Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2006, li tannulla l-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/122742/C/SUP/RU dwar il-provvista ta’ tagħmir informatiku u tal-uffiċċju għan-netwerk ta’ informazzjoni kif ukoll ta’ tagħmir għal integrazzjoni soċjali u għal riedukazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fid-distrett federali ta’ Volga (Federazzjoni tar-Russja).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2006, li tannulla l-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/122742/C/SUP/RU, hija annullata.

2) Il-Kummissjoni u DC-Hadler Networks SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.