Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: AĠĠUSTAMENTI LILL-KOSTITUZZJONI - TITOLU II:AĠĠUSTAMENTI OħRA - Artikolu 15
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0034 - 0034
Artikolu 15 1. Is-subparagrafu li gej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu IV-448(1) tal-Kostituzzjoni: "Konformement mat-Trattat ta' Adeżjoni, il-verżjoni Bulgara u Rumena ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.". 2. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 225 tat-Trattat tal-KEEA għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.". --------------------------------------------------