<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑124/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0124</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:488">EU:C:2013:488</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130718">18.7.2013</DATE> – KAWŻA C-124/12</P><P>AES-3C MARITZA EAST 1</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 168(a) u 176</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż li jirrigwardaw l-akkwist ta’ oġġetti u l-provvista ta’ servizzi intiżi għall-persunal</KEYWORD><KEYWORD>Persunal imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuna taxxabbli li tinvoka d-dritt għal tnaqqis iżda impjegat minn persuna taxxabbli oħra</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-124/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Plovdiv (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120224">24 ta’ Frar 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20120307">7 ta’ Marzu 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AES-3C Maritza East 1 EOOD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite, Plovdiv,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn M. Berger, President tal-Awla, A. Borg Barthet u J.-J. Kasel (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130410">10 ta’ April 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal AES-3C Maritza East 1 EOOD, minn S. Garbolino, E. Evtimov u Y. Mateeva, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite, Plovdiv, minn V. Apostolov, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u C. Soulay, kif ukoll minn D. Roussanov, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 168(a), u 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="347" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn AES-3C Maritza East 1 EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>AES<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpannija stabbilita taħt id-dritt Bulgaru, u d-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite, Plovdiv (direttur tad-direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Rikors u ġestjoni tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, fl-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul Pubbliku fi Plovdiv, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Direktor<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) dwar id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi differenti intiżi għal ħaddiema li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ AES minn kumpannija oħra.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabbli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 176 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea], li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni [Ewropea], għandu jistabbilixxi n-nefqa li fir-rispett tagħha l-VAT m’għandhiex tkun tista’ titnaqqas. It-VAT fl-ebda ċirkostanza m’għandha tkun tista’ titnaqqas fir-rigward tan-nefqa li mhijiex strettament nefqa tan-negozju, bħal dik fuq il-lussu, pjaċiri jew divertiment.</ALINEA><ALINEA>Sa kemm id-disposizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jidħlu fis–seħħ, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-esklużjonijiet kollha pprovduti skond il-liġijiet nazzjonali fl-<DATE ISO="19790101">1 ta’ Jannar 1979</DATE> jew, fil-każ ta’ l-Istati Membri li aderew għall-Komunità wara dik id-data, fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Zakon za danak varhu dobavenata stoynost, DV Nru 63, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ZDDS<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li daħlet fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="203" NO.OJ="157" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 157, p. 203</REF.DOC.OJ>).</TXT><?PAGE NO="3"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="069.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-oġġetti u s-servizzi jiġu użati għall-ħtiġijiet ta’ provvisti taxxabbli magħmula mill-persuna taxxabbli rreġistrata, din il-persuna tkun intitolata li tnaqqas:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>it-taxxa fuq l-oġġetti jew fuq is-servizzi li l-fornitur, meta dan tal-aħħar ikun persuna taxxabbli rreġistrata skont din il-liġi, jipprovdilha jew għandu jipprovdilha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(1) u (3) taz-ZDDS jipprovdi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Anki jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 69 jew tal-Artikolu 74 jiġu sodisfatti, id-dritt li jitnaqqas kreditu ta’ taxxa ma jeżistix meta:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>l-oġġetti jew is-servizzi jkunu intiżi għal provvisti bla ħlas jew għall-attivitajiet li ma jkunux parti mill-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.003"><NO.PARAG>“(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 1(2) ma għandux japplika għal:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>[...] ħwejjeġ speċjali, għal ħwejjeġ tax-xogħol, għal uniformijiet, ħwejjeġ uffiċjali u mezzi ta’ protezzjoni personali, imqiegħda għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas minn min iħaddem lill-impjegati tiegħu, inklużi dawk taħt il-kuntratt ta’ ġestjoni għall-finijiet tal-attività ekonomika tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>trasport tal-impjegati, inkluż dawk taħt il-kuntratt ta’ ġestjoni bejn id-dar tagħhom u l-post tax-xogħol tagħhom - fiż-żewġ direzzjonijiet - kopert minn min iħaddem mingħajr ħlas għall-iskopijiet tal-attività ekonomika tiegħu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>għat-trasport u l-akkomodazzjoni ta’ persuni mibgħuta fuq missjoni mill-persuna taxxabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tagħha applikabbli qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni (DV Nru 153, tat-<DATE ISO="19981223">23 ta’ Diċembru 1998</DATE>), iz-ZDDS fl-Artikolu 64(1) kienet tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="064.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-persuna li tkun irċeviet il-kunsinna jew il-provvista jew l-importatur għandha d-dritt li tnaqqas kreditu tat-taxxa meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>l-oġġett riċevut permezz ta’ importazzjoni jew l-oġġett jew is-servizz riċevut skont il-kunsinna jew il-provvista taxxabbli jkun ġie użat, huwa użata jew ser jintuża għall-iskopijiet ta’ kunsinni jew ta’ provvisti taxxabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 65(1) ta’ din l-aħħar verżjoni taz-ZDDS kienet tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Anki jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64 jew fl-Artikolu 68 jiġu sodisfatti, id-dritt li jitnaqqas kreditu ta’ taxxa ma jeżistix meta:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-oġġetti jew is-servizz jkunu intiżi għal finijiet ta’ riċevimenti u ta’ rappreżentanza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ikun hemm l-akkwist ta’ mutur jew vettura bil-mutur li n-numru ta’ passiġġieri fiha, barra minn dak tas-sewwieq, ma jkunx iktar minn ħamsa, ħlief f’każijiet fejn il-persuna taxxabbli teżerċita attività bbażata fuq l-użu ta’ dak il-mutur jew ta’ dik il-vettura bil-mutur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>[sħiħa – DV, Nru 100 tal-2005] l-oġġett jew is-servizz ikun intiż bħala appoġġ, għall-kumpens, għat-titjib u għall-operat tal-muturi u tal-vetturi bil-mutur fis-sens tal-punt 2;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>l-oġġetti jew is-servizz jintuża bil-ħsieb tat-twettiq tal-kunsinna jew tal-provvista eżenti fis-sens tal-Artikolu 33;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>l-oġġett jinżamm għall-benefiċċju tal-Istat jew il-bini jitwaqqa’ minħabba li jkun inbena illegalment.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tad-dispożizzjonijiet supplimentari tal-Kodiċi tax-Xogħol (Kodeks na truda, DV Nru 26, tal-<DATE ISO="19860401">1 ta’ April 1986</DATE>, u DV Nru 27, tal-<DATE ISO="19860404">4 ta’ April 1986</DATE>), fil-verżjoni applikabbli għal perijodu meta ġraw il-fatti fil-kawża prinċipali, fis-sens tal-kodiċi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> għandha tinftiehem bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kull persuna naturali, persuna ġuridika jew entità dipendenti fuqha, kif ukoll kull entità oħra indipendenti fuq il-livell organizzattiv u ekonomiku, (impriża, istituzzjoni, organizzazzjoni, kooperattiva, operatur, stabbiliment, ditta familjari, kumpanija u oħrajn), li, b’mod indipendenti, tħaddem impjegati b’kuntratt ta’ xogħol, kif wkoll meta fir-rigward ta’ xogħol mid-dar, teleworking jew tat-trażmissjoni bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ kompitu ma’ impriża oħra<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (Zakon za zdravoslovni i bezopasni uslovia na trud, DV Nru 124, tat-<DATE ISO="19971223">23 ta’ Diċembru 1997</DATE>), tipprovdi, fl-Artikolu 1 tad-dispożizzjonijiet supplimentari tagħha, li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tikkorrispondi għall-kunċett iddeterminat mill-Artikolu 1(1) tad-dispożizzjonijiet supplimentari tal-kodiċi tax-xogħol, kif ukoll għal kull persuna li tassenja kompitu lil xi ħadd ieħor u li tassumi r-responsabbiltà kollha tal-impriża, tal-kooperattiva jew tal-organizzazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>AES għandha fil-pussess tagħha u topera ċentrali elettrika li, filwaqt li tinsab fit-territorju tal-komun ta’ Galabovo (il-Bulgarija), tinsab barra mil-limiti taż-żona abitata ta’ dan il-komun.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>AES ma għandhiex persunal tagħha stess biex jieħu ħsieb l-operat tal-imsemmija ċentrali b’tali mod li hija obbligata tuża full time s-servizzi ta’ ħaddiema permezz ta’ kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-persunal, konkluż mal-kumpannija AES Maritza East 1 Services EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>AES Services<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>). Skont dan il-kuntratt, AES Services tagħżel u tirrekluta l-persunal neċessarju għall-attività ekonomika ta’ AES. Il-kuntratti ta’ xogħol jiġu konklużi bejn il-ħaddiema u AES Services u hija din tal-aħħar li tħallas lill-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-ħaddiema inkwistjoni jitqiegħdu, minn hemm ’il quddiem, għad-dispożizzjoni ta’ AES. Skont il-kuntratt li jorbot AES ma’ AES Services, l-ewwel waħda tħallas lit-tieni remunerazzjoni għas-servizz ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-persunal. Din ir-remunerazzjoni tinkludi s-salarji u l-assigurazzjonijiet soċjali tal-ħaddiema. Il-ħwejjeġ tax-xogħol u l-mezzi ta’ protezzjoni personali tal-ħaddiema, kif ukoll is-servizz li jiggarantixxi t-trasport lejn u miċ-ċentrali elettrika u minn u lejn<?PAGE NO="5"?> id-dar tal-imsemmija ħaddiema huwa pprovdut minn AES. L-ispejjeż ta’ dawn l-oġġetti u servizzi ma humiex inklużi fl-ammont tar-remunerazzjoni mħallas lil AES Services. Meta ħaddiem jintbagħat fuq missjoni, l-ispejjeż ta’ trasport u ta’ akkomodazzjoni jitħallsu wkoll minn AES.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bejn ix-xahar ta’ Awwissu 2008 u x-xahar ta’ Settembru 2010, AES ibbenefikat, min-naħa ta’ terzi, minn provvista li kellha bħala għan servizz ta’ trasport, tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħwejjeġ u ta’ mezzi ta’ protezzjoni personali, kif ukoll minn servizzi marbuta mal-missjonijiet imwettqa mill-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, sa fejn il-persuni li jaħdmu fiċ-ċentrali elettrika jgħixu fiż-żoni abitati li ma humiex milħuqa mit-trasport pubbliku, AES kienet iddeċidiet li tiggarantixxi hija stess is-servizz ta’ trasport skont il-ħinijiet li jikkorrispondu għall-ħinijiet tax-xogħol tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi tax-xogħol u tal-liġi dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, AES għandha l-obbligu li tipprovdi l-ħwejjeġ tax-xogħol u l-mezzi ta’ protezzjoni lill-persuni li jaħdmu fiċ-ċentrali elettrika.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-aġenzija tad-dħul irrifjutat it-tnaqqis tal-VAT fl-ammont ta’ BGN 218 377 fir-rigward tal-akkwist, minn AES, tas-servizzi ta’ trasport, tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-ħwejjeġ tax-xogħol u tal-mezzi ta’ protezzjoni personali, kif ukoll għall-ispejjeż magħmula fil-kuntest tal-missjonijiet, għaliex l-oġġetti u s-servizzi riċevuti kienu intiżi sabiex jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-impjegati ta’ AES Services. L-imsemmija aġenzija ma aċċettatx l-applikazzjoni tad-derogi għal din il-limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, previsti fil-punti 1, 2 u 7 tal-Artikolu 70(3) taz-ZDDS, minħabba li AES ma hijiex meqjusa, skont id-dritt Bulgaru, bħala l-persuna li timpjega lill-impjegati. Fil-fatt, skont il-kodiċi tax-xogħol, il-persuna li tħaddem lil dawn tal-aħħar hija AES Services.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li r-rikors amministrattiv ippreżentat kontra dan l-avviż ta’ stima ta’ taxxa ġie miċħud mid-Direktor, AES ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Quddiem din il-qorti, AES sostniet li hija l-entità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li timpjega lill-ħaddiema, peress li hija tgawdi mix-xogħol tagħhom u peress li hija tbati l-ispejjeż marbuta magħhom sa fejn tħallas remunerazzjoni lill-AES Services. Barra minn hekk, AES għandha l-kwalità ta’ persuna li timpjega fis-sens tal-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol peress li hija hi li għandha l-obbligu li tipprovdi l-ħwejjeġ tax-xogħol u li tiżgura l-kundizzjonijiet li jiggarantixxu s-sigurtà tal-ħaddiema. Id-Direktor, min-naħa tiegħu, tenna l-pożizzjoni stabbilita fl-avviż tar-rettifika tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kkunsidrat li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19971016">16 ta’ Ottubru 1997</DATE>, Fillibeck (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-258/95" PAGE.ECR="I-5577" YEAR="1997">C-258/95, Ġabra p. I-5577</REF.DOC.ECR>) ma tagħtix ir-risposta għall-kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni mqajma fil-kawża prinċipali, peress li s-servizzi ta’ trasport inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza ma kinux ipprovduti lill-persunal mqiegħed għad-dispożizzjoni minn persuna taxxabbli oħra li ma hijiex dik li tinvoka d-dritt għal tnaqqis, iżda lill-impjegati tal-persuna taxxabbli stess.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk din il-qorti tirrileva li, fil-verżjoni tagħha applikabbli sad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni, iz-ZDDS ma kienx fiha limitazzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT bħal dik prevista fil-punt 2 tal-Artikolu 70(1) ta’ dik il-liġi. Fil-fatt, fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, l-Artikolu 65 taz-ZDDS kien fih lista eżawrjenti tal-limitazzjonijiet tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT u l-ebda minn dawn il-limitazzjonijiet ma kienet marbuta mad-destinazzjoni ta’ kunsinni jew provvista mingħajr ħlas.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Administrativen sad Plovdiv iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.P><TXT>Għandha tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mal-Artikolu 168(a), u mal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112/KE regola bħal dik prevista fl-Artikolu 70(1)(2) taz-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud), li tipprovdi li l-persuna taxxabbli ma għandiex tingħata d-dritt li tnaqqas il-VAT għal servizzi ta’ trasport, għal ħwejjeġ tax-xogħol u għal mezzi ta’ protezzjoni għall-ħaddiema u għal spejjeż għall-missjonijiet, minħabba li s-servizzi huma pprovduti mingħajr ħlas lil persuni fiżiċi li jaħdmu għall-persuna taxxabbli, meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna taxxabbli ma kkonkludietx kuntratt mal-ħaddiema, iżda użat il-forza lavorattiva tagħhom permezz ta’ kuntratt ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> konkluż ma’ persuna taxxabbli oħra li, min-naħa tagħha, hija l-impjegatur tal-ħaddiema;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>is-servizzi ta’ trasport ipprovduti huma użati għat-trasport, l’hemm u l’hawn, tal-ħaddiema minn punti ta’ ġbir speċjali f’diversi żoni residenzjali sal-post tax-xogħol tagħhom u ma jeżistix trasport pubbliku li jippermetti lill-ħaddiema jaslu sal-post tax-xogħol tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-obbligu li jiġu pprovduti ħwejjeġ tax-xogħol u mezzi ta’ protezzjoni jirriżultaw mill-Kodeks na truda (Kodiċi industrijali) u miz-Zakon za zdravoslovni i bezopasni yslovia na trud (liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>fir-rigward tas-servizzi ta’ trasport, tal-ħwejjeġ tax-xogħol, tal-mezzi ta’ protezzjoni u tal-ispejjeż tal-missjonijiet, it-tnaqqis tal-VAT ma jkunx ikkontestat li kieku dawn jiġu pprovduti jew imwettqa mill-impjegatur tal-ħaddiema. Madakollu, fil-każ inkwistjoni, dawn huma pprovduti minn persuna taxxabbli li ma hijiex l-impjegatur, iżda li tagħmel qliegħ mix-xogħol imwettaq u li hija responsabbli għall-ispejjeż relatati miegħu permezz ta’ kuntratt tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112/KE jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jintroduċu, fil-waqt tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, kundizzjoni li tillimita l-eżerċizzju tad-dritt għall-kreditu ta’ taxxa bħal dik tal-Artikolu 70(1)(2) taz-[ZDDS], fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>oġġetti jew is-servizzi (…) intiżi għal kunsinni jew servizzi pprovduti mingħajr ħlas<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, filwaqt li din il-limitazzjoni ma hijiex prevista fil-verżjoni tal-liġi fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, minn dan għandu jiġi dedott li l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti huma intiżi għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kunsinni jew servizzi pprovduti mingħajr ħlas<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>’ meta dawn ikunu akkwistati għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika, iżda li, minħabba n-natura tagħhom, l-użu tagħhom jirrikjedi li jitqegħdu għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu fl-impriża tal-persuna taxxabbli?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, skont il-qorti tar-rinviju, l-ispejjeż sostnuti minn AES għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi, imsemmija fl-ewwel domanda, fil-prinċipju, jistgħu jitqiesu li huma parti mill-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi kollha ta’ AES, u li l-problema dwar it-tnaqqis tagħhom tqum minħabba l-fatt li, b’differenza mis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża<?PAGE NO="7"?> prinċipali li wasslet għas-sentenza Fillibeck, iċċitata iktar ’il fuq, il-persuna taxxabbli li tinvoka d-dritt għal tnaqqis ma għandhiex, skont id-dritt Bulgaru, il-kwalità ta’ persuna li timpjega persuni li jaħdmu fuq is-sit (tax-xogħol) tagħha, iżda hija biss il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>persuna li timpjega ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha essenzjalment tinftiehem bħala jekk l-Artikoli 168(a) u 176 tad-Direttiva 2006/112 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabilixxi li persuna taxxabbli li ssostni spejjeż għal servizzi ta’ trasport, ta’ ħwejjeġ tax-xogħol, ta’ mezzi ta’ protezzjoni u ta’ missjonijiet ta’ persuni li jaħdmu għall-imsemmija persuna taxxabbli ma għandhiex dritt għal tnaqqis tal-VAT relatata ma’ dawn l-ispejjeż, minħabba li l-imsemmija persuni jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha minn entità oħra u ma jistgħux għalhekk jitqiesu, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, li huma membri tal-persunal tal-persuna taxxabbli, minkejja li l-imsemmija spejjeż jistgħu jitqiesu li huma marbuta b’mod dirett u immedjat mal-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi kollha ta’ din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, l-ewwel nett għandu jitfakkar li d-dritt għal tnaqqis previst fl-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 huwa parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u fil-prinċipju, ma jistax jiġi limitat. Jiġi eżerċitat immedjatament għat-taxxi kollha imposti fuq it-tranżazzjonijiet tal-input (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, SKF, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/08" PAGE.ECR="I-10413" YEAR="2009">C-29/08, Ġabra p. I-10413</REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sistema għat-tnaqqis hija intiża sabiex ittaffi kompletament lill-imprenditur mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tiegħu. Is-sistema komuni tal-VAT b’hekk tiggarantixxi n-newtralità fir-rigward tal-piż fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, ikunu xi jkunu l-għanijiet jew ir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet, bil-kundizzjoni li dawn ikunu, bħala prinċipju, xorta waħda suġġetti għall-VAT (ara, b’mod partikolari, is-sentenza SKF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, bħala prinċipju, l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni partikolari tal-input u tranżazzjoni jew numru ta’ tranżazzjonijiet tal-output li jagħtu dritt għal tnaqqis hija neċessarja sabiex dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa jiġi rrikonoxxut fil-konfront tal-persuna taxxabbli u sabiex tiġi stabbilita l-portata ta’ dan id-dritt. Id-dritt għal tnaqqis tal-VAT imposta fuq l-akkwist ta’ oġġetti jew servizzi ta’ input jippreżupponi li l-ispejjeż sostnuti għall-akkwist tagħhom huma parti mill-elementi kostituttivi tal-prezz tat-tranżazzjonijiet intaxxati ta’ output li jagħtu dritt għal tnaqqis (sentenza SKF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu dritt għal tnaqqis huwa aċċettat ukoll favur il-persuna taxxabbli, anki fin-nuqqas ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni partikolari tal-input u tranżazzjoni waħda jew iktar tal-output li jagħtu dritt għal tnaqqis, meta l-ispejjeż tas-servizzi inkwistjoni jagħmlu parti mill-ispejjeż ġenerali ta’ din tal-aħħar u jkunu, bħala tali, elementi li jikkostitwixxu l-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi li din il-persuna tipprovdi. Dawn l-ispejjeż, għandhom, fil-fatt, rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika kollha tal-persuna taxxabbli (sentenza SKF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58 u l-ġurisprduenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) għandha tiġi interpretata fis-sens li t-trasport mingħajr ħlas għall-impjegati, iggarantit mill-persuna li timpjega bejn id-dar tagħhom u l-post tax-xogħol tagħhom, permezz ta’ vettura li tappartjeni lill-impriża, jissodisfa fil-prinċipju l-bżonnijiet privati tal-impjegati u għaldaqstant iservi għal finijiet mhux marbuta mal-impriża. Madankollu, meta l-eżiġenzi tal-impriża, fid-dawl ta’ ċerti ċirkustanzi partikolari, bħalma hi d-diffikultà li jintużaw mezzi oħra ta’ trasport xierqa u t-tibdil tal-post tax-xogħol, jimponu li<?PAGE NO="8"?> t-trasport tal-impjegati għandu jiġi ggarantit mill-persuna li timpjega, din il-provvista ma tistax titqies li tkun saret għal finijiet li ma humiex marbuta mal-impriża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fillibeck, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>It-tieni nett, huwa importanti li jiġi eżaminat jekk il-fatt li persuna taxxabbli ma titqiesx, mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li hija persuna li timpjega persuni li jaħdmu fl-impriża tiegħu, tistax tqiegħed fid-dubju l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn l-ispejjeż fuq l-input għax-xogħol ta’ dawn il-persuni u l-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 jissuġġetta l-eżistenza tad-dritt għat-tnaqqis biss għall-kundizzjoni li l-oġġetti u s-servizzi miksuba jkunu użati għall-bżonnjiet ta’ tranżazzjionijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli li tinvoka dan id-dritt. Skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 25 sa 29 ta’ din is-sentenza, ir-rabta li għandha teżisti hija purament ta’ natura ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, u kif tfakkar fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, huwa stabbilit li l-ispejjeż inkwistjoni jistgħu jitqiesu li għandhom rabta ekonomika mal-attivitajiet ekonomiċi kollha ta’ AES.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-fatt li l-persunal jista’ jibbenefika minn provvista ta’ servizzi mogħtija mill-persuna li timpjega iżda mwettqa fl-interess tal-impriża għandu jitqies li huwa aċċessorju għall-bżonnijiet tal-impriża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fillibeck, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, ir-risposta għad-domanda dwar jekk il-provvista, mingħajr ħlas, ta’ oġġetti jew ta’ provvista ta’ servizzi lill-persuni li jaħdmu għall-persuni taxxabbli titwettaq għall-bżonnijiet tal-impriża ma huwiex il-konsegwenza tan-natura tar-relazzjoni ġuridika li teżisti bejn il-persuna taxxabbli u dawn il-persuni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 26 ta’ din is-sentenza, is-sistema komuni tal-VAT, permezz tas-sistema ta’ tnaqqis, tiggarantixxi n-newtralità fir-rigward tal-ħlas fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, ikunu xi jkunu l-għanijiet jew ir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet, bil-kundizzjoni li dawn ikunu, bħala prinċipju, xorta waħda suġġetti għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, ikun kuntrarju għall-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT li ġġiegħel lill-persuna taxxabbli li jbati l-VAT marbuta mal-ispejjeż, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, billi huwa stabbilit, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, li l-ispejjeż ġew sostnuti għall-bżonnijiet ta’ attività ekonomika li hija stess tkun suġġetta għall-VAT, minħabba li l-persuna taxxabbli ma hijiex persuna li timpjega, fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-persuni li jaħdmu għall-impriża tiegħu u li l-imsemmija spejjeż ikunu ġew sostnuti għax-xogħol tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li l-interpretazzjoni li permezz tagħha, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-persuna taxxabbli tista’ tibbenefika, skont l-Artikoli 168(a) u 176 tad-Direttiva 2006/112 ta’ dritt għal tnaqqis għall-ispejjeż sostnuti għall-bżonnijiet tal-impriża tagħha hija wkoll l-iktar konformi mal-għanijiet tas-sistema tal-VAT biex tiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni korretta u sempliċi tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20011009">9 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Cantor Fitzgerald International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-108/99" PAGE.ECR="I-7257" YEAR="2001">C-108/99, Ġabra p. I-7257</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, billi tissepara d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fuq l-ispejjeż sostnuti għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika ta’ persuna taxxabbli mir-rabta legali li torbot il-persuna taxxabbli u l-persuni li jaħdmu għall-impriża tagħha u li għax-xogħol tagħhom jkunu saru dawn l-ispejjeż, din l-interpretazzjoni tippermetti ġestjoni tas-sistema ta’ tnaqqis implementata mis-sistema<?PAGE NO="9"?> komuni tal-VAT u tikkontribwixxi biex tiggarantixxi ġbir affidabbli u korrett tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Stoppelkamp, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-421/10" PAGE.ECR="I-9309" YEAR="2011">C-421/10, Ġabra. p. I-9309</REF.DOC.ECR>, punt 34, u tas-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>, ADV Allround, C-218/10, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda magħmula li l-Artikolu 168(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabilixxi li persuna taxxabbli li ssostni spejjeż għal servizzi ta’ trasport, ta’ ħwejjeġ tax-xogħol, ta’ mezzi ta’ protezzjoni u ta’ missjonijiet ta’ persuni li jaħdmu għal din il-persuna taxxabbli ma għandhiex dritt għal tnaqqis tal-VAT relatata ma’ dawn l-ispejjeż, minħabba li l-imsemmija persuni jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha minn entità oħra u ma jistgħux għalhekk jitqiesu, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, li jkunu membri tal-persunal tal-persuna taxxabbli, minkejja li l-imsemmia spejjeż jistgħu jitqiesu li huma marbuta b’mod dirett u immedjat mal-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-imsemmija persuna taxxabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fil-mument tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni, Stat Membru jintroduċi limitazzjoni għad-dritt għat-tnaqqis skont dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tipprovdi l-esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis ta’ oġġetti u ta’ servizzi intiżi għal kunsinni jew għal provvisti mingħajr ħlas jew għal attivitajiet li ma jkunux parti mill-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, meta din l-esklużjoni ma kinitx prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ sad-data ta’ din l-adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Bil-għan li tingħata risposta għal din id-domanda, għandu l-ewwel nett jiġi kkonstatat, sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tagħha fil-mument tal-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid mal-Unjoni, u sabiex jiġi stabbilit jekk din il-leġiżlazzjoni kellhiex bħala effett li twessa’, wara d-data ta’ din l-adeżjoni, il-kamp tal-esklużjonijiet eżistenti, taqax, bħala prinċipju, fil-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Magoora, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-414/07" PAGE.ECR="I-10921" YEAR="2008">C-414/07, Ġabra p. I-10921</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kull evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali. Madankollu, sabiex tingħata risposta effettiva, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fi spirtu ta’ kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali, tagħtiha dawk l-indikazzjonijiet li hija tqis li huma neċessarji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Magoora, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 fih klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li tipprovdi, għall-Istati li jaderixxu mal-Unjoni, iż-żamma tal-esklużjonijiet nazzjonali mid-dritt għat-tnaqqis tal-VAT li kienu applikabbli qabel l-adeżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ampafrance u Sanofi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-177/99+C-181/99" PAGE.ECR="I-7013" YEAR="2006">C-177/99 u C-181/99, Ġabra p. I-7013</REF.DOC.ECR>, punt 5). Madankollu, il-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 112 ma għandhiex bħala għan li tippermetti lil Stat Membru ġdid jemenda l-leġiżlazzjoni interna tiegħu fl-okkażjoni tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea f’sens li jbiegħed din il-leġiżlazzjoni mill-għanijiet ta’ din id-direttiva. Emenda f’dan is-sens tmur kontra l-ispirtu ta’ din il-klawżola (ara s-sentenza Magoora, iċċitata iktar ’il fuq , punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tippermetti lill-Istati Membri, sakemm tiġi stabbilita mill-Kunsill is-sistema Komunitarja tal-esklużjonijiet tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT, li jżommu kull regola tad-dritt nazzjonali li twassal għall-esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis effettivament applikat mill-awtoritajiet pubbliċi fid-data meta s-Sitt Direttiva tkun daħlet fis-seħħ (sentenza Magoora, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tikkostitwixxix deroga permessa mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 jekk hija jkollha bħala effett li twessa’, wara d-data tal-adeżjoni tal-Istat Membru, il-kamp tal-esklużjonijiet eżistenti b’tali mod li titbiegħed mill-għan ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Magoora, iċċitata iktar ’il fuq, punti 37 u 38).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni, it-tħassir tad-dispożizzjonijiet interni u s-sostituzzjoni tagħhom, f’din l-istess data, minn dispożizzjonijiet interni oħra ma jippermettux, bħala tali, li jiġi preżunt li l-Istat Membru kkonċernat kiser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112, madankollu, bil-kundizzjoni li din is-sostituzzjoni ma tkunx wasslet għat-twessiegħ, minn dik id-data, tal-esklużjonijiet nazzjonali preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju, li, kif diġà tfakkar fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, għandha l-ġurisdizzjoni li tinterpreta d-dritt nazzjonali tagħha, li tista’ tevalwa jekk l-emendi mdaħħla, mal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni, fid-dritt nazzjonali inkwistjoni kellhomx l-effett li jwessgħu, b’paragun mad-dispożizzjonijiet nazzjonali preċedenti, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud u li jxekklu l-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi li jistgħu jitqiesu li għandhom rabta diretta u immedjata mal-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi nnotat f’dan ir-rigward li, skont it-talba għal deċiżjoni preliminari stess, l-emenda mdaħħla fil-ZDDS fil-mument tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni kellha bħala effett it-twessiegħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitazzjonijiet meta mqabbla mas-sitwazzjoni eżistenti qabel din l-adeżjoni, peress li l-ebda waħda minn dawn il-limitazzjonijiet li huma elenkati b’mod eżawrjenti miz-ZDDS fis-seħħ qabel l-adeżjoni inkwistjoni ma kienu marbuta mad-destinazzjoni tal-kunsinni jew tal-provvisti mingħajr ħlas, ħaġa li, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 44 ta’ din is-sentenza, tmur kontra t-tieni subparagrfu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 72 tas-sentenza tagħha tas-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, Eon Aset Menidjmunt (C-118/11), li l-Artikolu 70(1) taz-ZDDS ma jillimitax id-dritt għat-tnaqqis fis-sens tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112, bħala tali, ma hijiex tali li tikkontesta din il-konstatazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fil-punt 73 ta’ din is-sentenza, li Stat Membru ma jistax jirrifjuta lill-persuni taxxabbli tiegħu, li jkunu ddeċidew li jittrattaw investiment li jintuża kemm għal finijiet professjonali kif ukoll għal finijiet privati bħala beni ta’ impriża, it-tnaqqis integrali u immedjat tal-VAT fuq l-input dovuta fuq l-akkwist ta’ dawn l-oġġetti, li għandhom dritt għalih skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-punti 45 u 46 ta’ din is-sentenza, hemm lok ukoll li tittieħed inkunsiderazzjoni l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-esklużjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT u tal-effetti li jirriżultaw minnhom għall-persuni taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, kif huwa stabbilit fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, id-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi lil leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda magħmula, li għandha bħala effett li ċċaħħad lill-persuna taxxabbli mid-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud li tiġi imposta fuq l-ispejjeż li jistgħu jitqiesu li huma marbuta b’mod dirett u immedjat mal-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-imsemmija persuna taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta, sa fejn huwa possibbli, id-dritt intern tagħha fid-dawl tat-test u tal-għan tad-Direttiva 2006/112, bil-għan li jintlaħqu r-riżultati mixtieqa minn din tal-aħħar, billi tagħti preferenza lil dik l-interpretazzjoni tar-regoli nazzjonali li hija l-iktar konformi ma’ dan l-għan sabiex b’hekk tasal għal soluzzjoni kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva<?PAGE NO="11"?> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/04" PAGE.ECR="I-6057" YEAR="2006">C-212/04, Ġabra p. I-6057</REF.DOC.ECR>, punt 124) u billi jekk ikun hemm bżonn ma tapplikax kull dispożizzjoni kuntrarja tal-liġi nazzjonali (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20051122">22 ta’ Novembru 2005</DATE>, Mangold, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-144/04" PAGE.ECR="I-9981" YEAR="2005">C-144/04, Ġabra p. I-9981</REF.DOC.ECR>, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda magħmula hija li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fil-mument tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni, Stat Membru jintroduċi limitazzjoni għad-dritt għat-tnaqqis skont dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tipprovdi l-esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis ta’ oġġetti u ta’ servizzi intiżi għal kunsinni jew provvisti mingħajr ħlas jew għal attivitajiet li ma jkunux parti mill-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, meta tali l-esklużjoni ma tkunx prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ sad-data ta’ din l-adeżjoni.</TXT><P>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn huwa possbbli, skont id-dritt tal-Unjoni. Fil-każ li tali interpretazzjoni ma tkunx possibbli, il-qorti nazzjonali għandha tiddeżisti milli tapplika dawn id-dispożizzjonijiet minħabba inkompattibbiltà mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112.</P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 168(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabilixxi li persuna taxxabbli li ssostni spejjeż għal servizzi ta’ trasport, ta’ ħwejjeġ tax-xogħol, ta’ mezzi ta’ protezzjoni u ta’ missjonijiet ta’ persuni li jaħdmu għal din il-persuna taxxabbli ma għandhiex dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud relatata ma’ dawn l-ispejjeż, minħabba li l-imsemmija persuni jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha minn entità oħra u ma jistgħux għalhekk jitqiesu, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, li jkunu membri tal-persunal tal-persuna taxxabbli, minkejja li l-imsemmija spejjeż jistgħu jitqiesu li huma marbuta b’mod dirett u immedjat mal-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-imsemmija persuna taxxabbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni subparagrafu tal Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fil-mument tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni, Stat Membru jintroduċi limitazzjoni għad-dritt għat-tnaqqis skont dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tipprovdi l-esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis ta’ oġġetti u ta’ servizzi intiżi għal kunsinni jew provvisti mingħajr ħlas jew għal attivitajiet li ma jkunux parti mill-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, meta din l-esklużjoni ma tkunx prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ sad-data ta’ din l-adeżjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Hija l-qorti nazzjonali li għandha tinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn huwa possbbli, skont id-dritt tal-Unjoni. Fil-każ li tali interpretazzjoni ma tkunx possibbli, il qorti nazzjonali għandha tiddeżisti milli tapplika dawn id-dispożizzjonijiet minħabba inkompattibbiltà mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112</HT>.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>