<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-548/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018TJ0548</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:4">EU:T:2021:4</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210114">14.1.2021</DATE> – Kawża T‑548/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Helbert vs EUIPO</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210113">13 ta’ Jannar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Reklutaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Avviż ta’ kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni ġenerali EUIPO/AD/01/17</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla</KEYWORD><KEYWORD>Stabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑548/18,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lars Helbert</HT>, residenti f’Alicante (Spanja), irrappreżentat minn H. Tettenborn, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn A. Lukošiūtė u K. Tóth, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EUIPO/AD/01/17 – Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-proprjetà intellettwali tal‑<DATE ISO="20171201">1 ta’ Diċembru 2017</DATE> li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva kkostitwita għar-reklutaġġ ta’ amministraturi mill-EUIPO u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni ta’ dan l-istess Bord tal-Għażla tas‑<DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE> li tiċħad it-talba għal reviżjoni tar-rikorrent, fil-forma finali tagħha, wara d-deċiżjoni tal-EUIPO tat‑<DATE ISO="20180608">8 ta’ Ġunju 2018</DATE> li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba f’hekk,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>komposta minn S. Gervasoni, President, P. Nihoul (Relatur) u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170112">12 ta’ Jannar 2017</DATE>, l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ippubblika f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/01/17 – Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="009A" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, C 9 A, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>avviż ta’ kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Din il-kompetizzjoni, organizzata mill-EPSO, kienet intiża sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). Dan l-avviż kien is-suġġett ta’ rettifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 315A tat‑<DATE ISO="20170922">22 ta’ Settembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-avviż ta’ kompetizzjoni indika, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kif nintgħażel?<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, li l-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni u li kisbu waħda mill-aħjar marki waqt is-selezzjoni preliminari bbażata fuq tal-kwalifiki jiġu mistiedna għaċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ċentru ta’ evalwazzjoni tal-EPSO<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> fejn huma jiġu evalwati, permezz ta’ sensiela ta’ testijiet tat-tip <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>mistoqsijiet b’għażla multipli<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, dwar il-kapaċitajiet tagħhom fil-qasam tar-raġunament verbali, numeriku u astratt imbagħad, permezz ta’ intervista, ta’ test e-tray, ta’ eżerċizzju fi grupp u ta’ test bil-miktub, fuq tmien kompetenzi ġenerali u finalment, permezz ta’ intervista, fuq il-kompetenzi speċifiċi tagħhom fil-qasam tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-avviż ta’ kompetizzjoni ppreċiża li l-kompetenzi ġenerali kienu evalwati fuq 80 punt, fejn il-marka minima meħtieġa għal dawn il-kompetenzi ġenerali kienet ta’ 40 punt, u li l-kompetenzi speċifiċi kienu evalwati fuq 100 punt, fejn il-marka minima meħtieġa għal dawn il-kompetenzi speċifiċi kienet ta’ 50 punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Anness III tal-avviż ta’ kompetizzjoni dwar ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jindika, fil-punt 6.4 tiegħu, li l-kandidati setgħu jitolbu r-reviżjoni ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla u, fil-punt 6.5 tiegħu, li huma kellhom id-dritt iressqu lment amministrattiv quddiem l-Awtorità tal-Ħatra, jiġifieri d-direttur eżekuttiv tal-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Lars Helbert, applika għall-kompetizzjoni inkwistjoni. Fit‑<DATE ISO="20170712">12 ta’ Lulju 2017</DATE>, huwa ġie informat mill-EPSO li huwa kien mistieden għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, fejn għadda mill-eżamijiet fil‑11 u fit‑<DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20171201">1 ta’ Diċembru 2017</DATE>, l-EPSO informa lir-rikorrent li l-Bord tal-Għażla kien iddeċieda li ma jinkludihx fil-lista ta’ riżerva tal-kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Ir-raġuni kienet li, peress li kiseb 99.5 punt għall-eżamijiet magħmula fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, ir-rikorrent ma kienx jagħmel parti mill-kandidati li kisbu l-aħjar marki. Il-marka globali miksuba mill-aħħar kandidat inkluż fil-lista ta’ riżerva, wara l-imsemmija eżamijiet, kienet tammonta għal 102 punti minn 180.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mal-ittra tal-EPSO tal‑<DATE ISO="20171201">1 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ġie mehmuż dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>passaport ta’ kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Minn dan id-dokument kien jirriżulta li r-rikorrent kien kiseb total ta’ 44.5 punt minn 80 wara l-eżamijiet intiżi sabiex jevalwaw il-kompetenzi ġenerali tiegħu u 55 punt minn 100 għall-intervista dwar il-kompetenzi speċifiċi, jiġifieri marka globali ta’ 99.5 punt minn 180 għall-imsemmija eżamijiet kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20171210">10 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ir-rikorrent ressaq talba għal reviżjoni quddiem il-Bord tal-Għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-lista ta’ riżerva ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 14 A tas‑<DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20180226">26 ta’ Frar 2018</DATE>, ir-rikorrent ressaq ilment quddiem l-EUIPO taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) kontra d-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-President tal-Bord tal-Għażla informa lir-rikorrent li l-Bord tal-Għażla kien irreveda l-fajl tiegħu wara t-talba għal reviżjoni u kkonferma d-deċiżjoni inizjali tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>deċiżjoni meħuda wara reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20180429">29 ta’ April 2018</DATE>, ir-rikorrent, fuq is-suġġeriment tal-EUIPO, ippreżenta suppliment għall-ilment tiegħu quddiem dan tal-aħħar kontra d-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla, ikkonfermata bid-deċiżjoni meħuda wara reviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180608">8 ta’ Ġunju 2018</DATE>, innotifikata lir-rikorrent f’din l-istess data, l-EUIPO ċaħad dan l-ilment (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20180918">18 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tad‑<DATE ISO="20190709">9 ta’ Lulju 2019</DATE> meħuda skont l-Artikolu 27(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, din il-kawża ġiet assenjata lil Imħallef Relatur ġdid, sedenti fl-Ewwel Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tas‑<DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE> meħuda skont l-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura, din il-kawża ġiet assenjata mill-ġdid lir-Raba’ Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, talbet lill-partijiet jippreżentaw ċerti dokumenti u għamlitilhom mistoqsijiet bil-miktub, filwaqt li talbithom iwieġbu għalihom bil-miktub jew waqt is-seduta. Il-partijiet wieġbu għal dawn il-mistoqsijiet fit-terminu mogħti lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat‑<DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla u d-deċiżjoni meħuda wara reviżjoni, fil-forma finali tagħha, wara d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO jħallsu danni bħala kumpens għad-dannu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>morali u mhux materjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> imġarrab minħabba d-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla u d-deċiżjoni meħuda wara reviżjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal annullament</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-suġġett tat-talba għal annullament</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel kap tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla u tad-deċiżjoni meħuda wara reviżjoni, fil-forma finali tagħha, wara d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment. Ir-rikors jippreċiża li d-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla u d-deċiżjoni meħuda wara reviżjoni jifformaw flimkien id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fl‑<DATE ISO="20171210">10 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ir-rikorrent ressaq talba għar-reviżjoni tad-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla, konformement mal-punt 6.4 tal-Anness III tal-avviż ta’ kompetizzjoni. Permezz tad-deċiżjoni meħuda wara reviżjoni, il-Bord tal-Għażla kkonferma d-deċiżjoni inizjali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, meta persuna li t-talba tagħha għall-ammissjoni għal kompetizzjoni tkun ġiet miċħuda titlob ir-reviżjoni ta’ din id-deċiżjoni abbażi ta’ dispożizzjoni preċiża li torbot lill-amministrazzjoni, hija d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla, wara reviżjoni, li tikkostitwixxi l-att li jikkawża preġudizzju, fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jew, jekk ikun il-każ, tal-Artikolu 91(1) tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190516">16 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Nerantzaki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑813/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:335">EU:T:2019:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>GX vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑556/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:139">EU:T:2017:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’dan il-mod, id-deċiżjoni meħuda wara reviżjoni tissostitwixxi d-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190516">16 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Nerantzaki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑813/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:335">EU:T:2019:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>GX vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑556/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:139">EU:T:2017:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-talba għal annullament għandha tiġi interpretata fis-sens li tirrigwarda d-deċiżjoni meħuda wara reviżjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tiegħu għal annullament, ir-rikorrent iqajjem, essenzjalment, erba’ motivi bbażati rispettivament fuq:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-assenza ta’ stabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla matul l-eżamijiet orali tal-kompetizzjoni u tal-insuffiċjenza tal-miżuri ta’ koordinazzjoni implimentati sabiex jiġu żgurati evalwazzjoni koerenti u oġġettiva, l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati;</P></ITEM><ITEM><P>ksur tal-obbligu li ssir evalwazzjoni komparattiva u oġġettiva tal-kandidati, tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet;</P></ITEM><ITEM><P>żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tar-rikorrent;</P></ITEM><ITEM><P>ksur, b’mod partikolari, tal-avviż ta’ kompetizzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrent jikkritika b’mod partikolari l-assenza ta’ stabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla matul l-eżamijiet orali, sa fejn il-membri kollha tal-Bord tal-Għażla ma kinux preżenti għal dawn l-eżamijiet kollha u li, minflok, huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kumitati ta’ evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> komposti minn xi membri biss li eżaminaw, kull wieħed minnhom, numru limitat ta’ kandidati. Huwa jqis għalhekk li ġie mistoqsi, waqt l-intervista tiegħu dwar il-kompetenzi speċifiċi, minn kumitat ta’ evalwazzjoni li eżamina biss 20 % tal-kandidati. Fil-fehma tiegħu, evalwazzjoni oġġettiva u uniformi tal-kandidati kienet tirrikjedi, għall-inqas, il-preżenza kontinwa ta’ nukleu ta’ eżaminaturi matul l-eżamijiet kollha. Huwa jinvoka wkoll l-insuffiċjenza tal-miżuri ta’ koordinazzjoni implimentati sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni koerenti u oġġettiva, l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-prinċipji ta’ koerenza tal-Bord tal-Għażla, ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati, ta’ oġġettività tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll il-punti 2.4 u 3.1 tal-Anness III tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġew miksura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Dan l-argument huwa kkontestat mill-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-aġenziji u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jiddeterminaw il-modalitajiet ta’ organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni u li, f’dan il-kuntest, l-istħarriġ eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni għandu jkun limitat għall-miżura neċessarja sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-kandidati u l-oġġettività tal-għażla mwettqa bejniethom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-obbligu li jiġu rreklutati uffiċjali li għandhom l-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità, jimplika min-naħa tal-Awtorità tal-Ħatra u tal-Bordijiet tal-Għażla li huma jiżguraw, kull wieħed fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom, li l-kompetizzjonijiet jiżvolġu fl-osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati, ta’ koerenza tal-immarkar u ta’ oġġettività tal-evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Sabiex jiġu żgurati l-ugwaljanza bejn il-kandidati, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu jiggarantixxi l-applikazzjoni koerenti tal-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-kandidati kollha billi jiżgura b’mod partikolari l-istabbiltà fil-kompożizzjoni tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Girardot vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑92/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:220">EU:T:2002:220</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, dan ir-rekwiżit huwa impost b’mod partikolari fl-eżamijiet orali, bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, peress li dawn l-eżamijiet huma min-natura tagħhom inqas standardizzati mill-eżamijiet bil-miktub (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041110">10 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Vonier vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑165/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:331">EU:T:2004:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Brune vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑5/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:111">EU:F:2010:111</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-modalitajiet tal-kompetizzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punt 2.4 tal-Anness III tal-avviż ta’ kompetizzjoni jirriżulta li l-korp inkarigat mill-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>konsistentement japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs fil-proċeduri tas-selezzjoni tiegħu sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-kandidati kollha<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont il-punt 3.1 tal-Anness III tal-avviż ta’ kompetizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[j]iġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[i]l-bordijiet ta’ selezzjoni huma magħmula minn uffiċjali, nofshom maħtura mill-amministrazzjoni (servizzi tal-HR) u n-nofs l-ieħor mill-kumitati tal-persunal<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[l]-ismijiet tal-membri tal-bord tas-selezzjoni huma ppubblikati fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu)<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni ADM-16-60, tat‑<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, dwar in-nomina tal-membri tal-Bord tal-Għażla għall-kompetizzjoni, kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni ADM-16-60-Rev4, tad‑<DATE ISO="20170919">19 ta’ Settembru 2017</DATE>, dwar in-nomina tal-membri tal-Bord tal-Għażla għall-kompetizzjoni, l-EUIPO kkostitwixxa Bord tal-Għażla li jinkludi President, Viċi President, tmien membri permanenti u tliet membri supplenti. Il-President, il-Viċi President, it-tmien membri permanenti u tnejn mit-tliet membri supplenti kienu aġenti tal-EUIPO, filwaqt li t-tielet membru supplenti kien aġent tal-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni kienu jinkludu b’mod partikolari żewġ intervisti, dak dwar il-kompetenzi speċifiċi kif ukoll dak intiż għall-evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali tal-kandidati (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>intervista dwar il-kompetenzi ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Bejn il-partijiet, huwa paċifiku li l-membri tal-Bord tal-Għażla ma kinux kollha preżenti għal kull intervista. Mill-informazzjoni pprovduta mill-EUIPO fit-tweġibiet tiegħu tat‑28 ta’ Frar u tad‑<DATE ISO="20200409">9 ta’ April 2020</DATE> għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tweġiba tal-EUIPO tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tweġiba tal-EUIPO tad‑<DATE ISO="20200409">9 ta’ April 2020</DATE><QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), jirriżulta li l-kumitati ta’ evalwazzjoni magħmula minn żewġ membri tal-Bord tal-Għażla evalwaw il-kompetenzi ta’ kull wieħed mill-kandidati waqt l-imsemmija intervisti. Dan kien il-każ, b’mod partikolari, għar-rikorrent, waqt l-intervista dwar il-kompetenzi speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>B’kollox, 196 kandidat għaddew mill-eżamijiet orali taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni li jinkludu, għal kull kandidat, minn naħa, l-intervista dwar il-kompetenzi speċifiċi u, min-naħa l-oħra, l-intervista dwar il-kompetenzi ġenerali, jiġifieri b’kollox 392 intervista. Dawn l-eżamijiet seħħew fuq perijodu ta’ 20 jum mifruxa fuq seba’ ġimgħat. Huma ġew imqassma b’mod ugwali bejn żewġ ċentri ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl‑20 jum iddedikati għall-eżamijiet orali, erba’ kumitati ta’ evalwazzjoni, jiġifieri tnejn f’kull ċentru ta’ evalwazzjoni, qasmu kull jum l-intervisti bejniethom. B’kollox, 80 kumitat ta’ evalwazzjoni għalhekk evalwaw il-kandidati matul l‑20 jum ta’ eżamijiet. Għalkemm parti minn dawn il-kumitati kellhom, diversi drabi matul dan il-perijodu, kompożizzjoni identika, mir-risposti tal-EUIPO tat‑28 ta’ Frar u tad‑<DATE ISO="20200409">9 ta’ April 2020</DATE> jirriżulta li, matul l-imsemmi perijodu, mhux inqas minn 26 kumitat ta’ evalwazzjoni differenti evalwaw il-kompetenzi tal‑196 kandidat mistiedna għall-imsemmija eżamijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mir-risposti tal-EUIPO tat‑28 ta’ Frar u tad‑<DATE ISO="20200409">9 ta’ April 2020</DATE> jirriżulta wkoll li ebda membru permanenti jew supplenti ma pparteċipa fl-intervisti kollha, peress li r-rata ta’ preżenza l-iktar għolja kienet ta’ 22 % u l-iktar baxxa ta’ 17 %. Barra minn hekk, ebda kumitat ta’ evalwazzjoni ma evalwa l-kompetenzi ta’ iktar minn 33 kandidat waqt l-eżamijiet orali kollha (jiġifieri b’kollox 392 intervista), li jirrappreżenta inqas minn wieħed minn għaxra tal-kandidati. Għaldaqstant, ebda kumitat ta’ evalwazzjoni ma assista għal iktar minn 7 ijiem ta’ eżamijiet orali u lanqas għal iktar minn tlett ijiem konsekuttivi ta’ eżamijiet. Fost it-tliet membri li pparteċipaw fl-ikbar numru ta’ intervisti, b’rata ta’ preżenza ta’ 22 % għall-ewwel wieħed u ta’ 21.6 % għat-tnejn l-oħra, tnejn biss intervistaw flimkien lill-kandidati, fejn huma għamlu dan waqt tmien intervisti biss, li jirrappreżentaw biss 2 % tal-eżamijiet orali. Bħala eżempju, il-kumitat ta’ evalwazzjoni li evalwa lir-rikorrent waqt l-intervista tiegħu dwar il-kompetenzi speċifiċi ltaqa’ biss dakinhar u, fi kwalunkwe każ, evalwa biss sitt kandidati, matul sitt intervisti, li jirrappreżentaw biss 1.5 % tal-eżamijiet orali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li, kif enfasizza r-rikorrent u kif irrikonoxxa l-EUIPO, il-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla esperjenzat fluttwazzjoni sinjifikattiva ħafna matul l-eżamijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-impossibbiltà li tiġi żgurata l-preżenza tal-membri kollha tal-Bord tal-Għażla fl-eżamijiet kollha</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li, f’dan il-każ, il-fluttwazzjoni fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla kienet neċessarja minħabba l-impossibbiltà li tiġi żgurata l-preżenza tal-membri kollha tal-Bord tal-Għażla f’kull eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont il-ġurisprudenza, l-istabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla għandha tiġi żgurata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>sa fejn huwa possibbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’mod eċċezzjonali, problemi loġistiċi, pereżempju, jistgħu jiġġustifikaw il-fatt li kull membru tal-Bord tal-Għażla ma jkunx preżenti f’kull eżami (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Brune vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑5/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:111">EU:F:2010:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Honnefelder vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑41/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:112">EU:F:2010:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta, f’kompetizzjoni li tinvolvi diversi kandidati, l-organizzazzjoni ta’ eżamijiet orali tqajjem diffikultajiet kbar marbuta, minn naħa, mal-organizzazzjoni ta’ eżamijiet multipli għal kandidati li jappartjenu għal gruppi lingwistiċi differenti u, min-naħa l-oħra, man-neċessità, għall-membri tal-Bord tal-Għażla jew, fi kwalunkwe każ, uħud minnhom, li josservaw ir-rekwiżiti tas-servizz tagħhom, meta l-kompetizzjonijiet jiżvolġu fuq perijodu relattivament twil (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080312">12 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Giannini vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑100/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:68">EU:T:2008:68</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0196">196</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, in-neċessità li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku tista’ tiġġustifika flessibbiltà fir-rigorożità tar-regola tal-istabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790213">13 ta’ Frar 1979</DATE>, <NAME.CASE>Martin vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>24/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:37">EU:C:1979:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-EUIPO jinvoka tliet raġunijiet sabiex jiġġustifika li l-karatteristiċi partikolari tar-reklutaġġ organizzat u r-restrizzjonijiet li ltaqgħet magħhom fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni kienu jeħtieġu flessibbiltà fl-applikazzjoni tar-regola tal-istabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-EUIPO jsostni li kellhom jiġu implimentati kumitati ta’ evalwazzjoni differenti sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni, minn naħa, il-lingwi li fihom kellhom isiru l-intervisti u, min-naħa l-oħra, l-organizzazzjoni ta’ intervisti b’mod parallel f’żewġ ċentri ta’ evalwazzjoni sabiex jiġi evitat li l-kompetizzjoni testendi fuq perijodu twil wisq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-informazzjoni pprovduta mill-EUIPO jirriżulta li, mit‑392 intervista inkwistjoni, 342, jiġifieri kważi disa’ intervisti minn għaxra, saru bl-Ingliż. 50 intervista biss, jiġifieri bilkemm waħda minn għaxra, saru f’lingwa oħra, jiġifieri 20 bl-Ispanjol, 18 bil-Ġermaniż, tmienja bil-Franċiż u erbgħa bit-Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>B’kollox, fl‑20 jum iddedikati għall-eżamijiet orali, il-kumitati ta’ evalwazzjoni evalwaw il-kandidati iktar minn tmien darbiet minn għaxra bl-Ingliż, u inqas minn darbtejn minn għaxra f’waħda mill-erba’ lingwi l-oħra. B’hekk, għal dawn tal-aħħar, l-intervisti setgħu jiġu limitati għal tlett ijiem fl-ewwel ċentru ta’ evalwazzjoni (fil‑5, fit‑12 u fid‑<DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>) u għal erbat ijiem fit-tieni wieħed (fil‑5, fit‑12, fid‑19 u fl‑<DATE ISO="20171024">24 ta’ Ottubru 2017</DATE>), filwaqt li l-intervisti bl-Ingliż fl-ewwel ċentru damu 17‑il jum u dawk fit-tieni ċentru damu 16‑il jum.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mit-tabella kkomunikata waqt is-seduta mill-EUIPO jirriżulta wkoll li l-għaxar membri tal-Bord tal-Għażla, permanenti u supplenti, kienu kapaċi jmexxu l-intervisti bl-Ingliż. Il-kapaċitajiet lingwistiċi tagħhom kienu barra minn hekk suffiċjentement estiżi sabiex ikunu jistgħu jassistu għall-intervisti fil-parti l-kbira tal-erba’ lingwi l-oħra. Fil-fatt, skont din it-tabella, dawn l-għaxar membri tal-Bord tal-Għażla setgħu jassistu wkoll għall-intervisti bl-Ispanjol, sebgħa minnhom għall-intervisti bil-Franċiż, sitta għall-intervisti bil-Ġermaniż u erba’ għall-intervisti bit-Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-diversità lingwistika ma tippermettix, waħedha, li tiġi ġġustifikata l-fluttwazzjoni kkonstatata, fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla, fil-punti 40 u 41 iktar ’il fuq. B’mod partikolari, il-kapaċitajiet vasti lingwistiċi li kellhom il-membri tal-Bord tal-Għażla u l-proporzjon kbir ħafna ta’ intervisti bl-Ingliż ma jiġġustifikawx li żewġ membri tal-Bord tal-Għażla jevalwaw biss kull kandidat waqt l-intervisti u lanqas li kull membru tal-Bord tal-Għażla jintervista numru daqshekk baxx ta’ kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanza li l-eżamijiet tqassmu bejn żewġ ċentri ta’ evalwazzjoni sabiex jitqassar it-tul tal-kompetizzjoni, din lanqas ma tippermetti li tiġġustifika, fiha nnifisha, l-istabbiliment ta’ numru daqshekk kbir ta’ kumitati ta’ evalwazzjoni differenti, f’dan il-każ 26.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-EUIPO jsostni li kellhom jiġu implimentati kumitati ta’ evalwazzjoni differenti sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ diversi kunflitti ta’ interess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Mistieden jispjega dan l-argument, l-EUIPO indika, fis-seduta, mingħajr ma seta’ jipprovdi elementi oħra, li, f’dan il-każ, il-kunflitti ta’ interess li kienu ltaqgħu magħhom setgħu jaqgħu taħt żewġ kategoriji, jiġifieri, minn naħa, l-eżistenza ta’ relazzjonijiet ta’ ħbiberija u, min-naħa l-oħra, dik ta’ rabta ġerarkika, bejn ċerti kandidati u xi membri tal-Bord tal-Għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Wara li reġa’ ġie mistieden jispjega dan l-argument, l-EUIPO rrikonoxxa, waqt is-seduta, li ma setax jippreċiża l-kunflitti ta’ interessi li effettivament kienu ppreżentaw ruħhom u lanqas li jipprovdi eżempji speċifiċi ta’ tali kunflitti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat sa fejn ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interessi seta’ jeħtieġ funzjonament tal-Bord tal-Għażla bħal dak deskritt fil-punti 40 u 41 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-EUIPO jinvoka l-impossibbiltà, għal ċerti membri tal-Bord tal-Għażla, li jkunu suffiċjentement disponibbli sabiex ikollhom intervista ma’ kull kandidat jew, fi kwalunkwe każ, numru kbir minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni tagħmel parti mill-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-aġenziji u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġġestixxu r-riżorsi umani mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-aġenziji u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jilliberaw il-persunal assenjat għar-reklutaġġ matul perijodu suffiċjenti sabiex ikun jista’ jiżgura l-missjoni tiegħu, bir-riskju li ma jkunx jista’ jirrekluta, kif madankollu huwa meħtieġ, l-uffiċjali jew il-membri tal-persunal li jkollhom l-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità (ara l-punt 31 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ ta’ impedimenti, il-membri permanenti ta’ Bord tal-Għażla jistgħu jiġu ssostitwiti, għall-eżamijiet sostnuti minn ċerti kandidati, minn membri supplenti sabiex il-Bord tal-Għażla jkun jista’ jwettaq ix-xogħlijiet tiegħu f’terminu raġonevoli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050913">13 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Pantoulis vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑290/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:316">EU:T:2005:316</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li ċ-ċirkustanzi msemmija mill-EUIPO ma jiġġustifikawx id-diviżjoni tal-Bord tal-Għażla f’26 kumitat ta’ evalwazzjoni differenti sabiex jiġu intervistati l‑196 kandidat għall-eżamijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-koordinazzjoni stabbilita sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-kandidati, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Ikkritikat f’dan ir-rigward mir-rikorrent, l-EUIPO jsostni li l-fluttwazzjoni fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla kien aċċettabbli fid-dawl tal-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, l-istabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla ma hijiex rekwiżit fiha nnifisha, iżda mezz sabiex tiġi ggarantita l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi eskluż li l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni jistgħu jinkisbu b’mezzi bħall-implimentazzjoni tal-koordinazzjoni neċessarja sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ dawn it-tliet prinċipji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iqis li dan ma kienx il-każ f’dan il-każ, għall-kuntrarju tal-EUIPO li bbaża ruħu fuq is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienu ġew previsti diversi miżuri sabiex jiġu rrimedjati, għall-eżamijiet orali li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, diversi preġudizzji konjittivi ġeneralment ikkonstatati fl-evalwaturi, u b’hekk tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni (punt 25 tal-imsemmija sentenza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kien previst li l-Bord tal-Għażla kellu jiltaqa’:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>sabiex jiddeċiedi dwar il-mod kif l-eżamijiet kienu ser jiżvolġu;</P></ITEM><ITEM><P>kull jumejn jew tlett ijiem, kull darba li l-marki mogħtija lill-kandidati jinġabru flimkien sabiex issir evalwazzjoni dwar il-kompetenzi tal-kandidati li jkunu ġew intervistati matul dan il-perijodu ta’ żmien;</P></ITEM><ITEM><P>sabiex tiġi vverifikata l-koerenza tal-evalwazzjonijiet li saru fuq il-kandidati wara l-eżamijiet kollha, id-deċiżjonijiet finali li għandhom jittieħdu kollettivament mill-Bord tal-Għażla kollu abbażi tar-riżultati fl-eżamijiet kollha (punti 26 u 71 tal-imsemmija sentenza).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kien previst li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri implimentati intiżi sabiex jirrimedjaw għal diversi preġudizzji konjittivi ġeneralment ikkonstatati fl-evalwaturi u sabiex b’hekk tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-kandidati, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni, fosthom:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-użu ta’ testijiet prestrutturati li jsegwu metodoloġija prestabbilita li juża indikaturi ta’ aġir iddefiniti minn qabel;</P></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><P>il-parteċipazzjoni tal-President tal-Bord tal-Għażla għall-ewwel minuti tal-eżamijiet kollha sabiex iħares għall-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija;</P></ITEM><ITEM><P>it-twettiq ta’ studji u ta’ analiżi sabiex tiġi vverifikata l-koerenza tal-immarkar (punti 26 u 72 tal-imsemmija sentenza).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għandu jiġi ddeterminat jekk, kif isostni l-EUIPO, tali miżuri ta’ koordinazzjoni ġewx implimentati f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-iskambji fi ħdan il-Bord tal-Għażla</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li, minn naħa, skambji ta’ opinjonijiet regolari bejn il-membri tal-Bord tal-Għażla u, min-naħa l-oħra, laqgħat ta’ kull ġimgħa tal-Bord tal-Għażla kollu ppermettew lil dan tal-aħħar jiddiskuti l-prestazzjonijiet tal-kandidati kollha li l-kompetenzi tagħhom diġà ġew evalwati u li jwettaq eżami komparattiv tal-imsemmija kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrent iqis li l-iskambji u l-laqgħat inkwistjoni ma setgħux jippermettu skambju ta’ opinjonijiet dwar il-merti relatati mal-kandidati, fin-nuqqas ta’ nukleu komuni ta’ eżaminaturi li evalwa proporzjon suffiċjentement kbir ta’ kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-iskambji bejn il-membri tal-Bord tal-Għażla li seħħew qabel, matul u wara l-eżamijiet, għandhom importanza partikolari sabiex tiġi ggarantita l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-EUIPO pprovda l-folji ta’ preżenza ta’ 19‑il laqgħa li seħħew qabel l-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, bejn id‑<DATE ISO="20161209">9 ta’ Diċembru 2016</DATE> u l‑<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-membri kollha tal-Bord tal-Għażla ma kinux preżenti f’kull waħda mid‑19‑il laqgħa inkwistjoni. Barra minn hekk, ma ġew prodotti l-ebda minuti tal-imsemmija laqgħat, b’tali mod li huwa impossibbli li wieħed ikun jaf x’ġie diskuss fihom. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma tistax tivverifika jekk kienx matul dawn il-laqgħat li ġie deċiż il-mod kif l-eżamijiet kienu ser jiżvolġu, bħal fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, jista’ jiġi osservat li, peress li l-istess laqgħat żvolġew qabel il-bidu tal-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, huma ma setgħux jippermettu lill-Bord tal-Għażla jeżamina l-prestazzjonijiet u l-merti tal-kandidati u lanqas li jwettaq evalwazzjoni komparattiva ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-EUIPO jinvoka l-eżistenza ta’ seba’ laqgħat ta’ kull ġimgħa matul il-fażi tal-kompetizzjoni organizzata fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Il-Bord tal-Għażla ltaqa’ fi tmiem kull waħda mis-seba’ ġimgħat ta’ eżamijiet orali, jiġifieri fil‑15, fit‑22 u fid‑<DATE ISO="20170929">29 ta’ Settembru 2017</DATE> u sussegwentement fst‑6, fit‑13, fl‑20 u fis‑<DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Madankollu, il-provi prodotti mill-EUIPO ma jippermettux li jiġi vverifikat, b’mod partikolari, liema kienu l-membri tal-Bord tal-Għażla preżenti matul is-seba’ laqgħat ta’ kull ġimgħa inkwistjoni u liema kien l-għan preċiż ta’ dawn il-laqgħat, b’mod partikolari sa fejn dawn il-laqgħat taw lok għal skambji dwar il-prestazzjoni tal-kandidati u l-evalwazzjoni komparattiva ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Qabelxejn, filwaqt li, fit-tweġiba tiegħu tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>, l-EUIPO jiddikjara li, matul is-seba’ laqgħat ta’ kull ġimgħa inkwistjoni, il-Bord tal-Għażla kien jiltaqa’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ġeneralment kollu kemm hu, inklużi l-President u l-Viċi President<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kien biss okkażjonalment, meta membru <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> ma kienx disponibbli, li dan kien jiġi ssostitwit mis-supplent tiegħu, li kien jagħmel parti mill-Bordijiet<?PAGE NO="11"?> tal-Għażla tal-ġimgħa kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fit-tweġiba tiegħu tad‑<DATE ISO="20200409">9 ta’ April 2020</DATE>, huwa jindika li kienu pparteċipaw fil-laqgħat ta’ kull ġimgħa unikament il-membri tal-Bord tal-Għażla li kienu wettqu l-intervisti matul il-ġimgħa kkonċernata, inklużi l-President u l-Viċi President tal-Bord tal-Għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Sussegwentement, kuntrarjament għal dak li għamel l-EUIPO għal-laqgħat tal-Bord tal-Għażla li nżammu qabel u wara l-eżamijiet orali, huwa ma kkomunika l-ebda lista ta’ preżenza dwar is-seba’ laqgħat ta’ kull ġimgħa inkwistjoni u lanqas ebda dokument ieħor li jippermetti li jiġu vverifikati d-dikjarazzjonijiet tiegħu. Mistoqsi speċifikament dwar dan is-suġġett darbtejn fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, huwa wieġeb li tali listi ta’ preżenza ma kinux ġew stabbiliti fir-rigward ta’ dawn il-laqgħat tal-aħħar. Madankollu, il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tal-Għażla tad‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE> ikkomunikati mill-EUIPO jirreferu għal minuti tal-laqgħa tal-Bord tal-Għażla tal‑<DATE ISO="20171020">20 ta’ Ottubru 2017</DATE>, jiġifieri l-laqgħa li saret wara s-sitt ġimgħa tal-imsemmija eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Matul is-seduta, l-EUIPO rrikonoxxa, fuq dan il-punt, l-eżistenza ta’ kontradizzjoni, mingħajr madankollu ma seta’ jikkonferma l-eżistenza jew l-assenza tal-minuti apparentement stabbiliti fi tmiem din il-laqgħa tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-EUIPO kkomunika l-minuti ta’ seba’ laqgħat li nżammu wara l-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, fis‑7, fit‑8, fid‑9, fis‑17, fil‑21 u fit‑<DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE> kif ukoll fl‑<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>matul il-laqgħa tas‑<DATE ISO="20171107">7 ta’ Novembru 2017</DATE>, l-EPSO ppreżenta l-istatistika dwar l-evalwazzjoni tal-eżamijiet bil-miktub, imbagħad, fuq il-proposta tiegħu, il-Bord tal-Għażla pproċeda bl-istandardizzazzjoni tal-marki billi neħħa d-differenzi fl-immarkar imwettaq minn membri differenti tal-Bord tal-Għażla;</P></ITEM><ITEM><P>matul il-laqgħa tat‑<DATE ISO="20171108">8 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-Bord tal-Għażla eżamina l-ilmenti li kienu ġew indirizzati lilu u talab kjarifika dwar il-marki partikolarment baxxi, billi sema’ spjegazzjoni dwar il-kontrolli ta’ kwalità mwettqa mill-EPSO;</P></ITEM><ITEM><P>waqt il-laqgħa tad‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-Bord tal-Għażla eżamina mill-ġdid il-marki ta’ ċerti kandidati, iddeċieda dwar abbozz ta’ lista ta’ riżerva u vverifika d-dokumenti pprovduti mill-kandidati magħżula, sabiex jiġġustifika l-esperjenza tagħhom fil-proprjetà intellettwali;</P></ITEM><ITEM><P>matul il-laqgħat tas‑17 u tal‑<DATE ISO="20171121">21 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-membri tal-Bord tal-Għażla eżaminaw id-dokumenti kkomunikati mill-kandidati li jistabbilixxu l-esperjenza tagħhom fil-qasam tal-proprjetà intellettwali;</P></ITEM><ITEM><P>matul il-laqgħa tat‑<DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-Bord tal-Għażla kompla dan l-eżami u organizza l-bqija tal-proċess billi awtorizza t-tħejjija tar-rapport motivat tal-Bord tal-Għażla, il-preparazzjoni ta’ nota intiża għad-direttur tal-EPSO u l-komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti lid-direttur eżekuttiv tal-EUIPO;</P></ITEM><ITEM><P>waqt il-laqgħa tal‑<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>, il-Bord tal-Għażla eżamina l‑35 talba għal reviżjoni li kienu ġew indirizzati lilu billi ddeċieda li jikkonferma, f’dawn il-każijiet kollha, id-deċiżjonijiet inizjali tiegħu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-eżami komparattiv li għamel il-Bord tal-Għażla ma kienx jirrigwarda l-marki tal-kandidati kollha, iżda kien jikkonċerna d-differenzi bejn il-marki, il-marki li kienu wasslu għal ilment u dawk li, skont id-dokumenti ppreżentati lill-membri tal-Bord tal-Għażla, kienu ta’ natura anormalment baxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Tali eżami jiżgura mingħajr dubju, mill-perspettiva diġitali, tqarrib fl-immarkar imwettaq mill-eżaminaturi, iżda ma jippermettix li jiġi stabbilit li, kif meħtieġ mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fuqha bbaża ruħu l-EUIPO, il-membri qabblu, b’mod effettiv, il-kandidati b’mod li tiġi ggarantita l-ugwaljanza bejniethom, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-EUIPO ma pproduċiex il-prova li l-Bord tal-Għażla kien iltaqa’ fil-kompożizzjoni sħiħa tiegħu sabiex jadotta d-deċiżjonijiet finali abbażi tar-riżultati fl-eżamijiet kollha bħal fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-informazzjoni pprovduta mill-EUIPO jirriżulta li ċertu numru ta’ deċiżjonijiet kienu ġew iffinalizzati, minn naħa, waqt il-laqgħa tad‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, meta r-riżultati ta’ ċerti kandidati għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni ġew irreveduti u, min-naħa l-oħra, waqt l-aħħar laqgħa tal-Bord tal-Għażla, fl‑<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>, meta t-talbiet għal reviżjoni dwar id-deċiżjonijiet inizjali tal-Bord tal-Għażla ta’ 35 kandidat ġew eżaminati u l-Bord tal-Għażla ddeċieda li jiċħadhom. Għalkemm il-membri kollha, permanenti u supplenti, tal-Bord tal-Għażla kienu preżenti għal dawn iż-żewġ laqgħat, għandu jiġi osservat li l-Viċi President ma kinitx preżenti għall-aħħar waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-EUIPO ma pproduċiex provi suffiċjenti li jippermettu li jiġi stabbilit li skambji regolari bejn il-membri tal-Bord tal-Għażla kienu jippermettu li tiġi żgurata l-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni tal-kandidati u, għaldaqstant, l-ugwaljanza fit-trattament bejn dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-metodoloġija u l-kriterji ta’ evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li bbaża ruħu fuq metodoloġija u kriterji ta’ evalwazzjoni ddefiniti minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Mistoqsi dwar dan il-punt mill-Qorti Ġenerali, l-EUIPO pprovda, fl-Anness F.8 tat-tweġiba tiegħu tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>, dokument mingħajr titolu ta’ 13‑il paġna, mingħajr ma seta’ jispjega waqt is-seduta kif dan id-dokument kien jinkludi l-kriterji ta’ evalwazzjoni meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>L-ewwel paġna tad-dokument inkwistjoni, komposta minn żewġ tabelli u minn ħames kaxxi kull waħda redatta f’waħda mill-ħames lingwi tal-kompetizzjoni, tinkludi:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-lista ta’ kompetenzi evalwati waqt l-intervista dwar il-kompetenzi speċifiċi, li jidhru b’mod partikolari fl-Annessi I u II tal-avviż ta’ kompetizzjoni dwar in-natura tal-funzjonijiet ta’ amministratur u l-kriterji ta’ selezzjoni, u fil-passaport ta’ kompetenzi tar-rikorrent;</P></ITEM><ITEM><P>l-iskala ta’ immarkar ta’ dawn il-kompetenzi u l-ippeżar ta’ kull waħda minnhom fil-marka globali tal-kandidati għall-intervista dwar il-kompetenzi speċifiċi;</P></ITEM><ITEM><P>l-iskala tal-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-kandidati waqt din l-intervista (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>insuffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sodisfaċenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kompetenti ħafna<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>eċċellenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) stabbilita minn din l-iskala ta’ immarkar.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>It-tieni sat-tlettax-il paġna tad-dokument inkwistjoni huma tabelli li jixbhu waħda miż-żewġ tabelli tal-ewwel paġna tal-imsemmi dokument. L-imsemmija tabelli jidhru li ntużaw sabiex jiġu evalwati l-kandidati matul l-intervista tagħhom dwar il-kompetenzi speċifiċi. L-EUIPO ma indikax fuq liema bażi kienet saret l-għażla ta’ dawn it-tabelli u b’mod partikolari jekk kinux jikkonċernaw kandidati inklużi fil-lista ta’ riżerva. L-ebda waħda mit-tabelli inkwistjoni ma tidher li tikkonċerna lir-rikorrent, peress li l-ebda waħda mill-marki globali inklużi fihom ma tikkorrispondi għal dik li ġiet attribwita lilu waqt l-intervista tiegħu dwar il-kompetenzi speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-informazzjoni li tinsab fl-Anness F.8 tat-tweġiba tal-EUIPO tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE> ma tistax titqies suffiċjenti sabiex tikkostitwixxi l-kriterji ta’ evalwazzjoni ddefiniti minn qabel meħtieġa mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, fl-imsemmija kawża, minbarra l-kompetenzi li għandhom jiġu evalwati, l-iskala ta’ punti u l-iskala tal-evalwazzjonijiet abbażi ta’ din<?PAGE NO="13"?> l-iskala ta’ punti, il-Bord tal-Għażla kien ukoll obbligat jiddefinixxi qabel l-eżamijiet il-kriterji oġġettivi, ta’ natura kwalitattiva, li jippermettu li tiġi applikata l-imsemmija skala. Dawn il-kriterji kellhom b’mod partikolari jinkludu l-elementi mistennija min-naħa tal-kandidati waqt il-prestazzjoni tagħhom, li l-membri tal-Bord tal-Għażla kellhom jieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jevalwaw il-kandidati, liema evalwazzjoni kellha sussegwentement tiġi rfinata b’evalwazzjoni komparattiva, li tieħu inkunsiderazzjoni l-prestazzjoni tal-kandidati l-oħra. Issa, f’din il-kawża, xejn fl-imsemmi anness jew f’xi parti oħra tal-proċess ma jippermetti li jiġu identifikati tali kriterji u lanqas <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> li jiġi vverifikat li dawn tal-aħħar ġew stabbiliti qabel il-bidu tal-eżamijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-presidenza tal-Bord tal-Għażla</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>L-EUIPO jenfasizza li l-President u l-Viċi President tal-Bord tal-Għażla kellhom rwol importanti fil-koordinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, din il-koordinazzjoni kienet żgurata permezz, minn naħa, tal-preżenza tal-President jew tal-Viċi President tal-Bord tal-Għażla matul xi minuti fil-bidu ta’ kull eżami u, min-naħa l-oħra, mill-iskambju ta’ opinjonijiet ta’ kuljum matul l-eżamijiet bejnha u bejnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrent iqis li l-preżenza tal-President tal-Bord tal-Għażla jew tal-Viċi President tiegħu matul l-eżamijiet ma kinitx suffiċjenti sabiex jiġi żgurat ir-rwol ta’ koordinazzjoni li kien jaqa’ fuqhom. Il-President seta’ jevalwa biss indirettament il-merti tal-kandidati, mingħajr ma seta’ jiżgura l-koerenza tal-evalwazzjoni u tal-paragun tal-kandidati, peress li kien jiddependi kompletament fuq il-parir ta’ terzi u li l-preżenza tiegħu waqt l-intervista dwar il-kompetenzi speċifiċi tar-rikorrent kienet qasira wisq, minn ħames sa seba’ minuti biss. Barra minn hekk, il-President tal-Bord tal-Għażla u l-Viċi President ma evalwawx il-kompetenzi tal-kandidati, iżda semgħu biss il-membri tal-Bord tal-Għażla li intervistawhom. Barra minn hekk, huma ma assistewx simultanjament għall-intervisti, iżda alternattivament, b’tali mod li huwa impossibbli li jiġi żgurat li huma applikaw l-istess kriterji waqt l-evalwazzjoni tal-prattika tal-membri tal-Bord tal-Għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokata mill-EUIPO, il-President tal-Bord tal-Għażla kien jassisti għall-ewwel minuti ta’ kull eżami sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija (punti 26 u 72 tal-imsemmija sentenza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-EUIPO indika li l-President u l-Viċi President tal-Bord tal-Għażla kienu preżenti bħala medja għall-ewwel għaxra jew ħmistax‑il minuta ta’ kull intervista. Barra minn hekk, huwa spjega li peress li l-eżamijiet kienu tqassmu bejn żewġ ċentri ta’ evalwazzjoni, dawn iż-żewġ persuni kienu qasmu l-intervisti bejn kull wieħed mill-imsemmija ċentri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi jirriżulta li l-President u l-Viċi President tal-Bord tal-Għażla qatt ma assistew, flimkien, għall-ewwel minuti tal-istess intervista. Fuq dan il-punt, l-organizzazzjoni stabbilita fil-kompetizzjoni titbiegħed mill-metodu eżaminat fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn kienet ġiet żgurata kontinwità fl-intervisti permezz tal-preżenza tal-istess persuna, f’dan il-każ il-President tal-Bord tal-Għażla, fl-ewwel minuti ta’ kull intervista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Skont l-EUIPO, il-kontinwità fl-intervisti setgħet tiġi żgurata permezz ta’ skambji ta’ opinjonijiet ta’ kuljum, matul l-eżamijiet kollha, bejn il-President u l-Viċi President tal-Bord tal-Għażla, peress li dawn l-iskambji kienu jippermettulhom jarmonizzaw l-approċċi bejn il-kumitati ta’ evalwazzjoni differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Sabiex jistabbilixxi r-realtà ta’ dawn l-iskambji, l-EUIPO rrefera, fis-seduta, għat-tieni paġna tal-Anness F.9 tat-tweġiba tiegħu tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>. Dan id-dokument, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>IP COMP AD/01/2017 MARKING ANALYSIS FOR DATE<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bid-data miktuba bl-idejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>26/9/17<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jikkostitwixxi<?PAGE NO="14"?> folja ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ ħames kandidati li jikkonċernaw erba’ eżamijiet, jiġifieri tliet eżamijiet li jevalwaw il-kompetenzi ġenerali u l-intervista dwar il-kompetenzi speċifiċi. Fuq din il-formola, numru miċ-ċifri li jidher li jikkostitwixxu l-marki mogħtija lil dawn il-kandidati matul dawn l-eżamijiet tniżżlu bl-idejn. Barra minn hekk, il-kliem miktub bl-idejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>checked<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ok<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jinsabu fin-nofs tal-paġna. Numru minn dawn iċ-ċifri huma wkoll enfasizzati bl-isfar. Fl-aħħar nett, għal tlieta mill-ħames kandidati kkonċernati, it-tieni kolonna tat-tabella, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Comments<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, tinkludi l-ittra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>F<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> miktuba bl-idejn bl-għajnuna ta’ highlighter isfar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Madankollu, it-tieni paġna tal-Anness F.9 tat-tweġiba tal-EUIPO tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE> tikkonċerna l-evalwazzjoni tal-kompetenzi tal-kandidati, kif ġie rrikonoxxut mill-EUIPO fis-seduta, u mhux dik tal-membri tal-Bord tal-Għażla. Għaldaqstant, dan id-dokument ma jippermettix li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ skambji ta’ opinjonijiet bejn il-President u l-Viċi President tal-Bord tal-Għażla dwar il-koordinazzjoni tal-metodi ta’ ħidma tal-membri tal-Bord tal-Għażla, u wisq inqas in-natura allegatament ta’ kuljum ta’ dawn l-iskambji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ebda element ma jippermetti li jiġi stabbilit l-effett li seta’ kellhom l-iskambji inkwistjoni. B’mod partikolari, l-EUIPO ma pprovda ebda spjegazzjoni dwar it-trażmissjoni tar-riżultati ta’ dawn l-iskambji lill-kumitati differenti ta’ evalwazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tagħhom mill-imsemmija kumitati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-EUIPO jsostni li d-deċiżjoni ADM-16-60, tat‑<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, li tinnomina lill-Bord tal-Għażla, u l-erba’ deċiżjonijiet ulterjuri li emendawh kienu taw speċifikament lill-Viċi President tal-Bord tal-Għażla l-funzjoni li tiżgura l-armonizzazzjoni tal-kriterji u tal-metodi ta’ ħidma fil-kuntest tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-Viċi President tal-Bord tal-Għażla kienet assenti għal diversi laqgħat li ppreċedew jew segwew l-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, filwaqt li dawn il-laqgħat kienu jikkostitwixxu, skont l-EUIPO, stadju ewlieni fil-proċedura intiża li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-kandidati, il-koerenza tal-immarkar u l-oġġettività tal-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>B’hekk, skont il-folji ta’ preżenza pprovduti fl-Anness F.4 tat-tweġiba tal-EUIPO tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>, il-Viċi President tal-Bord tal-Għażla attendiet biss għal 12 minn 19‑il laqgħa qabel l-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u għalhekk kienet assenti għal seba’ minnhom, jiġifieri għal iktar minn terz minn dawn il-laqgħat. Issa, minkejja li l-EUIPO ma pprovda ebda indikazzjoni dwar is-suġġett ta’ dawn il-laqgħat, huwa probabbli li dawn kienu determinanti sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ ħidma matul l-eżamijiet li kienu ser isegwu u sabiex jippreparaw lill-membri tal-Bord tal-Għażla għal dan il-għan, li kien jaqa’ taħt il-missjoni primarja tal-Viċi President.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-seba’ laqgħat li saru wara l-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, il-Viċi President tal-Bord tal-Għażla, skont il-minuti ta’ dawn il-laqgħat, attendiet għal ħamsa minnhom. Min-naħa l-oħra, hija kienet assenti fil-laqgħa tal‑<DATE ISO="20171121">21 ta’ Novembru 2017</DATE>, li matulha ġew diskussi d-dokumenti pprovduti minn diversi kandidati sabiex jistabbilixxu l-esperjenza professjonali tagħhom fil-qasam tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, hija naqset milli tassendi għall-aħħar laqgħa tal-Bord tal-Għażla, fl‑<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>, li matulha l-Bord tal-Għażla ddeċieda li jiċħad il‑35 talba għal reviżjoni mressqa wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-kompetizzjoni. Issa, dawn is-suġġetti jeħtieġu viġilanza partikolari sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Għażla jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ metodoloġija u ta’ kriterji armonizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-ebda informazzjoni ma ġiet ikkomunikata mill-EUIPO dwar il-parteċipanti fil-laqgħat ta’ kull ġimgħa invokati (ara l-punti 78 u 80 iktar ’il fuq), il-Qorti Ġenerali ma tistax tivverifika jekk il-President jew il-Viċi President tal-Bord tal-Għażla kinux preżenti għal dawn il-laqgħat kollha jew għal parti minnhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-twettiq ta’ studji u ta’ analiżijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fl-Anness F.9 tat-tweġiba tiegħu tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>, l-EUIPO pproduċa dokument ta’ żewġ paġni dwar studji u analiżijiet li twettqu sabiex tiġi vverifikata l-koerenza tal-immarkar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>L-EUIPO spjega fis-seduta li l-ewwel paġna tad-dokument inkwistjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Assessor check list (for JSI, CBI, OP)<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, kien jinkludi lista ta’ elementi relatati mal-aġir tal-membri tal-Bord tal-Għażla preżenti waqt l-intervisti li l-President u l-Viċi President tal-Bord tal-Għażla kienu jikkontrollaw matul l-ewwel minuti tal-preżenza tagħhom matul dawn l-intervisti, peress li dan il-kontroll kellu l-għan li jillimita l-preġudizzji konjittivi msemmija iktar ’il fuq (ara l-punti 68 u 70 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda t-tieni paġna tad-dokument inkwistjoni, din tikkonċerna l-evalwazzjoni tal-kompetenzi tal-kandidati, kif indikat fil-punt 100 iktar ’il fuq, u mhux dik tal-membri tal-Bord tal-Għażla. Għaldaqstant, hija ma tistax titqies bħala studju jew analiżi li tippermetti li tiġi vverifikata l-koerenza tal-immarkar bejn l-imsemmija membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija biss l-ewwel paġna tad-dokument inkwistjoni li hija rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ studji u ta’ analiżijiet imwettqa mill-President u mill-Viċi President tal-Bord tal-Għażla. Madankollu, dan huwa dokument verġni li, waħdu, la jippermetti li jiġi vverifikat n-numru ta’ dawn l-istudji u ta’ dawn l-analiżijiet u lanqas jekk tali studji u analiżijiet twettqux għal kull membru tal-Bord tal-Għażla fl-okkażjoni ta’ kull intervista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-EUIPO ma stabbilixxiex l-eżistenza, fis-sens tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Mendoza Asensi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑127/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:14">EU:F:2014:14</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ta’ miżuri suffiċjenti ta’ koordinazzjoni ta’ natura li jiggarantixxu li l-proċedura ta’ selezzjoni tkun ibbażata fuq trattament ugwali u evalwazzjoni koerenti u oġġettiva tal-kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>L-ilment ibbażat, essenzjalment, fuq ksur tar-regola ta’ stabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla għandu għalhekk jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fid-dawl tal-importanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati, ta’ koerenza tal-immarkar u ta’ oġġettività tal-evalwazzjoni, in-nuqqas ta’ osservanza mill-Bord tal-Għażla tal-istabbiltà tal-kompożizzjoni tiegħu jikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali li għandu jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041110">10 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Vonier vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑165/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:331">EU:T:2004:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), mingħajr ma hemm bżonn li jiġu eżaminati l-ilmenti l-oħra mressqa insostenn tal-ewwel motiv u l-motivi l-oħra mqajma mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-kumpens għad-dannu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iqis li sofra dannu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>morali u mhux materjali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ikkawżat mill-aġir illegali tal-Bord tal-Għażla u tal-EUIPO. Dan id-dannu jikkonsisti fil-fatt li d-deċiżjoni kkontestata qegħditu f’sitwazzjoni ta’ inċertezza permanenti mill-inqas mill‑<DATE ISO="20171201">1 ta’ Diċembru 2017</DATE>, liema fatt kien sors kostanti ta’ tħassib minn dak iż-żmien ’l hawn u li kellu impatt il-karriera futura tiegħu fi ħdan l-EUIPO. L-imsemmija deċiżjoni qajmet ukoll dubju dwar il-kapaċitajiet u l-kompetenzi tiegħu, tmur kontra l-aspettattivi raġonevoli tiegħu u tiġġenera għalih stat ta’ tensjoni kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Il-EUIPO jikkontesta din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Unjoni jippreżupponi li jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet, jiġifieri l-illegalità tal-aġir allegat fil-konfront tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-organi, in-natura reali u ċerta tad-dannu invokat u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-illegalità allegata u dan id-dannu (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Girardot</NAME.CASE>,<?PAGE NO="16"?> <NO.CASE>C‑348/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:107">EU:C:2008:107</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080312">12 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Giannini vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑100/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:68">EU:T:2008:68</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0327">327</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Di Bernardo vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑811/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:859">EU:T:2018:859</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Dawn it-tliet kundizzjonijiet huma kumulattivi b’tali mod li l-assenza ta’ waħda minnhom hija biżżejjed sabiex it-talbiet għal kumpens jiġu miċħuda (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990909">9 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Lucaccioni vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑257/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:402">EU:C:1999:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041110">10 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Vonier vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑165/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:331">EU:T:2004:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Di Bernardo vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑811/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:859">EU:T:2018:859</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrent, li jissodisfa l-ewwel kundizzjoni, stabbilixxa li d-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata b’illegalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk jiġi preżunt li d-dannu morali u r-rabta kawżali jistgħu jitqiesu li ġew stabbiliti, peress li r-rikorrent la allega u lanqas <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> ma wera li ġarrab dannu morali distint mill-illegalità li fuqha huwa bbażat l-annullament u li ma jistax jiġi kompletament ikkumpensat b’dan l-annullament, hemm lok li jitqies li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata vvizzjata b’din l-illegalità jikkostitwixxi fih innifsu l-kumpens adegwat u, bħala prinċipju, suffiċjenti għad-dannu morali li din id-deċiżjoni setgħet ikkawżat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060606">6 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Girardot vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑10/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:148">EU:T:2006:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0131">131</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dannu mhux materjali, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura, rikors intiż għall-kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni għandu jinkludi l-elementi li jippermettu li jiġi identifikat l-aġir li bih ir-rikorrent jakkuża lil din l-istituzzjoni, lil dan il-korp jew lil dan l-organu u r-raġunijiet għaliex huwa jqis li teżisti rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu li huwa jallega li ġarrab, kif ukoll in-natura u l-portata ta’ dan id-dannu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑644/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:533">EU:T:2017:533</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Issa, il-provi prodotti mir-rikorrent ma jippermettux li jiġi ddeterminat kif dan tal-aħħar jixtieq jinvoka dannu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>mhux materjali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> distint mid-dannu morali invokat. Anki jekk jitqies li dan huwa l-każ, ir-rikorrent ma pproduċiex provi li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali dannu u lanqas il-portata tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax jitqies li, f’dan il-każ, it-tieni kundizzjoni li għandha tiġi stabbilita sabiex tinkiseb kundanna għad-danni ġiet issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għad-danni għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-rikors għandu jintlaqa’ sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u l-kumplament tiegħu huwa miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Peress li l-EUIPO essenzjalment tilef, hemm lok li huwa jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrent, kif mitlub minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EUIPO/AD/01/17 irrifjuta, wara reviżjoni, li jinkludi lil Lars Helbert fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-grad AD 6, fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martín y Pérez de Nanclares</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20210113">13 ta’ Jannar 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>