM

P1

 

9.1.2025

 

US-2.825

POU, RAT

N, P1

 

14.1.2025

 

GBM

P1

 

14.1.2025

 

US-2.826

POU, RAT

N, P1

 

14.1.2025

 

GBM

P1

 

14.1.2025

 

US-2.827

POU, RAT

N, P1

 

14.1.2025

 

GBM

P1

 

14.1.2025

 

US-2.828

POU, RAT

N, P1

 

16.1.2025

 

GBM

P1

 

16.1.2025

 

US-2.829

POU, RAT

N, P1

 

17.1.2025

 

GBM

P1

 

17.1.2025

 

US-2.830

POU, RAT

N, P1

 

16.1.2025

 

GBM

P1

 

16.1.2025

 

US-2.831

POU, RAT

N, P1

 

14.1.2025

 

GBM

P1

 

14.1.2025

 

US-2.832

POU, RAT

N, P1

 

16.1.2025

 

GBM

P1

 

16.1.2025

 

US-2.833

POU, RAT

N, P1

 

17.1.2025

 

GBM

P1

 

17.1.2025

 

US-2.834

POU, RAT

N, P1

 

16.1.2025

 

GBM

P1

 

16.1.2025

 

US-2.835

POU, RAT

N, P1

 

17.1.2025

 

GBM

P1

 

17.1.2025

 

US-2.836

POU, RAT

N, P1

 

15.1.2025

 

GBM

P1

 

15.1.2025

 

US-2.837

POU, RAT

N, P1

 

15.1.2025

 

GBM

P1

 

15.1.2025

 

US-2.838

POU, RAT

N, P1

 

15.1.2025

 

GBM

P1

 

15.1.2025

 

US-2.839

POU, RAT

N, P1

 

17.1.2025

 

GBM

P1

 

17.1.2025

 

US-2.840

POU, RAT

N, P1

 

17.1.2025

 

GBM

P1

 

17.1.2025

 

US-2.841

POU, RAT

N, P1

 

15.1.2025

 

GBM

P1

 

15.1.2025

 

US-2.842

POU, RAT

N, P1

 

16.1.2025

 

GBM

P1

 

16.1.2025”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/203/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)