<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-643/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0643</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:179">EU:C:2019:179</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20190307">7.3.2019</DATE> – Kawża C-643/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Suez II</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2913/92</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 37</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali Komunitarju</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2454/93</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 313</KEYWORD><KEYWORD>Status doganali tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Preżunzjoni tan-natura Komunitarja tal-merkanzija</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-643/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171011">11 ta’ Ottubru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20171117">17 ta’ Novembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Suez II Water Technologies &amp; Solutions Portugal</HT> <HT TYPE="BOLD">Unipessoal Lda</HT>, li kienet GE Power Controls Portugal, Material Eléctrico Lda, u sussegwentement GE Power Controls Portugal Unipessoal Lda</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fazenda Pública,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. Toader, President ta’ Awla, A. Rosas (Relatur) u L. Bay Larsen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Suez II Water Technologies &amp; Solutions il-Portugall, Unipessoal Lda, li kienet GE Power Controls il-Portugall, Material Eléctrico Lda, minn R. Garção Soares, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u N. Vitorino, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn M. Tassopoulou u A. Dimitrakopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Jiménez García u V. Ester Casas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u F. Clotuche-Duvieusart, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1</HT></NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="19961219">19 ta’ Diċembru 1996</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikolu 313(1) u (2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 75/98 tat-<DATE ISO="19980112">12 ta’ Jannar 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 8, p. 404) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament ta’ implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Suez II Water Technologies &amp; Solutions Portugal Unipessoal Lda, li kienet GE Power Controls Portugal, Material Eléctrico Lda, u sussegwentement GE Power Controls Portugal Unipessoal Lda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Suez II<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u il-Fazenda Pública (it-Teżor pubbliku, il-Portugall), dwar l-istatus doganali ta’ ċerta merkanzija akkwistata minn Suez II.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P><HT TYPE="BOLD">3</HT></NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali li kien fis-seħħ matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-perijodu ta’ bejn is-<DATE ISO="20000616">16 ta’ Ġunju 2000</DATE> u l-<DATE ISO="20000824">24 ta’ Awwissu 2000</DATE>, kien jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kodiċi, huma applikabbli definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Status doganali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser l-istatus ta’ merkanzija bħala merkanzija tal-Komunità jew mhux tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Merkanzija tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser merkanzija:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>kompletament miksub fit-territorju doganali tal-Komunità skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23 u li ma jinkorporax oġġetti impurtati minn pajjiżi jew territorji li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità. […]</P></ITEM><ITEM><P>impurtata minn pajjiżi jew territorji li ma jifformawx parti mit-territorju doganali tal-Komunità li nħelsu għal ċirkolazzjoni libera,</P></ITEM><ITEM><P>miksuba jew prodotta fit-territorju doganali tal-Komunità, minn merkanzija li ssir referenza għaliha fit-tieni inċiż waħdu jew minn merkanzija li ssir referenza għaliha fl-ewwel u t-tieni inċiż;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Merkanzija mhux tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser merkanzija minbarra dik li ssir referenza għaliha fis-subparagrafu 7.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>13)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Sorveljanza mill-awtoritajiet doganali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser azzjoni meħuda b’mod ġenerali minn dawk l-awtoritajiet bil-għan li jiżguraw illi r-regoli doganali u, fejn xieraq, dispożizzjonijiet oħra applikabbli għal merkanzija soġġetta għal sorveljanza doganali jiġu osservati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>14)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kontrolli doganali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser atti speċifiċi [bħal eżami ta’ merkanzija, il-verifika tal-eżistenza u tal-awtentiċità ta’ dokumenti, l-eżami tal-kontijiet ta’ impriżi u ta’ dokumenti oħra] sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ regoli doganali u ta’ liġijiet oħrajn [applikabbli għall-merkanzija taħt sorveljanza doganali […];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>19)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Preżentazzjoni ta’ merkanzija lid-dwana<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser in-notifika lill-awtoritajiet doganali, bil-mod stipulat, tal-wasla ta’ merkanzija fl-uffiċċju doganali jew f’kull post ieħor indikat jew approvat mill-awtoritajiet doganali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-Kodiċi Doganali kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-awtoritajiet doganali jistgħu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ, iwettqu l-kontrolli kollha li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-regoli doganali […].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ dan il-kodiċi kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali, kull persuna involuta direttament jew indirettament fil-ħidmiet imsemmija għall-iskop ta’ kummerċ f’merkanzija għandha tipprovdi lill-awtoritajiet doganali bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa, jkun x’ikun il-mezz użat, u l-għajnuna kollha meħtieġa skond it-talba tagħhom u fit-terminu ta’ żmien preskritt.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 tal-Kodiċi Doganali, il-persuni kkonċernati għandhom iżommu, għall-perjodu stipulat fid-dispożizzjonijiet li huma fis-seħħ u mill-anqas għal tliet snin kalendarji, għall-finijiet ta’ verifika doganali, id-dokumenti previsti fl-Artikolu 14 ikun xi jkun il-mezz użat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Taħt it-titolu III tal-Kodiċi Doganali, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Dispożizzjonijiet applikabbli għal merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità sakemm tkun assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, il-Kapitolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Dħul ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha, mill-ħin tad-dħul tagħha, tkun soġġetta għal sorveljanza doganali. Tista’ tkun soġġetta għal kontrolli doganali skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha tibqa’ taħt dik is-sorveljanza għaż-żmien neċessarju biex jiġi stabbilit l-istatus doganali tagħha, jekk ikun xieraq, u fil-każ ta’ merkanzija mhux tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 82(1), sakemm l-istatus doganali tagħha jinbidel, tidħol f’żona ħielsa jew maħżen ħieles jew tkun esportata mill-ġdid jew meqruda skond l-Artikolu 182.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(1) u (5) tal-Kodiċi Doganali kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha titwassal mill-persuna li ddaħħalha fil-Komunità mingħajr dewmien, mir-rotta speċifikata mill-awtoritajiet doganali u skond l-istruzzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fl-uffiċċju doganali nominat mill-awtoritajiet doganali jew f’xi post ieħor nominat jew approvat minn dawk l-awtoritajiet; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>f’żona ħielsa, jekk il-merkanzija ser tiddaħħal f’dik iż-żona ħielsa direttament:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>bil-baħar jew bl-ajru, jew</P></ITEM><ITEM><P>doganali minn fuq l-art mingħajr ma tgħaddi minn parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità, fejn iż-żona ħielsa tmiss mal-fruntiera ta’ l-art bejn Stat Membru u pajjiż terz.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="038.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi 1 sa 4 u l-Artikoli 39 sa 53 m’għandhomx japplikaw għall-merkanzija li tkun ħalliet temporanjament it-territorju doganali tal-Komunità hija u tiċċaqlaq bejn żewġ punti f’dak it-territorju bil-baħar jew bl-ajru, sakemm dak il-ġarr sar b’rotta diretta u b’servizz ta’ l-ajru regolari jew linja tat-trasport bil-baħar mingħajr waqfa barra t-territorju doganali tal-Komunità.</ALINEA><ALINEA>Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal merkanzija mgħobbija f’portijiet jew ajruporti jew fil-portijiet ħielsa ta’ pajjiż terz.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tal-Kodiċi Doganali dwar il-preżentazzjoni ta’ merkanzija lid-dwana, kien jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Merkanzija li, skond l-Artikolu 38(1)(a), tasal fl-uffiċċju doganali jew post ieħor nominat jew approvat mill-awtoritajiet doganali għandha tkun preżentata lid-dwana mill-persuna li daħħlet il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità jew, jekk ikun xieraq, mill-persuna li tassumi responsabbilità għall-ġarr tal-merkanzija wara dak id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 43 tal-Kodiċi Doganali kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Bla ħsara għall-Artikolu 45, merkanzija preżentata lid-dwana […] għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni sommarja.</ALINEA><ALINEA>Id-dikjarazzjoni sommarja għandha tkun preżentata meta l-merkanzija tkun ġiet preżentata lid-dwana […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 44 tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni sommarja għandha ssir fuq formola li tikkorrispondi mal-mudell preskritt mill-awtoritajiet doganali. Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu l-użu, bħala dikjarazzjoni sommarja, ta’ kull dokument kummerċjali jew uffiċjali li jkollu fih id-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tal-merkanzija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dikjarazzjoni sommarja għandha tiġi pprezentata minn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna li daħħlet il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità jew minn kull persuna li tassumi r-responsabbilità għall-ġarr tal-merkanzija wara dak id-dħul;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-persuna li f’isimha aġixxew il-persuni li ssir referenza għalihom fis-subparagrafu (a).<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 4 tal-Kodiċi Doganali tat-Titolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Obbligazzjoni li merkanzija ppreżentata lid-dwana tiġi assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kien jinkludi l-Artikoli 48 u 49.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 48 tal-Kodiċi Doganali kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Merkanzija mhux tal-Komunità preżentata lid-dwana għandha tkun assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana awtorizzat għal dik il-merkanzija mhux tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 49(1) tal-Kodiċi Doganali kien redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1. Fejn merkanzija tkun koperta b’dikjarazzjoni sommarja, il-formalitajiet neċessarji sabiex tkun assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana għandhom jitwettqu fi żmien:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>45 jum mid-data li fiha d-dikjarazzjoni sommarja tiġi preżentata fil-każ ta’ merkanzija li tkun nġarret bil-baħar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>20 jum mid-data li fiha d-dikjarazzjoni sommarja tiġi preżentata fil-każ ta’ merkanzija li tkun inġarret b’mod ieħor mhux bil-baħar.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu IV tal-Kodiċi Doganali, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Trattament jew użu approvat mid-dwana<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, l-Artikolu 59 tal-Kodiċi Doganali kien jistabbilixxi fil-paragrafu (1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1. Il-merkanzija kollha maħsuba biex titqiegħed taħt proċedura doganali għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni għal dik il-proċedura doganali.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 79 ta’ dan il-kodiċi kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Ħelsien għal ċirkolazzjoni libera jagħti lil merkanzija mhux tal-Komunità l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Komunità.</ALINEA><ALINEA>Dan għandu jinvolvi l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali, kompletar ta’ formalitajiet oħra stipulati fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ merkanzija u l-impożizzjoni ta’ kull dazju legalment dovut.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 180 tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="180.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn merkanziji jiddaħħlu jew jiġu ritornati f’parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità jew jitqiegħdu taħt proċedura doganali, iċ-ċertifikat li ssir referenza għalih fl-Artikolu 170(4) jista’ jintuża bħala prova ta’ l-istatus tal-Komunità jew mhux tal-Komunità ta’ dawk il-merkanziji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="180.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn ma jiġix pruvat miċ-ċertifikat jew mezzi oħra li l-merkanziji għandhom status tal-Komunità jew mhux tal-Komunità, il-merkanziji għandhom jitqiesu li huma:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>merkanziji tal-Komunità, għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dazji fuq l-esportazzjoni u liċenzji għall-esportazzjoni jew miżuri ta’ l-esportazzjoni stipulati taħt il-politika kummerċjali,</P></ITEM><ITEM><P>merkanziji mhux tal-Komunità fil-każijiet l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu VII ta’ dan il-kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Dejn doganali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> l-Artikolu 202 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="202.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz ta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-introduzzjoni kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni, jew</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="6"?><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="202.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-mument meta l-merkanziji jiġu introdotti kontra l-liġi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 313 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, li kien fis-seħħ matul il-perijodu kkonċernat mill-kawża prinċipali, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="313.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 180 tal-Kodiċi u għall-eċċezzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-merkanzija kollha fit-territorju doganali tal-Komunità għandha titqies li hi merkanzija Komunitarja, sakemm ma jiġix stabbilit li ma jkollhiex stejtus Komunitarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="313.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dawn li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala merkanzija Komunitarja sakemm ma jiġix stabbilit skont l-Artikoli 314 sa 323 ta’ dan ir-Regolament li għandha stejtus Komunitarju:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità skont l-Artikolu 37 tal-Kodiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>merkanzija f’ħażna temporanja jew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>merkanzija mqiegħda taħt proċedura sospensiva.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA><P>B’deroga minn din id-dispożizzjoni, punt (a), u skond l-Artikolu 38(5) tal-Kodiċi, l-oġġetti miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità għandhom jiġu meqjusa li huma oġġetti Komunitarji sakemm ma jiġix stabbilit li m’ għandhomx status Komunitarju:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fejn, jekk imġarra bl-ajru, l-oġġetti ġew mgħobbija jew trasbordati fl-ajruport tal-Komunità, għal kunsinna lill-ajruport ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità, u meħuda taħt il-koperta ta’ dokument wieħed tat-trapsort imħejji fi Stat Membru,</P></ITEM></LIST><P>jew</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jew fejn, jekk imġarra bil-baħar, l-oġġetti nġarru bil-baħar bejn portijiet fit-territorju doganali tal-Komunità b’servizz regolari tal-bastimenti skond l-Artikoli 313a u 313b<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikoli 314 sa 323 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni kienu jikkonċernaw il-prova tal-istatus Komunitarju tal-merkanzija u l-forom li fihom setgħet tiġi stabbilita din il-prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 314 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="314.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn l-oġġetti mhumiex meqjusa li huma oġġetti Komunitarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 313, l-istatus Komunitarju tagħhom ma jistax ikun stabbilit taħt il-paragrafu 2 sakemm:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma jkunux inġiebu minn Stat Membru ieħor mingħajr ma qasmu t-territorju ta’ pajjiż terz waqt li kienu ġejjin; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>inġiebu minn Stat Membru ieħor u għaddew mit-territorju ta’ pajjiż terz, u inġarru taħt il-kopertura ta’ dokument waħdieni tat-trasport maħruġ fi Stat Membru […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="314.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prova li l-oġġetti għandhom status Komunitarju tista’ tiġi stabbilita unikament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>permezz ta’ wieħed mid-dokumenti hekk kif previst fl-Artikoli 315 sa 318;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>skond ir-regoli preskritti fl-Artikoli 319 sa 323;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 317 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni kien jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="317.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Prova ta’ l-istatus Komunitarju ta’ oġġetti għandha tiġi fornita, skond il-kondizzjonijiet imniżżla hawn taħt, permezz tal-produzzjoni tad-dokument tal-fattura jew tat-trasport li jirrelata ma’ l-oġġetti.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="317.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu japplika biss meta l-fattura jew id-dokument tat-trasport ikollhom x’jaqsmu esklużivament ma’ merkanzija Komunitarja.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Suez II topera fil-Portugall u għandha bħala l-għan tagħha l-industrija u l-kummerċ ta’ tagħmir elettroniku. Hija rċeviet, fl-edifiċji tagħha, merkanzija maħsuba li tintuża fil-kuntest tal-attività industrijali tagħha. Din il-merkanzija ġiet ikkunsinnata u ffatturata matul is-snin 2000, 2001 u 2002 minn impriżi stabbiliti fl-Ungerija u fil-Polonja, li, fid-data tal-fatti, kienu pajjiżi terzi, kif ukoll fl-Isvizzera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-awtoritajiet doganali Portugiżi wettqu spezzjoni fl-edifiċji ta’ Suez II. Din l-ispezzjoni nbdiet fit-<DATE ISO="20021118">18 ta’ Novembru 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara li elenkat il-fatturi kollha marbuta mal-kunsinni tal-imsemmija merkanzija, l-awtoritajiet doganali talbu lil Suez II tippreżenta d-dokumenti li jagħtu prova li din il-merkanzija kienet daħlet fit-territorju tal-Unjoni, li kienet ippreżentata quddiem l-awtoritajiet doganali u kienet ġiet suġġetta għal dikjarazzjoni sommarja kif jirrikjedu l-Artikoli 38 u 43 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Suez II ippreżentat dikjarazzjonijiet ta’ importazzjoni quddiem l-uffiċċji doganali ta’ diversi Stati Membri għall-parti l-kbira tal-merkanzija koperta minn dawn il-fatturi, iżda mhux għall-merkanzija kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tindika li fir-rigward tal-merkanzija provenjenti minn GE Hungary, stabbilita fl-Ungerija, kif ukoll minn GE Polska u Elester, stabbiliti fil-Polonja, Suez II ma pproduċiet l-ebda dokument li jipprova r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tal-merkanzija, bl-għoti ta’ status ta’ merkanzija Komunitarja li tirriżulta minnu, u l-ebda dikjarazzjoni sommarja quddiem l-awtoritajiet doganali, iżda ppreżentat sempliċiment fatturi maħruġa matul is-sena 2000 minn fornituri li għandhom is-sede tagħhom f’dawn il-pajjiżi terzi, jiġifieri barra it-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-awtoritajiet doganali qiesu li l-merkanzija li fir-rigward tagħha ma ġiex ipprovat li kienet ġiet issuġġettata għall-proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera quddiem l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kellha titqies bħala merkanzija mhux Komunitarja. Peress li din il-merkanzija ġiet introdotta fit-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali u, skont l-Artikolu 313(2)(a)<?PAGE NO="8"?> tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, ma huwiex applikabbli għaliha l-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-istatus Komunitarju ta’ merkanzija li tinsab fit-territorju doganali tal-Unjoni, sanċit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-aħħar imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-awtoritajiet doganali kkonkludew li l-merkanzija kkonċernata ġiet introdotta b’mod illegali fit-territorju doganali tal-Unjoni, u din l-illegalità kienet twassal għall-kostituzzjoni ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni, skont l-Artikolu 202(1)(a) tal-Kodiċi Doganali, u, simultanjament, ta’ dejn tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tad-direttur reġjonali tal-litigazzjoni u tal-ispezzjoni doganali ta’ Porto (il-Portugall), tal-<DATE ISO="20030821">21 ta’ Awwissu 2003</DATE>, Suez II intalbet tħallas is-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">353903,04</FT> rappreżentanti d-dejn doganali. L-avviż tal-ħlas ikopri d-djun ikkostitwiti matul il-perijodu ta’ bejn is-<DATE ISO="20000616">16 ta’ Ġunju 2000</DATE> u l-<DATE ISO="20000824">24 ta’ Awwissu 2000</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Suez II ħallset l-imsemmija somma fit-<DATE ISO="20030908">8 ta’ Settembru 2003</DATE>. Billi qieset madankollu, li minkejja li Suez II ma kinitx f’pożizzjoni li tipproduċi l-prova ta’ dan, il-merkanzija kkonċernata kienet diġà ġiet irrilaxxata għal ċirkulazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni minn operaturi differenti, permezz ta’ uffiċċji doganali ta’ diversi Stati Membri, u li f’dan il-każ, l-oneru tal-prova tan-natura mhux Komunitarja ta’ din il-merkanzija huwa impost fuq l-awtoritajiet doganali, Suez II ippreżentat quddiem it-Tribunal Tributário do Porto (il-Qorti Fiskali ta’ Porto, il-Portugall) rikors għal annullament tad-deċiżjoni tad-direttur reġjonali tal-litigazzjoni u tal-ispezzjoni doganali ta’ Porto, tal-<DATE ISO="20030821">21 ta’ Awwissu 2003</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li t-Tribunal Tributário do Porto (il-Qorti Fiskali ta’ Porto) ċaħad dan ir-rikors b’sentenza tat-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, Suez II appellat minn din is-sentenza quddiem is-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Skont l-Artikolu 313(1) tar-Regolament [ta’ implimentazzjoni], għandu jitqies li l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma ta’ natura Komunitarja [jekk] ma jkunux [stabbilit li ma għandhomx dan l-istatus, jew] għandhom jitqiesu bħala oġġetti introdotti fit-territorju doganali [fis-sens tal-]Artikolu [37] ta[l-Kodiċi Doganali u] li jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel parti tal-imsemmi Artikolu 313(2)(a) [tar-Regolament ta’ implimentazzjoni], [peress li l-istatus Komunitarju jiġi attribwit] biss lil dawk l-oġġetti li fir-rigward tagħhom tiġi prodotta l-prova li kienu suġġetti għal proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-[Unjoni]?<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 313 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li merkanzija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikkunsinnata u ffatturata minn kumpanniji f’pajjiż terz lil kumpannija stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex din tintuża hemmhekk, għandha titqies, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, bħala li għandha l-istatus ta’ merkanzija Komunitarja jekk ma jkunx stabbilit li ma għandhiex dan l-istatus, jew bħala li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali u bħala tali taqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 313(2)(a) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, peress li l-istatus ta’ merkanzija Komunitarja huwa rikonoxxut biss favur merkanzija li fir-rigward tagħha tiġi prodotta l-prova li dawn tal-aħħar kienu ġew issuġġettati għall-proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Suez II issostni li merkanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinsab fit-territorju doganali tal-Unjoni fid-data li fiha tqum il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-istatus doganali tagħha, għandha tibbenefika mill-preżunzjoni ġenerali stabbilita fl-Artikolu 313(1) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u għandha titqies bħala merkanzija Komunitarja, ħlief fil-każ ta’ prova kuntrarja prodotta mill-amministrazzjoni doganali. Il-fatt li din il-merkanzija ma hijiex akkumpanjata minn dokumenti li jipprovaw ir-rilaxx tagħha għal ċirkulazzjoni libera ma jistax jimplika li din iddaħħlet b’mod illegali fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet u l-Kummissjoni Ewropea jsostnu li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 313(2)(a) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, peress li, ġaladarba hija meqjusa li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali, hija, sa mid-dħul tagħha f’dan it-territorju, suġġetta għas-sorveljanza doganali u tibqa’ hekk sa meta jkun neċessarju sabiex jiġi ddeterminat l-istatus doganali tagħha. Peress li ma ġietx iddikjarata u mpoġġija taħt is-sistema doganali mad-dħul tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni, hija għandha titqies bħala li ddaħħlet b’mod illegali f’dan it-territorju u b’hekk fid-data ta’ dan id-dħul illegali, inħoloq dejn doganali skont l-Artikolu 202 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li, fid-dwal tal-kliem tal-Artikolu 313(1) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, il-merkanzija li tinsab fit-territorju doganali tal-Unjoni huma rrisaputi li għandhom l-istatus ta’ merkanzija Komunitarja, minn naħa, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 180 tal-Kodiċi Doganali u l-eċċezzjonijiet riprodotti fl-Artikolu 313(2) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, u, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tas-sitwazzjonijiet li fihom huwa stabbilit li din il-merkanzija ma għandhiex l-istatus Komunitarju. Skont l-Artikolu 313(2) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali, ma hijiex irrisaputa li hija merkanzija Komunitarja dment li l-istatus Komunitarju tagħha ma jiġix debitament stabbilit skont l-Artikoli 314 sa 323 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Qabel xejn, jeħtieġ li jiġi rrilevat li r-riżerva stabbilita fl-Artikolu 180 tal-Kodiċi Doganali, marbuta mal-ħruġ ta’ merkanzija minn żoni ħielsa jew minn mħażen ħielsa, hija, fil-każ odjern, irrilevanti inkonnessjoni mal-fatti tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, hemm lok li tiġi ddeterminata l-portata tal-preżunzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 313 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u tal-eċċezzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, f’perspettiva sistematika iktar wiesa’, billi dawn id-dispożizzjonijiet jitqabblu mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Doganali, b’mod partikolari, dawk applikabbli għall-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni, għall-istatus ta’ merkanzija Komunitarja u għall-proċedura ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ merkanzija importata minn pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, sa fejn l-Artikolu 313(2) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni jagħmel riferiment għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>merkanzija miġjuba fit-territorju doganali [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali, dan għandu jiġi interpretat, b’mod partikolari, fid-dawl tal-Artikolu 4(13) u (19) kif ukoll tal-Artikoli 37, 38, 40, 43 u 45 tal-Kodiċi Doganali, li jaqgħu taħt it-Titolu III ta’ dan tal-aħħar, li huwa marbut b’mod partikolari mal-obbligi marbuta mad-dħul ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, mal-issuġġettar tagħhom għal sorveljanza doganali sakemm jiġi ddeterminat l-istatus doganali tagħhom, kif ukoll mar-regoli marbuta mal-preżentazzjoni u mad-dikjarazzjoni fid-dwana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Is-sorveljanza tal-awtoritajiet doganali hija ddefinita fil-punt 13 tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali bħala l-azzjoni mmexxija b’mod ġenerali minn dawk l-awtoritajiet bil-ħsieb li tiġi żgurata l-osservanza tal-leġiżlazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P><HT TYPE="BOLD">42</HT></NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 37 ta’ l-istess Kodiċi, il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni hija, mill-ħin tad-dħul tagħha, suġġetta għal sorveljanza doganali. Fil-kuntest ta’ din is-sorveljanza, din tista’ tkun suġġetta għall-kontroll ta’ l-awtoritajiet doganali, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ, u tibqa’ taħt sorveljanza għal kemm ikun hemm bżonn sabiex jiġi stabbilit l-istat doganali tagħha u, fir-rigward ta’ merkanzija mhux mill-Komunità, sakemm din jew tbiddel l-istat doganali tagħha, jew tiddaħħal f’żona ħielsa jew maħżen ħieles, jew inkella tiġi esportata mill-ġdid jew meqruda (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Papismedov <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-195/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:131">EU:C:2005:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-punt 22 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Papismedov <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-195/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:131">EU:C:2005:131</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-merkanzija li tasal fit-territorju tal-Unjoni hija suġġetta għal sorveljanza doganali minn meta tiġi importata f’dan it-territorju, kemm jekk dan isir b’mod regolari jew bi ksur tal-Artikoli 38 sa 41 u tat-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 177 tal-Kodiċi Doganali, li għandu jiġi stabbilit mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza permezz tal-kontroll tagħhom. Għaldaqstant isegwi illi l-preżentazzjoni tal-merkanzija għal tali sorveljanza ma hijiex marbuta mar-regolarità tad-dħul tagħha fl-imsemmi territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>introduzzjoni kontra l-liġi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> joħroġ minn diversi dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali. B’hekk, l-Artikolu 202 tal-Kodiċi Doganali jiddefinixxih bħala kull importazzjoni ta’ merkanzija suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni bi ksur tal-Artikoli 38 sa 41, u tat-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 177 ta’ dan il-kodiċi, kemm fit-territorju doganali tal-Unjoni, jew f’parti oħra ta’ dak it-territorju ta’ dik il-merkanzija li tkun tinsab f’żona ħielsa jew maħżen ħieles (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Papismedov <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-195/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:131">EU:C:2005:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li importazzjoni ta’ merkanzija tikkostitwixxi introduzzjoni kontra l-liġi meta ma tosservax l-istadji segwenti previsti fil-Kodiċi Doganali. Fl-ewwel lok, skont l-Artikolu 38(1) ta’ dan il-kodiċi, il-merkanzija introdotta fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha titwassal mingħajr dewmien fl-uffiċċju doganali nominat jew f’żona ħielsa. Fit-tieni lok, konformement mal-Artikolu 40 ta’ dan il-kodiċi, meta merkanzija tasal fl-uffiċċju doganali, hija għandha tiġi ppreżentata hemmhekk. Il-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana hija ddefinita fl-Artikolu 4(19) tal-Kodiċi Doganali bħala n-notifika lill-awtoritajiet doganali, bil-mod stipulat, tal-wasla ta’ merkanzija fl-uffiċċju doganali jew f’kull post ieħor indikat jew approvat mill-awtoritajiet doganali (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Papismedov <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-195/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:131">EU:C:2005:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Elshani</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-459/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:224">EU:C:2009:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Jirriżulta mit-termini nfushom tal-imsemmija dispożizzjonijiet li, biex jiġi kkunsidrat illi merkanzija ddaħħlet b’mod regolari fit-territorju doganali tal-Unjoni, din għandha, mal-wasla tagħha, tittieħed f’uffiċċju doganali jew f’żona ħielsa u tiġi ppreżentata lid-dwana. Dan l-aħħar obbligu, li jaqa’ fuq il-persuna responsabbli għad-dħul tal-merkanzija jew fuq il-persuna li tassumi responsabbiltà għat-trasport, għandu l-għan li jiżgura li l-awtoritajiet doganali jkunu informati mhux biss bil-fatt li tkun waslet il-merkanzija, imma wkoll b’kull informazzjoni rilevanti fir-rigward tat-tip tal-oġġett jew prodott ikkonċernat kif ukoll bil-kwantità ta’ din il-merkanzija. Fil-fatt, hija din l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni korretta tal-merkanzija għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tat-tariffi fir-rigward tagħha u, jekk ikun il-każ, tal-kalkolu tad-dazju fuq l-importazzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Elshani</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-459/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:224">EU:C:2009:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li joħroġ ċar mill-kliem u mill-istruttura tal-Artikolu 4(19), tal-Artikolu 38(1) u tal-Artikolu 40 tal-Kodiċi Doganali li kull merkanzija introdotta fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi ppreżentata lid-dwana. (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040304">4 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Viluckas u Jonusas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-238/02 u C-246/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:126">EU:C:2004:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Elshani</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-459/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:224">EU:C:2009:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-introduzzjoni illegali ta’ merkanzija titwettaq kompletament hekk kif hija tgħaddi l-ewwel uffiċċju doganali li jinsab ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità mingħajr ma tkun ġiet ippreżentata hemmhekk (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Elshani</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-459/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:224">EU:C:2009:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi kkunsidrat li l-merkanzija li, wara li tkun qasmet il-fruntiera terrestri esterna tal-Unjoni, tkun tinsab ġewwa l-imsemmi territorju lil hinn mill-ewwel uffiċċju doganali mingħajr ma tkun twasslet hemmhekk u mingħajr ma tkun ġiet ippreżentata lid-dwana, tkun saret is-suġġett ta’ introduzzjoni illegali f’dan it-territorju fis-sens tal-Artikolu 202 ta’ dan l-istess kodiċi, bir-riżultat li l-awtoritajiet doganali ma rċevewx notifika tal-importazzjoni ta’ din il-merkanzija mingħand il-persuni responsabbli għat-twettiq ta’ dan l-obbligu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Elshani</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-459/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:224">EU:C:2009:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-preżentazzjoni ta’ merkanzija fid-dwana skont l-Artikolu 40 tal-Kodiċi Doganali, toħloq, fir-realtà, meta wieħed iqis id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 43 u 45 ta’ dan il-kodiċi, obbligu korrelattiv li tiġi ppreżentata fi żmien qasir dikjarazzjoni sommarja jew li jiġu eżegwiti fl-istess żmien il-formalitajiet sabiex tingħata destinazzjoni doganali. Dan ifisser illi jekk għandhom jitpoġġew taħt reġim doganali, għandha ssir dikjarazzjoni doganali. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li b’mod ġenerali, iż-żewġ operazzjonijiet għandhom jitwettqu simultanjament (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Papismedov <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-195/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:131">EU:C:2005:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li kull kumpannija li, bħal Suez II, għandha fl-edifiċji tagħha, li jinsabu fit-territorju doganali tal-Unjoni, merkanzija mixtrija mingħand kumpanniji stabbiliti f’pajjiżi terzi, għandha tkun kapaċi, bħala persuna kkonċernata mit-tranżazzjonijiet ikkonċernati mwettqa fil-kuntest tal-iskambji ta’ merkanzija, fis-sens tal-Artikolu 14 tal-Kodiċi Doganali, tipprova li din il-merkanzija ġiet ippreżentata quddiem uffiċċju doganali tal-Unjoni u li saret dikjarazzjoni sommarja f’dan l-uffiċċju doganali jew li ġew ikkompletati l-formalitajiet intiżi li jagħtu destinazzjoni doganali lill-merkanzija inkwistjoni. Jekk dawn l-obbligi ma jiġux issodisfatti, jeħtieġ li jitqies li kien hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>introduzzjoni kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 202(1)(a) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li l-Artikolu 313 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni jiġi interpretat fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali marbuta mal-istatus tal-merkanzija Komunitarja u mal-proċedura ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ merkanzija importata minn pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hemm lok li jitfakkar, preliminarjament, li l-qorti tar-rinviju tindika li d-dħul tal-merkanzija fl-edifiċji ta’ Suez II u r-reċezzjoni ta’ fatturi korrispondenti, irreġistrati fil-kotba tal-impriża u maħruġa minn fornitur stabbilit f’pajjiż terz, ma humiex ikkontestati. Lanqas ma huwa kkontestat it-twettiq ta’ proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera quddiem l-uffiċċju doganali tal-Unjoni fir-rigward tal-imsemmija merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu Suez II ssostni li l-Artikolu 313 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni huwa msejjes fuq il-prinċipju sanċit fl-ewwel paragrafu tiegħu li jistabbilixxi li l-merkanzija li tinsab fit-territorju doganali tal-Unjoni hija meqjusa bħala merkanzija tal-Unjoni, u b’konsegwenza ta’ dan ikun hemm lok li jiġi ammess, dejjem fl-assenza ta’ prova kuntrarja, jew li din il-merkanzija ġiet prodotta f’dan it-territorju, fit-termini previsti fl-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(7) tal-Kodiċi Doganali, jew li ġiet irrilaxxata fiċ-ċirkulazzjoni libera, skont it-tieni inċiż tal-istess dispożizzjoni u fl-Artikolu 79 tal-Kodiċi Doganali. Din il-preżunzjoni tal-istatus doganali Komunitarju tal-merkanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tapplika dment li ma jiġix stabbilit mill-awtoritajiet doganali li għandha l-istatus ta’ merkanzija mhux Komunitarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Kif tirrileva l-Kummissjoni, tali argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn naħa, merkanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iffatturata minn fornituri stabbiliti f’pajjiżi terzi lil kumpannija li topera fit-territorju doganali tal-Unjoni, ma tistax tibbenefika mill-istatut ta’ merkanzija Komunitarja jekk ma tiġix prodotta l-prova li din ġiet issuġġettata għall-proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 4(15)(a) u (16)(a) tal-Kodiċi Doganali, waħda mid-destinazzjonijiet doganali ta’ merkanzija hija t-tpoġġija tal-merkanzija taħt reġim doganali u wieħed mir-reġimi doganali li tista’ titpoġġa taħtu l-merkanzija huwa r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera. Barra minn hekk, id-definizzjoni tal-merkanzija tal-Unjoni inkluża fl-Artikolu 4(7) tal-Kodiċi Doganali tattribwixxi dan l-istatus, b’mod partikolari, lill-merkanzija importata minn pajjiżi li ma jifformawx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni u li ġew irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tat-Trattat KE, applikabbli fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali, kien jipprevedi li l-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom ġew ikkompletati l-formalitajiet ta’ importazzjoni u ġew miġbura f’dan l-Istat Membru id-dazji kif ukoll it-taxxi ta’ effett ekwivalenti eżiġibbli, għandhom jitqiesu bħala li ġew irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>L-Artikolu 79 tal-Kodiċi Doganali jipprovdi li r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera jagħti lil merkanzija mhux tal-Komunità l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Komunità. Ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera jinvolvi l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali, l-ikkompletar ta’ formalitajiet oħra stipulati fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ merkanzija u l-impożizzjoni ta’ kull dazju legalment dovut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-oneru tal-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hemm lok li jitqies li l-preżunzjoni stabbilita fl-Artikolu 313(1) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tiġi kkonfutata meta l-awtorità doganali, fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ verifika tagħha, tistabbilixxi li huma issodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ ċerti eċċezzjonijiet jew riżervi previsti f’din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari, fil-kawża prinċipali, il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 313(2)(a) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni. F’tali sitwazzjoni, kif jirriżulta mill-punt 50 ta’ din is-sentenza, hija l-kumpannija importatriċi li għandha tipprova l-istatus Komunitarju tal-merkanzija inkwistjoni. Fl-assenza ta’ tali prova, ikun applikabbli għaliha l-Artikolu 202(1)(a) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 50 ta’ din is-sentenza u mill-qari flimkien tal-Artikoli 13 u 16 tal-Kodiċi Doganali, kumpannija importatriċi bħal Suez II għandha titqies bħala persuna kkonċernata, sa fejn din għandha fl-edifiċji tagħha l-merkanzija inkwistjoni akkumpanjata minn fatturi korrispondenti maħruġa mill-fornituri tagħha stabbiliti f’pajjiżi terzi, u hija għandha tipprovdi lill-awtoritajiet doganali kull assistenza neċessarja kif ukoll id-dokumenti u l-informazzjoni kollha irrispettivament mill-forma tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Kif indikat fil-punti 41 sa 43 ta’ din is-sentenza, skont l-Artikolu 4(13) u l-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali, minbarra s-setgħa ġenerali ta’ verifika kkonferita lilhom mill-Artikolu 13 ta’ dan il-kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom ukoll is-setgħa li jivverifikaw merkanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali skont l-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk id-dħul ta’ din il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni seħħx b’mod legali jew inkella bi ksur tal-Artikoli 38 sa 41 u tat-tieni inċiż tal-Artikolu 177(1) ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, hija l-kumpannija importatriċi, bħal Suez II, li għandha tipproduċi l-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija kkonċernata, li skontha tikkostitwixxi merkanzija Komunitarja. Jekk hija ma tipprovdi l-ebda prova li tikkonferma l-istatus Komunitarju ta’ dik il-merkanzija, l-awtoritajiet doganali jistgħu jikkonkludu li l-imsemmija merkanzija għandha status ta’ merkanzija mhux Komunitarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 313 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li merkanzija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġiet ikkunsinnata u ffatturata minn kumpanniji stabbiliti f’pajjiżi terzi lil kumpannija stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex tintuża hemmhekk, għandha titqies bħala li ddaħħlet f’dan it-territorju, fis-sens tal-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali, u bħala li taqa’, fuq din il-bażi, taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 313(2)(a) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni,<?PAGE NO="13"?> peress li l-istatus ta’ merkanzija Komunitarja huwa rrikonoxxut biss fir-rigward ta’ merkanzija li fir-rigward tagħha tkun ġiet prodotta l-prova li din ġiet issuġġettata għall-proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 313 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 75/98 tat-<DATE ISO="19980112">12 ta’ Jannar 1998</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li merkanzija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġiet ikkunsinnata u ffatturata minn kumpanniji stabbiliti f’pajjiżi terzi lil kumpannija stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea sabiex tintuża hemmhekk, għandha titqies bħala li ddaħħlet f’dan it-territorju, fis-sens tal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="19961219">19 ta’ Diċembru 1996</DATE>, u bħala li taqa’, fuq din il-bażi, taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 313(2)(a) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 75/98, peress li l-istatus ta’ merkanzija Komunitarja huwa rrikonoxxut biss fir-rigward ta’ merkanzija li fir-rigward tagħha tkun ġiet prodotta l-prova li din ġiet issuġġettata għall-proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>