European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6566

9.12.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12256 — SOJITZ CORPORATION/NEXUS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6566)

1.   

Fit-28 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sojitz Corporation of Europe B.V. (“Sojitz Europe”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Sojitz Corporation, (il-Ġappun),,

—

Nexus Energía, S.A. (“Nexus”, Spanja).

Sojitz Europe se takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Nexus kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Sojitz Europe hija kumpanija azzjonarja u ta’ finanzjament. Il-kumpanija omm tagħha, Sojitz Corporation, hija konglomerat globali attiv f’varjetà ta’ negozji differenti, primarjament fil-qasam tal-kummerċ ta’ oġġetti u servizzi, inkluż fis-settur tal-enerġija,

—

Nexus hija fornitur awtorizzat tal-elettriku u tal-gass attiva prinċipalment fis-swieq Spanjoli u Portugiżi. Barra minn hekk, Nexus tagħti servizzi relatati mal-enerġija u servizzi ta’ dekarbonizzazzjoni fosthom konsulenza dwar id-dekarbonizzazzjoni, awtokonsum u ħżin, ċertifikati tal-effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija, u servizzi ta’ flessibbiltà tad-domanda.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12256 — SOJITZ CORPORATION / NEXUS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6566/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)