|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2985 |
1.6.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12354 – STONEPEAK / CASTROL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2985)
1.
Fil-21 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Stonepeak Partners LP (flimkien mal-affiljati kollha tagħha, “Stonepeak”, l-Istati Uniti); |
|
— |
Castrol Group Holdings Ltd (flimkien mal-affiljati kollha tagħha u l-kumpaniji kkontrollati “Castrol”, ir-Renju Unit), bħalissa kkontrollati minn BP p.l.c. (“bp”, ir-Renju Unit). |
Stonepeak se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Castrol.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Stonepeak hija ditta ta’ investiment alternattiva globali li tispeċjalizza fl-infrastruttura u l-assi reali, bil-kwartieri ġenerali tagħha fi New York, l-Istati Uniti; |
|
— |
Castrol, bil-kwartieri ġenerali fir-Renju Unit, tiżviluppa, tipproduċi u tbigħ lubrikanti, griż, fluwidi berrieda u fluwidi relatati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
KAŻ M.12354 – STONEPEAK / CASTROL
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2985/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)