European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2670

9.10.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2670

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-88/23 u T-89/23, jenħtieġ li jitħassru żewġ entrati mil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 (“LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b”), l-entrati għall-persuni li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”):

“5.

Evariste BOSHAB;

6.

Alex Kande MUPOMPA.”

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2670/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)