|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/644 |
19.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/644
tal-14 ta’ Frar 2024
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES/1/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, li stabbiliet operazzjoni militari ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES). |
|
(2) |
Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES. |
|
(3) |
Fid-9 ta’ Frar 2024, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra ta’ Viċi Ammirall Stefano COSTANTINO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES (“il-ħatra proposta”). |
|
(4) |
Fit-13 ta’ Frar 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(5) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Viċi Ammirall Stefano COSTANTINO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/644/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)