Official Journal L 179 , 17/07/1979 P. 0001 - 0030
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0010
Greek special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0147
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0010
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0108
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0108
DIRETTIVA TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ġunju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (testjar statiku) (79/622/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekomomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ([1]), Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ([2]), Billi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom jikkonformaw magħhom t-tratturi skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia ma' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u għat-twaħħil tagħhom mat-trattur; Billi dawk il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor, billi huwa għalhekk neċessarju illi l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew addizzjonalment ma' jew inkella minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni ta-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija ([3]) tiġi introdotta għal kull tip ta' trattur; Billi proċedura armonizzata għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlibu t-twaħħil tagħhom mat-tratturi jagħmila possibbli għal kull Stat Membru illi jivverifika konformità mal-ħtiġiet komuni ta' kostruzzjoni u ttestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar is-sejbiet tiegħu billi jibagħtilhom kopji taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponenti għal kull tip ta' struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tiegħu mat-trattur; billi t-tqegħid ta' marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE fuq l-istrutturi kollha manifatturati f'konformità mat-tip approvat jagħmel ovvju n-neċessità ta' verifikazzjonijiet tekniċi fuq dawk l-istrutturi fl-Istati Membri l-oħrajn; Billi ħtiġiet komuni dwar elementi u karatteristiċi oħra ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib, partikolarment dawk li jikkonċernaw id-dimensjonijiet, bibien, ħġieġ ta' sigurtà, strumenti li jżommu lit-trattur milli jkompli jitgerbeb jekk jinqaleb, u protezzjoni tal-passiġġieri, jiġu stabbiliti f'data iktar il quddiem; Billi l-ħtiġiet armonizzati huma prinċipalment maħsuba biex jiżguraw sigurtà fit-triq u fuq ix-xogħol fil-Komunità kollha; billi għal din ir-raġuni huwa meħtieġ li jiġi introdott l-obbligu għat-tratturi koperti minn din id-Direttiva li jiġu mgħammra bi strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib; billi sa data li għandha tiġi determinata, it-tratturi msemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 77/536/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta'l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (1) għandhom jiġu mgħammra bi strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jikkonformaw jew mad-Direttiva 77/536/KEE jew inkella ma' din id-Direttiva; Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rigward tratturi jimplikaw rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta' l-ispezzjonar mwettaq minn kull wieħed minnhom ibbażati fuq il-ħtiġiet komuni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1) Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għal kull tip ta' struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li tissoddisfa l-ħtiġiet ta' kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi I sa V. ___________________________ 1 ĠU Nru L 220, 29.8.1977, p. 1. 2. Stat Membru li ta approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jivverifika, sa fejn hu neċessarju u jekk hemm bżonn b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn, li l-mudelli ta' protezzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Tali verifikazzjoni għandha tkun limitata għal verifikazzjoni fil-post. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta' struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew ta' l-struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE li tikkonforma mal-mudell esibit f'Anness VI. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipprevenu l-użu ta' marki li jistgħu jikkrejaw konfużjoni bejn strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li ġew approvati għat-tip ta' komponent skond l-Artikolu 1 u strumenti oħra. Artikolu 3 1. L-ebda Stat Membru ma jista jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom fuq tratturi għal raġunijiet relatati mall-kostruzzjoni tagħhom jekk għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 2. Madankollu, Stat Membru jista' jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE li konsistentement ma jikkkonformawx mat-tip approvat. Dak l-Istat għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunujijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Artikolu 4 L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom fi żmien xahar jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti ta'l-Istati Membri l-oħra kopji taċ-ċertifikati tat-tip ta' komponenti, li eżempju tagħhom huwa mogħti fl-Anness VII, komplut għal kull tip ta' struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li huma japprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw. Artikolu 5 1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE jsib li numru ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi li għandhom l-istess marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE ma jikkonformawx mat-tip li huwa approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat għandu javżaw lil dawk l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda li jistgħu, jekk meħtieġ, fejn hemm nuqqas ta' konformità serja u ripetuta, jestendu għall-irtirar ta' approvazzjoni tat-tip ta' kompotent tal-KEE. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor dwar tali nuqqas ta' konformità. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom fi żmien xahar jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe rtirar ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE u dwar ir-raġunijiet għal kull tali miżura. Artikolu 6 Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati b'implimentazzjoni ta' din id-Direttiva li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip ta' komponenti għal strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhhom mat-tratturi, jew li tipprojbixxi t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tistabbilixxi fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom hija giet bbażata. Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata dwar ir-rimedji disponibbli lilha skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar il-limiti ta' żmien permess għall-eżerċizzju ta' dawn ir-rimedji. Artikolu 7 L-ebda Stat Membru ma għandu jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali dwar trattur għal raġunijiet li jirrelataw ma' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħha mat-trattur jekk dawn għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE u jekk l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VIII ġew milħuqa. Artikolu 8 L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, dħul fis-servizz jew użu ta kwalunkwe trattur għal raġunijiet relatati mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur jekk dawn għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE u jekk l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VIII ġew milħuqa. Artikolu 9 Din id-Direttiva tapplika għall-tratturi kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 74/150/KEE li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin: spazju ħieles taħt il-fus ta' wara ta' mhux aktar minn 1 000 mm, wisa' fissa minima aġġustabbli tat-track ta' waħda mill-fwies tas-sewqan ta' 1 150 mm jew aktar, possibilità li jitwaħħlilha strument għall-multipoint coupling għal għodda li jinqalgħu u żbarra għall-irmunkar, massa ta' 800 kg jew aktar, li tikkorrispondi mal-piż tat-trattur mhux mgħobbi kif definit fis-sezzjoni 2.4 ta' l-Anness I għad-Direttiva 74/150/KEE, li jinkludi l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib mgħammra skond din id-Direttiva u tyres ta' l-akbar daqs rakkomandat mill-manifattur. Artikolu 10 Għall-għanijiet ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE, kwalunkwe trattur li jirreferi għalih l-Artikolu 9 għandu jkun mgħammar bi struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I sa V. Madankollu t-tratturi definiti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 77/536/KEE jistgħu, għall-għanijiet ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jkunu mgħammra bi struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I sa V ta' dik id-Direttiva. Artikolu 11 Kwalunkwe emendi neċessarji biex jiġu addatati l-ħtiġiet fl-Annessi għal din id-Direttiva biex jiġi kkunsidrat xi progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE. Artikolu 12 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-testijiet tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Artikolu 13 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1979. Għall-Kunsill Il-President J. LE THEULE LISTA TA' ANNESSI Anness I: Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE Anness II: Kondizzjonijiet għat-testjar tas-saħħa ta' l-istrutturi ta' protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi Anness III: Proċeduri tat-Test Anness IV: Figuri Anness V; Mudell tar-rapport tat-test Anness VI: Marki Anness VII: Mudell taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE Anness VIII: Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE Anness IX: Anness għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE dwar is-saħħa ta' l-istrutturi ta' protezzjoni u t-twaħħil tagħhom mat-trattur (testijiet statiċi) ANNESS I KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KOMPONENTI TAL-KEE 1. DEFINIZZJONI 1.1. "Struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib" (safety cab jew qafas), minn issa il quddiem msejjħa "struttura ta' protezzjoni", tfisser l-istruttura fuq trattur li l-iskop essenzjali tagħha huwa li jiġu evitati jew limitati riskji lix-xufier li jirriżultaw minn qlib tat-trattur waqt użu normali. 1.2. L-istrutturi msemmija f'1.1 huma karatterizzati mill-fatt li waqt it-testijiet preskritti fl-Annessi II u III jiżguraw spazju mhux mfixkel ġewwa fihom kbir biżżejjed biex jipproteġi lix-xufier. 2. ĦTIĠIET ĠENERALI 2.1. Kull struttura ta' protezzjoni u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun hekk disinjata u kostrutta sabiex tilħaq l-għan ewlieni stabbilit fis-sezzjoni 1. 2.2. Din il-kondizzjoni titqies milħuqa jekk il-ħtiġiet ta' l-Annessi II u III jiġu ssoddisfatti. 3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KOMPONENTI TAL-KEE 3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE dwar is-saħħa ta' struttura ta' protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha ma' trattur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mill-manifattur ta'l-istruttura ta' protezzjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu. 3.2. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin hawn taħt fit-tlett kopji u bil-partikolari li ġejjin: tpinġija ġenerali ta'l-arranġament jew fuq skala mmarkata fuq it-tpinġija jew inkella li tagħti d-dimensjonijiet ta' l-istruttura ta' protezzjoni. Din it-tpinġija għandha partikolarment turi dettalji tal-komponenti tat-twaħħil, ritratti mill-ġenb u minn wara li juru d-dettalji tat-twaħħil, deskrizzjoni qasira ta' l-istruttura ta' protezzjoni li tinkludi t-tip ta' kostruzzjoni, dettalji tat-twaħħil fuq it-trattur u, fejn neċessarju, dettalji dwar cladding, mezzi ta' aċċess u ħarba, dettalji dwar kuxxinament interjuri u karatteristiċi li jipprevjenu qlib kontinwu u dettalji ta' sħana u ventilazzjoni, dettalji ta' materjali użati fil-partijiet strutturali li jinkludu saljaturi u serraturi ta' twaħħil (Ara Anness V). 3.3. Trattur li jirrapreżenta t-tip ta' trattur li għalih huwa maħsub li l-istruttura ta' protezzjoni li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli biex imexxi t-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jiġi mgħammar bl-istruttura ta' protezzjoni. 3.4. Min għandu approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-KEE jista' jitlob l-estensjoni tagħha għal tipi oħrajn ta' tratturi. L-awtorità kompetenti li kienet tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandha tagħti l-estensjoni jekk l-istruttura ta' protezzjoni approvata u t-tip(i) ta' trattur li għalihom tintalab l-estensjoni jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin: il-massa tat-trattur mhix ballastjata, kif definita fis-sezzjoni 1.3 ta' l-Anness II, ma testendix b'aktar minn 5 % il-massa ta' riferenza użat fit-test, il-metodu ta' twaħħil u l-komponenti tat-trattur li miegħu twaħħlu huma identiċi, kwalunkwe komponenti bħal mudguards u bonnet cowls li jistgħu jagħtu għajnuna għall-istruttura ta' protezzjoni huma identiċi, il-posizzjoni u d-dimensjonijiet kritiċi tas-sedil fl-istruttura ta' protezzjoni u l-posizzjonijiet relattivi ta' l-istruttura ta' protezzjoni u t-trattur għandhom jkunu tali li ż-żona ta' spazju tibqa' fil-protezzjoni ta'istruttura deflessa waqt it-testijet kollha. 4. MARKI 4.1. Kull struttura ta' protezzjoni li tikkonforma mat-tip approvat għandu jkollha l-marki li ġejjin: 4.1.1. il-marka tan-negozju jew l-isem; 4.1.2. marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE li tikkonforma mal-mudell fl-Anness VI; 4.1.3. numru serjali ta' l-istruttura ta' protezzjoni; 4.1.4. Ditta u tip(i) tat-trattur(i) li għaliha jew għalihom hija maħsuba l-istruttura ta' protezzjoni. 4.2. Dawn il-partikolari kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira. 4.3. Dawn il-marki għandhom ikunu viżibbli, li jistgħu jinqraw u ma jitħassrux. ANNESS II KONDIZZJONIJIET GĦAT-TESTJAR TAS-SAĦĦA TA' L-ISTRUTTURI TA' PROTEZZJONI U TAT-TWAĦĦIL TAGĦHOM MAT-TRATTURI 1. ĦTIĠIET ĠENERALI 1.1. Għanijiet tat-test Testijiet li jsiru bl-użu ta' riggijiet speċjali huma maħsuba li jissimulaw tali piżijiet bħalma jiġu imposti fuq struttura ta' protezzjoni meta jinqaleb it-trattur. Dawn it-testijiet, deskritti fl-Anness III, jippermettu li jsiru osservazzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-istruttura ta' protezzjoni u kwalunkwe saljatura mwaħħla mat-trattur u kwalunkwe parti tat-trattur li titrasmetti l-forza tat-test. 1.2. Preparazzjoni għat-test 1.2.1. L-istruttura ta' protezzjoni għandha tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tas-serje. Għandha tiġi mwaħħla skond il-metodu tat-twaħħil dikjarat mill-manifattur ma' waħda mit-tratturi li ġiet disinjata għaliha. Mhux meħtieġ trattur komplet għat-test; madankollu l-istruttura ta' protezzjoni u partijiet tat-trattur li jitwaħħal fuqhom għat-testijiet għandhom jirrapreżentaw stallazzjoni li topera, minn hawn il quddiem se tiġI msejħa bħala "l-assemblea". 1.2.2. L-assemblea għandha titwaħħal mal-bedplate biex il-membri li jgħaqqdu l-assemblea u l-bedplate ma jiddeflessawx b' mod sinjifikanti b' relazzjoni ma' l-istruttura ta' protezzjoni taħt tagħbija. Il-metodu ta' twaħħil ta' l-assemblea mal-bedplate ma jistax minnu nnifsu jimmodifika s-saħħa ta' l-assemblea. 1.2.3. L-assemblea għandha ttiġi megħjuna u mwaħħla jew tiġi modifikata sabiex l-enerġija kollha tat-test tiġi assorbita mill-istruttura ta' protezzjoni u t-twaħħil tagħha mal-komponenti riġidi tat-trattur. 1.2.3.1. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' 1.2.3, il-modifikazzjoni għandha ssakkar kwalunkwe sospensjoni tar-rikba tat-trattur sabiex jiġi żgurat li ma jassorbi l-ebda enerġija tat-test. 1.2.4. Għat-testijiet it-trattur għandu jiġi mgħammar bill-komponenti strutturali kollha tal-produzzjoni tas-serje li tista'tinfluwenza s-saħħa ta' l-istruttura tal-protezzjoni jew li tista' tkun meħtieġa għat-test tas-saħħa. Komponenti li jistgħu jikkrejaw riskju fiż-żona ħielsa għandhom wkoll jiġu mgħammra sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati biex jiġi verifikat jekk ġewx milħuqa l-ħtiġiet tas-sezzjoni 4. 1.3. Massa tat-trattur Il-massa ta' referenza mt, tintuża fil-formoli (ara Anness III) biex jiġu kkalkolati l-enerġiji u l-forza ta' tgħaffiġ, għandha tkun għall-anqas dik definita fis-sezzjoni 2.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (i.e. teskludi aċċessjori mhux obbligatorji imma tinkludi coolant, żjut, karburanti, għodda u x-xufier) kif ukoll l-istruttura ta' protezzjoni u jitnaqqsu 75 kg. Mhumiex inklużi piżijiet mhux obbligatorji fuq quddiem jew wara, ballast tat-tyre, implementi mwaħħlin, tagħmir armat jew kwalunkwe komponenti speċjaliżżati. 2. APPARAT U TAGĦMIR 2.1. Testijiet għal tagħbija orizzontali (ġenb u lonġitudinali) 2.1.1. Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li humaxierqa biex jiżguraw li l-assemblea hija mwaħħla sew mal-bedplate, independentement mit-tyre jekk preżenti. 2.1.2. Mezzi biex tiġi applikata forza orizzontali fuq l-istruttura ta' protezzjoni bi travu iebes kif muri fil-Figuri 1 u 2 ta' l-Anness IV. 2.1.2.1. 2.1.2.1 It-travu iebes għandu jkollu dimensjoni tal-wiċċ vertikali ta' 150 mm. 2.1.2.2. Għandha issir disposizzjoni sabiex il-piż jista' jiġi distribwit uniformament għad-direzzjoni tat-tagħbija u ma' travu li huwa ta' tul ta' wieħed mill-multipli eżatti ta' 50 bejn 250 u 700 mm. 2.1.2.3. It-trufijiet tat-travu f'kuntatt ma' l-istruttura ta' protezzjoni għandha tkun mgħawwġa fit-tond b'radius massimu ta' 50 mm. 2.1.2.4. Ġunti universali - jew l-ekwivalenti - għandhom jiġu nkorporati biex jiġi żgurat li l-attrezzatura tat-tagħbija ma trażżanx l-istruttura fit-tidwir jew fit-traduzzjoni f'kwalunkwe direzzjoni minbarra d-direzzjoni tat-tagħbija. 2.1.2.5. Fejn it-tul orizzontali ta' l-istruttura ta' protezzjoni li għaliha għandu jiġi applikat il-piż ma tikkostitwix linja dritta normali għad-direzzjoni ta' l-applikazzjoni tal-piż, l-ispazju għandu jiġi ppakkjat sabiex il-piż jiġi distribwit ma' dan it-tul. 2.1.3. Tagħmir għall-kejl sa fejn teknikament possibbli l-enerġija assorbita mill-istruttura ta' protezzjoni u l-partijiet riġidi tat-trattur li magħha hija mwaħħla, per eżempju billi tkejjel il-forza applikata matul id-direzzjoni ta' l-applikazzjoni tagħha u d-deflessjoni relativa li tikkorrispondi mall-punt fuq ix-chassis tat-trattur. 2.1.4. Mezzi biex jiġi ppruvat li ż-żona ta' spazju ma ġietx entrata matul it-test. Rig skond il-figuri 6a, 6b u 6c ta'l-Anness IV jista' jintuża. 2.2. Testiijiet ta' tgħaffiġ (wara u quddiem) 2.2.1. Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li humaxierqa biex jiżguraw li t-trattur huwa mwaħħal sew mal-bedplate, independentement mit-tyres. 2.2.2. Mezzi biex tiġi applikata forza vertikali għall-istruttura ta' protezzjoni, bħalma huwa muri fil-figura 3 ta' l-Anness IV, inkluż travu iebes li jgħaffeġ li huwa wiesa' 250 mm. 2.2.3. Tagħmir biex titkejjel il-forza vertikali totali applikata. 2.2.4. Mezzi biex jiġi ppruvat li ż-żona ta' spazju ma ġietx entrata matul it-test. Rig skond il-figuri 6a, 6b u 6c ta'l-Anness IV jista' jintuża. 2.3. Tolleranza fil-kejl 2.3.1. Dimensjonijiet: 3 mm. 2.3.2. Deflessjoni: 3 mm. 2.3.3. Massa tat-trattur 20 kg. 2.3.4. Piżijiet u forzi: 2 %. 2.3.5. Direzzjoni tat-tagħbija: devjazzjoni mid-direzzjonijiet orizzontali u vertikali speċifikati fl-Anness III: mill-bidu tat-test, taħt piż żero: 2, waqt it-test, taħt piż: 10 fuq u 20 taħt l-orizzontali. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom jinżammu fil-minimu. 3. TESTIJIET 3.1. Ħtiġiet ġenerali 3.1.1. Sekwenza tat-testijiet 3.1.1.1. Is-sekwenza tat-testijiet għandha tkun kif ġej: 3.1.1.1.1. Tagħbija lonġitudinali (Anness III, 1.2) Għal tratturi b'minn ta' l-anqas 50% tal-massa kif definita fis-sezzjoni 1.3 fuq ir-roti ta' wara it-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara (każ 1). Għal tratturi oħra t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn quddiem (każ 2). 3.1.1.1.2. L-ewwel test ta' tgħaffiġ L-ewwel test ta' tgħaffiġ għandu jiġi applikat fl-istess tarf ta' l-istruttura ta' protezzjoni bħat-tagħbija lonġitudinali. i.e.: fuq wara f' każ 1 (Anness III, 1.5), fuq quddiema f' każ 2 (Anness III, 1.6), 3.1.1.1.3. Tagħbija mill-ġenb (Anness III, 1.3) 3.1.1.1.4. It-tieni test ta' tgħaffiġ It-tieni test ta' tgħaffiġ għandu jiġi applikat fit-tarf oppost minn dak ta' l-istruttura ta' protezzjoni għat-tagħbija lonġitudinali. i.e.: fuq quddiema f' każ 1 (Anness III, 1.6), fuq wara f' każ 2 (Anness III, 1.5), 3.1.1.1.5. It-tieni tagħbija lonġitudinali (Anness III, 1.7) It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata għal tratturi li huma mgħammra bi struttura ta' protezzjoni disinjata biex titmejjel meta d-direzzjoni ta' l-applikazzjoni ta'tagħbija lonġitudinali (ara sezzjoni 3.1.1.1.1) ma tkunx mejlet l-istruttura ta' protezzjoni. 3.1.1.2. Jekk, waqt it-test, tinkiser jew tiċċaqlaq kwalunkwe parti mit-tagħmir li jrażżan, it-test għandu jinbeda mill-ġdid. 3.1.1.3. Ma jistgħu jsiru l-ebda tiswijiet jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta'protezzjoni waqt it-testijiet. 3.1.2. Wisa' tas-serbut tal-gomom Ir-roti għandhom jitneħħew jew jiġu ffissati f'wisa' tas-serbut li jiżgura li ma tista' ssir l-ebda interferenza ma' l-istruttura ta' protezzjoni waqt it-testijiet. 3.1.3. Tneħħija tal-komponenti li ma joħolqux periklu Il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta' protezzjoni li, bħala unitajiet kompleti, jikkostitwixxu protezzjoni għax-xufier - inkluża protezzjoni tat-temp - għandhom jiġu pprovduti kompleti fuq trattur għall-ispezzjoni. L-istruttura ta' protezzjoni li tiġi ttestjata ma' għandhiex għalfejn tiġi mgħammra bi twieqi ta' quddiem, tal-ġenb jew ta' wara bil-ħġieġ tas-sigurtà jew material simili, u kwalunkwe panew, tagħmir u aċċessorji li ma' għandhomx funzjoni ta' saħħa strutturali u li ma jistax joħloq periklu fil-każ ta' qlib. 3.1.4. Strumentazzjoni L-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi strumentata bit-tagħmir meħtieġ biex tiġi akkwistata l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi mpinġi d-dijagramma tad-deflessjoni tal-forza (ara figura 4 ta' l-Anness IV). Deflessjoni totali u permanenti ta' l-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi mkejjla u nnotata għal kull stadju tat-test (ara figura 5 ta'l-Anness IV) 3.1.5. Direzzjoni tat-tagħbija F' każ ta' trattur li fih s-sedil mhux fuq il-pjan medju tat-trattur u/jew saħħa mhux simmetrika ta' l-istruttura, it-tagħbija fuq il-ġenb tkun fuq it-trattur li x'aktarx l-aktar iwassal għal vjolazzjoni taż-żona ta' spazju waqt it-testijiet (ara wkoll Anness III, 1.3). 4. KONDIZZJONIJIET TA' L-AĊĊETTAZZJONI 4.1. Struttura ta' protezzjoni sottomessa għall-approvazzjoni tal-tat-tip tal-KEE għandha titqies li ssodisfat il-ħtiġijiet tas-saħħa jekk wara t-testijiet tissoddisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: 4.1.1. Għandha tkun ħielsa minn xquq u tqattigħ kif deskritt fis-sezzjoni 3.1 ta' l-Anness III. 4.1.2. L-ebda parti taż-żona ta' spazju kif deskritt fis-sezzjoni 3.2 ta'l-Anness III ma ġiet entrata minn - jew kienet barra l-protezzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni waqt it-testijiet speċifikati fit-taqsimiet 1.2, 1.3, 1.5, 1.6 u fejn xieraq 1.7 ta' l-Anness III. Jekk test ta' tagħbija żejda jkun sar, imbagħad, fl-istadju ta' dak it-test meta tiġi assorbita l-enerġija speċifikata, il-forza ma' għandiex tkun inqas minn 0.8 tal-forza massima li ssir kemm fit-test ewlieni u t-test ta' tagħbija konċernat (ara l-figuri 4b u 4ċ ta' l-Anness IV). 4.1.3. Waqt it-testijiet l-istruttura ta' protezzjoni ma' għandiex timponi l-ebda trażżin fuq l-istruttura tas-sedil. 4.2. Addizzjonalment, ma' għandu jkun hemm l-ebda karatteristika li tippreżenta periklu partikolari lix-xufier, e.g. nuqqas ta' kuxxinament fis-saqaf jew kull post ieħor fejn tista' tintlaqat ras ix-xufier. 5. RAPPORT TAT-TEST 5.1. Ir-rapport tat-test għandu jitwaħħal maċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE msemmi fl-Anness VII. Il-presentazzjoni tar-rapport għandha tkun kif muri fl-Anness V. Għandha tinkludi: 5.1.1. Deskrizzjoni ġenerali tal-forma u l-kostruzzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni V għad-dimensjonijiet obbligatorji), li jinkludu d-disposizzjonijiet għall-entratura, ħruġ u ħarba normali; id-disposizzjonijiet għal sistemi ta' sħana u ventilazzjoni, u aċċessorji oħra fejn dawn huma disponibbli u fejn jistgħu jaffettwaw iż-żona ta' spazju ħieles jew jistgħu joħolqu periklu. 5.1.2. Dettalji ta' karatteristiċi speċjali bħal strumenti biex jipprevenu t-tgerbib kontinwu tat-trattur. 5.1.3. Deskrizzjoni qasira ta' kuxxinament interjuri. 5.1.4. Dikjarazzjoni tat-tip tal-windscreen u glazing mgħammra u ta' marki ta' approvazzjoni tal-KEE jew oħrajn inkorporati. 5.2. Jekk l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE qed tiġi estiża għal tipi oħra ta'tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport ta' l-approvazzjoni oriġinali tal-komponenti tat-tip tal-KEE kif ukoll indikazzjonijiet preċiżi dwar il-ħtiġiet stabbiliti fis-sezzjoni 3.4 ta'l-Anness I. 5.3. Ir-rapport għandu jidentifika biċ-ċar it-tip ta' trattur (ditta, tip u deskrizzjoni kummerċjali, eċċ) użat għat-testjar u t-tipi li għalihom l-istruttura ta' protezzjoni hija maħsuba. 6. SIMBOLI mt = toqol ta' trattur ta' riferenza (kg) kif definit fis-sezzjoni1.3. D = deflessjoni (mm) ta'l-istruttura fil-punt ta' u f'linja ma applikazzjoni tat-tagħbija. F = forza tal-piż statika (N) (newtons). Fmax = forza statika tal-piż massimu li ssir waqt tagħbija, (N) ħlief għal tagħbija żejda. F = forza ta' tagħbija li tikkorrespondi għal E'i (N). F-D = diagramma tad-deflessjoni tal-forza Eis = dħul ta' enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija mill-ġenb (J) (joules). Eil 1 = dħul ta' enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija lonġitudinali (J). Eil = dħul ta' enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija lonġitudinali addizzjonali (J). Fr = forza applikata fuq wara fit-test tat-tgħaffiġ (N). Ff = forza applikata fuq quddiem fit-test tat-tgħaffiġ (N). Ei = enerġija sfurzata assorbita mill-qafas. Żona taħt il-kurva F-D (ara figura 4a ta'l-Anness IV) (J). E'I = enerġija sfurzata assorbita mill-qafas wara tagħbija addizzjonali wara tixqiq jew tqattigħ (ara figuri 4b u 4ċ ta' l-Anness IV) (J). Ea = enerġija sfurzata assorbita mill-qafas fil-punt meta titneħħa t- tagħbija. Żona kontenuta fil-kurva F-D (ara figura 4b ta'l-Anness IV) (J). E''i = enerġija sfurzata assorbita mill-qafas fit-test ta' tagħbija żejda. Żona taħt il-kurva F-D. (ara figura 4ċ ta'l-Anness IV) (J). ________________ ANNESS III PROĊEDURA TAT-TEST 1. TESTIJIET GĦAT-TAGĦBIJA ORIZZONTALI U TGĦAFFIĠ 1.1. Disposizzjonijiet ġenerali għal testijiet ta' tagħbija orizzontali 1.1.1. It-tagħbijiet applikati lill-istruttura ta' protezzjoni għandhom jiġu distribwiti permezz ta' travu iebes, li jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fis-sezzjoni 2.1.2 ta' l-Anness II, mqiegħda normali għad-direzzjoni ta' l-applikazzjoni tal-piż; it-travu iebes jista' jkun mgħammar b' mezzi li jiprevenu iċ-ċaqliq tagħha lejn il-ġenb. Ir-rata ta' deflessjoni taħt tagħbija ma' għandhiex tkun akbar minn 5 mm/s. Waqt li jiġi applikat il-piż, F u D għandhom jiġu rreġistrati simultanjament f'żidiet ta' deflessjoni ta' 15-il mm jew inqas, biex tiġi żgurata l-preċiżjoni. Ladarba tkun bdiet l-applikazzjoni inizzjali, il-piż ma għandux jitnaqqas sakemm jitlesta t-test; imma huwa permess li ma jiżdiedx aktar il-piż jekk mixtieq, e.g.biex jiġi reġistrat il-kejl. 1.1.2. Jekk il-membru strutturali li għalih tiġi applikata it-tagħbija huwa kurvat, għandu jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fis-sezzjoni 2.1.2.5 ta' l-Anness II. L-applikazzjoni ta' tagħbija għandha, madankollu, tikkonorma mal-ħtiġiet tas-sezzjoni 1.1.1 fuq u s-sezzjoni 2.1.2 ta' l-Anness II. 1.1.3. Jekk ma jeżisti l-ebda membru strutturali msallab fil-punt ta' l-applikazzjoni, travu sostitut għat-test li ma jżidx saħħa ma' l-istruttura jista' jintuża għall-proċedura tat-test. 1.1.4. L-istruttura għandha tiġi viżwalment verifikata meta t-tagħbija titneħħa wara li kull tagħbija tkun kompluta. Jekk saru tixqiq jew tqattigħ waqt tagħbija, it-test ta' tagħbija żejda speċifikat f'1.4 hawn taħt għandu jsir qabel ma wieħed jgħaddi għat-tagħbija li jmiss fis-sekwenza mogħtija fis-sezzjoni 3.1.1.1 ta' l-Anness II. 1.2. Tagħbija lonġitudinali (ara figura 2 ta' l-Anness IV) Applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontali parallela mal-pjan medju vertikali tat-trattur. Għandha tiġi applikata fuq l-istess naħa tat-trattur bħat-tagħbija tal-ġenb. Għandha tiġi applikata fuq il-membru strutturali trasvers l-aktar 'il fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni (i.e. dik il-parti li x'aktarx tmiss l-art l-ewwel f'inċident ta' qlib). Il-punt ta' applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun imqiegħed f'wieħed minn sitta mill-wisa' ta' fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni l ġewwa mill-kantuniera ta' barra. Il-wisa' ta' l-istruttura ta' protezzjoni għandha titqies bħala d-distanza bejn żewġ linji paralleli mal-pjan medju vertikali tat-trattur li tmiss l-estremitajiet fuq barra ta' l-istruttura ta' protezzjoni fil-pjan orizzontali li jmiss ma' fuq tal-membri strutturali trasversi l-aktar 'il fuq. It-tul tat-travu m'għandux ikun inqas minn terz tal-wisa' ta'l-istruttura ta' protezzjoni (kif deskritta qabel) u mhux aktar minn 49 mm aktar minn dan il-minimu. It-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara jew minn quddiem kif definit fis-sezzjoni 3.1.1.1 ta' l-Anness II. Waqqaf it-test kull meta: (a) l-enerġija ta' sforz assorbita mill-istruttura ta' protezzjoni hija daqs jew aktar mid-dħul ta' enerġija meħtieġa Eil1 (fejn Eil1 = 1.4 mt); (b) l-istruttura tikser ż-żona ta' spazju jew tħalli ż-żona ta' spazju mingħajr protezzjoni. 1.3. Tagħbija mill-ġenb (ara Figura 1 ta' l-Anness IV) It-tagħbija għandha tiġi applikata orizzontalment 90 mall-pjan medju vertikali tat-trattur. Għandha tiġi applikata għall-estremità l-aktar 'il fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni f'punt ta' 300 mm l quddiem mill-punt ta' referenza tas-sedil mas-sedil fil-posizzjoni l-aktar lura kif definita fit-taqsima 2.3.1. hawn taħt. Jekk l-istruttura ta' protezzjoni għandha xi proġezzjoni fil-ġenb li żgur tiġi l-ewwel f' kuntatt ma'l-art waqt qlib lejn il-ġenb, it-tagħbija għandha tiġi applikata f' dak il-punt. It-travu għandu jkun twil kemm huwa prattikabbli, iżda mhux itwal minn 700 mm. Waqqaf it-test kull meta: (a) l-enerġija ta' sforz assorbita mill-istruttura ta' protezzjoni hija daqs jew aktar mid-dħul tal-enerġija meħtieġa Eis (fejn Eis = 1.75 mt); jew (b) l-istruttura tikser iż-żona ta' spazju jew tħalli ż-żona ta' spazju mingħajr protezzjoni. 1.4. Test ta' tagħbija żejda Għandu jsir test ta' tagħbija żejda wara tixqiq jew tqattigħ li jsir waqt test ta' tagħbija orizzontali li twettaq skond is-sezzjonijiet 1.2 u 1.3 iżda mhux sezzjoni 1.7. Din il-ħtieġa ma tirriżultax f'każ ta' tixqiq jew tqattigħ mhux detrimentali għall-integrità strutturali ta' l-istruttura ta' protezzjoni, e.g. fi cladding panel. Żieda fit-tul ta' xaqq jew qatgħa eżistenti, kif ukoll xaqq jew qatgħa ġodda fil-bidu, għandhom jikkostitwixxu xaqq jew qatgħa li saru waqt it-test. Il-ħtieġa ta' l-enerġija għal test ta' tagħbija żejda għandu jkun f'kull każ proporzjonali għat-test ta' qabel kif speċifikat hawn isfel. Waqqaf it-test meta: E'i = 1.20 Ei fejn: Ei huwa Eil1 meta t-tagħbija ssegwi tagħbija lonġitudinali u Ei huwa Eis meta t-tagħbija ssegwi tagħbija mill-ġenb E'i jitkejjel bħala s-somma taż-żona miġmuma fid-diagramma ta' forza/deflessjoni tat-tagħbija oriġinali sal-punt meta titneħħa t-tagħbija (Ea), u ż-żona totali taħt id-diagramma ta' forza/deflessjoni tat-test ta' tagħbija żejda (E''i) (ara figura 4ċ ta' l-Anness IV). Fil-punt fejn E'i jiġi assorbit il-forza F' m' għandhiex tkun inqas minn 0.8 Fmass. Tixqiq jew tqattiegħ addizzjonali u/jew dħul fi jew nuqqas ta' protezzjoni taż-żona ta' spazju minħabba deflessjoni elastika huma permessi waqt it-test ta' tagħbija żejda. 1.5. Tgħaffiġ fuq wara It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta' wara l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom ikunu lokati fil-pjan vertikali lonġitudinali referut. Għandha tiġi applikata forza Fr = 20 mt. Fejn il-parti ta' wara tas-saqaf ta' l-istruttura ta' protezzjoni ma jreġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta' fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni ma' dik il-parti ta' wara tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta' tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt ta' l-istruttura ta' protezzjoni li tkun tista' imbagħad treġġi l-istruttura ta' protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Imbagħad għandha tiġi applikata l-forza Fr. Il-forza Fr għandha tiġi applikata għal minimu ta' ħames sekondi wara l-waqfa tad-deflessjoni li tidher viżibbilment. Waqqaf it-test jekk l-istruttura tikser ż-żona ta' spazju jew tħalli ż-żona ta' spazju mingħajr protezzjoni. 1.6. Tgħaffiġ fuq quddiem It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta' quddiem l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom ikunu lokati fil-pjan vertikali lonġitudinali referent. Għandha tiġi applikata forza Ff = 20 mt. Fejn il-parti ta' quddiem tas-saqaf ta' l-istruttura ta' protezzjoni ma jreġġix il-forza li tgħaffeġ kollha, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta' fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni ma' dik il-parti ta' quddiem tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta' tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt ta' l-istruttura ta' protezzjoni li treġġi l-istruttura ta' protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Għandha imbagħad tiġi applikata l-forza Ff. Il-forza Ff għandha tiġi applikata għal minimu ta' ħames sekondi wara l-waqfa tad-deflessjoni li tidher viżibbilment. Waqqaf it-test jekk l-istruttura tidħol fiż-żona ta' spazju ħieles jew tħalli ż-żona ta' spazju ħieles mingħajr protezzjoni. 1.7. It-tieni tagħbija lonġitudinali L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontalment parallela mal-pjan medju vertikali tat-trattur. It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara jew minn quddiem kif definit fis-sezzjoni 3.1.1.1 ta'l-Anness II. Għandha tkun applikata fid-direzzjoni opposta għal u fil-kantuniera l-iżjed 'il bogħod mit-tagħbija lonġitudinali fis-sezzjoni 1.2. Għandha tiġi applikata fuq il-membru strutturali trasvers l-aktar il-fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni (i.e. dik il-parti li x'aktarx tmiss l-art f'inċident ta' qlib). Il-punt ta' applikazzjoni tal-piż għandu jkun f'wieħed minn sitta mill-wisa' ta' fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni l ġewwa mill-kantuniera ta' barra. Il-wisa' ta' l-istruttura ta' protezzjoni titqies bħala d-distanza bejn żewġ linji paralleli mal-pjan medju vertikali tat-trattur li tmiss l-estremitajiet fuq barra ta' l-istruttura ta' protezzjoni fil-pjan orizzontali li jmiss fuq tal-membri strutturali trasversi l-aktar 'il fuq. It-tul tat-travu m' għandux ikun inqas minn terz tal-wisa' ta' l-istruttura ta' protezzjoni (kif deskritta qabel) u mhux aktar minn 49 mm aktar minn dan il-minimu. Waqqaf it-test kull meta: (a) l-enerġija ta' sforz assorbita mill-istruttura hija daqs jew akbar mid-dħul ta' l-enerġija meħtieġa Eil2 (fejn Eil2 = 0.35 mt); jew (b) l-istruttura tidħol fiż-żona ta' spazju jew tħalli ż-żona ta' spazju mingħajr protezzjoni. 2. ŻONA TA' SPAZJU 2.1. Iż-żona ta' spazju hija murija fil-figura 6 ta' l-Anness IV u definita f'relazzjoni mal-pjan referent vertikali ġeneralment lonġitudinali għat-trattur u li tgħaddi minn punt referent tas-sedil, deskritt fis-sezzjoni 2.3, u ċ-ċentru tal-isteering wheel. Il-pjan referent għandu jiġi assunt li jiċċaqlaq orizzontalment mas-sedil u l-isteering wheel waqt l-applikazzjoni tat-tagħbija iżda li jibqa' perpendikolari ma' l-art tat-trattur jew ta' l-istruttura ta' protezzjoni jekk dan jiġi armat kif kien. Fejn l-isteering wheel huwa aġġustabli, il-posizzjoni tiegħu għandha tkun dik għal sewqan normali bilqiegħda. 2.2. Il-limiti taż-żona għandhom jittieħdu bħala: 2.2.1. pjani vertikali ta' 250 mm fuq kull naħa tal-pjan referent li jestendi l fuq mill-punt referent tas-sedil għal 300 mm; 2.2.2. pjanijiet paralleli li jestendu mit-tarf l-aktar fil-għoli tal-pjan 2.2.1 sa għoli massimu ta' 900 mm fuq il-punt referent tas-sedil u mmejjel b'tali mod li t-tarf ta' fuq tal-pjan fil-ġenb li minnu t-tagħbija tiġi applikata huwa għall-inqas 100 mm mill-pjan referent; 2.2.3. pjan orizzontali 900 mm l fuq mill-punt referent tas-sedil; 2.2.4. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan referent u li jinkludi punt 900 mm direttament l fuq mill-punt referent tas-sedil l-aktar fil-għoli u l-punt l-aktar lura tad-dahar tas-sedil; 2.2.5. wiċċ, jekk meħtieġ kurvat, b'serje ta' linji dritti perpendikolari għall-pjan referent li jestendi l-isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil f'kuntatt mad-dahar tas-sedil mat-tul tiegħu kollu; 2.2.6. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan referent, f'radius ta' 120 mm tanġent mal-pjanijiet 2.2.3 u 2.2.4; 2.2.7. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan referent, b'radius ta' 900 mm li jestendi l quddiem għal 400 mm minn u tanġent mall-pjan 2.2.3 f'punt 150 mm l quddiem mill-punt referent tas-sedil; 2.2.8. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan referent, li jingħaqad mal-wiċċ 2.2.7 fit-tarf ta' quddiem u li jgħaddi 40 mm mill-isteering wheel. F'każ ta' posizzjoni għolja ta' isteering wheel, dan il-pjan jiġi sostitwit minn pjan li jmiss il-wiċċ fit-tarf 2.2.7; 2.2.9. pjan vertikali, perpendikolari għall-pjan referent, 40 mm il quddiem mill-isteering wheel; 2.2.10. pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt referent tas-sedil; 2.3. Lokazzjoni tas-sedil u punt referent tas-sedil 2.3.1. Għall-għanijiet tad-definizzjoni taż-żona ta' spazju f'sezzjoni 2.1, is-sedil għandu jkun fil-punt l-aktar lura ta' kwalunkwe medda ta' aġġustament orizzontali. Għandu jitqiegħed fl-ogħla punt tal-medda ta' aġġustament orizzontali fejn dan hu independenti mill-aġġustament tal-posizzjoni orizzontali tiegħu. Il-punt referent għandu jiġi stabbilit bl-użu ta' l-apparat illustrat f'figuri 7 u 8 ta' l-Anness IV biex tiġi simulata tagħbija minn okkupant bniedem. L-apparat għandu jikkonsisti f'pan board tas-sedil u għuda għas-serħan tad-dahar L-għuda għas-serħan tad-dahar għandu jkollu ġonot fir-reġjun tal-ischium humps (A) u loin (B), bill-ġonta (B) jkollha l-għoli aġġustabbli. 2.3.2. Il-punt referent huwa definit bħala l-punt fil-pjan medju lonġitudinali tas-sedil fejn il-pjan tanġent ma' l-għuda tas-serħan t'isfel tad-dahar u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Dan il-pjan orizzontali jaqta' l-wiċċ ta' isfel tal-pan board tas-sedil 150 mm quddiem it-tanġent hawn fuq imsemmi. 2.3.3. Fejn sedil jinkorpora ċaqliq b'sospensjoni mqabbża liberalment, kemm jekk dan jista' jiġi aġġustat għat-toqol tax-xufier jew le, is-sedil għandu jitqiegħed fil-punt nofsani ta' dan iċ-ċaqliq. L-apparat għandu jiġi posizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jitgħabba b'forza ta' 550N f' punt 50 mm l quddiem mill-ġonta (A), u ż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar għandhom jingħafsu ħafif b'tanġent mad-dahar. 2.3.4. Jekk mhuwiex possibbli li jiġu determinati tanġenti definiti għal kull żona tas-serħan tad-dahar (taħt u fuq ir-reġjun lumbar) għandu jsir dan li ġej: 2.3.4.1. fejn l-ebda tanġent għaż-żona t'isfel mhux possibbli, il-parti t'isfel tal-għuda għas-serħan tad-dahar tingħafas mad-dahar vertikalment; 2.3.4.2. fejn l-ebda tanġent għaż-żona ta' fuq mhux possibbli, il-ġonta (B) titwaħħal f'għoli li hu 230 mm l fuq mill-punt referent tas-sedil, jekk il-parti ta' isfel tas-serħan tad-dahar hija vertikali. Imbagħad iż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar jingħafsu ħafif mad-dahar. 3. KONTROLLI U KEJL LI GĦANDUU JSIRU 3.1. Tixqiq u tqattigħ Il-membri strutturali kollha, ġonot, saljaturi għat-twaħħil u partijiet tat-trattur li jittrażmettu l-forza tat-tagħbija għandhom ikunu ħielsa minn xquq u tqattigħ li jidhru minn spezzjoni viżwali ħlief fil-każijiet li ġejjin li fihom huma permessi: 3.1.1. jekk m' humiex detrimentali għall-integrità strutturali ta' l-istruttura ta' protezzjoni, e.g.fi cladding panel jew spot jew tack weld użata għat-twaħħil ta' cladding panels; 3.1.2. jekk isiru fl-aħħar test tat-tgħaffiġ (deskritt f'sezzjoni 1.5); 3.1.3. jekk isir it-test ta' tagħbija b' mod soddisfaċenti wara li jseħħu; 3.1.4. jekk jiġru waqt test ta' tagħbija żejda. 3.2. Żona ta' spazju ħieles Waqt kull test l-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi verifikat jekk parti mill-istruttura ta' protezzjoni daħlitx f' żona ta' spazju ħieles madwar is-sedil tax-xufier kif definit fis-sezzjoni 2.1. Addizzjonalment, l-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi determinat jekk xi parti miż-żona ta' spazju ħieles hiex barra mill-protezzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni. Għal dan il-għan, għandha titqies barra mill-protezzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni jekk xi parti minnha tkun ġiet f' kuntatt ma' l-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni li minnha kienet applikata t-tagħbija. Għal dan il-għan, it-tyre u s-settjar tas-sriebet għandhom jitqiesu li huma l-iżgħar speċifikati mill-manifattur. 3.3. Deflessjoni permanenti finali Wara t-testijiet, id-deflessjoni permanenti finali ta' l-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi rreġistrata. Għal dan il-għan, qabel il-bidu tat-test, il-posizzjoni tal-membri ewlenija ta' l-istruttura ta' protezzjoni f'relazzjoni mal-punt referent tas-sedil għandhom jiġu rreġistrati. ______________________ ANNESS IV FIGURI Figura 1. Punt ta' applikazzjoni ta' tagħbija mill-ġenb Figura 2. Punt ta' applikazzjoni ta' tagħbija lonġitudinali. Figura 3. Eżempju ta' arranġament għal test ta' tgħaffiġ. Figura 4a. Tagħbija Normali (enerġija assorbita Ei). Figura 4b. Tagħbija Normali (bħal figura 4a). Figura 4ċ. Test ta' tagħbija żejda Figura 5. Illustrazzjoni tat-termini permanenti, elastiċi u deflessjoni totali. Figura 6a. Dehra mill-ġenb taż-żona ta' spazju. Figura 6b. Dehra minn quddiem/wara taż-żona ta' spazju. Figura 6ċ. Dehra isometrika. Figura 7. Apparat għad-determinazzjoni tal-punt referent tas-sedil. Figura 8. Metodu li bih il-punt referent tas-sedil jiġi determinat. [pic] [pic] [pic] [pic] ANNESS V MUDELL RAPPORT DWAR IT-TEST TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KOMPONENTI TAL-KEE TA' STRUTTURA TA' PROTEZZJONI (QAFAS JEW KABINA TAS-SIGURTÁ) RIGWARD IS-SAĦĦA TAGĦHA KIF UKOLL IS-SAĦĦA TAT-TWAĦĦIL TAGĦHA MAT-TRATTUR (Testjar statiku) Struttura ta' protezzjoni Għamla Tip Identifikazzjoni ta' l-istazzjon tat-test Għamla tat-trattur Tip tat-trattur Numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE: .. 1. Marka jew isem tad-ditta ta' l-istruttura ta' protezzjoni: . 2. Isem u indirizz tal-manifattur ta' l-istruttura ta' protezzjoni u/jew tat-trattur: .. .. 3. Jekk applikabbli, isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur ta' l-istruttura ta' protezzjoni u / jew tat-trattur .. .. 4. Speċifikazzjonijiet tat-trattur li fuqu jitwettqu t-testijiet: 4.1. Marka jew isem tad-ditta: ... 4.2. Tip u deskrizzjoni kummerċjali: . 4.3. Numru serjali:.......................................................................................................... 4.4. Massa tat-trattur mhux ballastjat bl-istruttura ta' protezzjoni mgħammra, mingħajr xufier..... .kg. Daqsijiet tat-tyres: quddiem:.. wara: 5. Estensjoni(jiet) ta' l-approvazzjoni tat-tip għal tratturi oħrajn (1) 5.1. Marka jew isem tad-ditta: .... 5.2. Tip u deskrizzjoni kummerċjali: .. 5.3. Massa tat-trattur mhux ballastjat bl-istruttura ta' protezzjoni mgħammra, mingħajr xufier...... kg. Daqsijiet tat-tyres: quddiem: ................................................. wara: ....................................................... 1 Dawn id-dettalji għandhom jiġu mtennija għal kull estensjoni 6. Speċifikazzjonijiet ta' l-istruttura ta' protezzjoni 6.1. Tpinġija ta' l-arranġament ġenerali ta' l-istruttura ta' protezzjoni u t-twaħħil tagħha mat-trattur. 6.2. Ritratti minn quddiem u wara li juru d-dettalji tat-twaħħil. 6.3. Deskrizzjoni qasira ta' l-istruttura ta' protezzjoni li tinkludi t-tip ta' kostruzzjoni, dettalji tat-twaħħil fuq it-trattur, dettalji tal-cladding, metodu ta' aċċess u ħarba, dettalji tal-kuxxinamentinterjuri, karatteristiċi li jipprevjenu qlib kontinwu u dettalji tas-sistema għas- sħana u ventilazzjoni. 6.4. Dimensjonijiet. 6.4.1. Għoli tal-membri tas-saqaf il fuq mill-punt referent tas-sedil .....mm 6.4.2. Għoli tal-membri tas-saqaf il fuq mill-pjanċa tat-trattur .mm 6.4.3. Wisa' interjuri ta' l-istruttura ta' protezzjoni 900mm il fuq mill-punt referent tas-sedil .. mm 6.4.4. Wisa' interjuri ta' l-istruttura ta' protezzjoni f'punt il fuq mis-sedil u fil-livell ta' nofs l-isteering wheel .mm 6.4.5. Distanza minn nofs ta' l-isteering wheel sal-lemin ta' l-istruttura ta' protezzjoni . mm 6.4.6. Distanza minn nofs ta' l-isteering wheel sax-xellug ta' l-istruttura ta' protezzjoni ... mm. 6.4.7. Distanza minima mix-xifer ta' l-isteering wheel sa l-istruttura ta'protezzjoni..mm 6.4.8. Wisa' tal-bibien: Fuq............................................................................................................. mm Fin-nofs..................................................................................................... mm Isfel........ mm 6.4.9. Għoli tal-bibien Il fuq mit-tarġa..................................................................................................mm Il fuq mill ogħla tarġa tat-tlugħ ... mm Il fuq mit-tarġa tat-tlugħ l-aktar baxxa ... mm 6.4.10. Għoli totali tat-trattur mgħammar bl-istruttura ta' protezzjoni..................................mm 6.4.11. Wisa' totali ta' l-istruttura ta' protezzjoni (esklużi l-ġwienaħ) .mm 6.4.12. Distanza orizzontali għal wara ta' l-istruttura ta' protezzjoni mill-punt referent tas-sedil f'livell ta' 900mm .... mm 6.5. Dettalji u kwalità tal-materjal wżati, standards użati . . Qafas ewlieni ........... (materjal u dimensjonijiet) Twaħħil ................ (materjal u dimensjonijiet) Cladding .. (materjal u dimensjonijiet) Saqaf......................(materjal u dimensjonijiet) Kuxxinament interjuri .. (materjal u dimensjonijiet) Boltijiet tat-twaħħil u l-armar(materjal u dimensjonijiet) Tip ta' windscreen u glejżjar u dettalji tal-marki . 7. Riżultati tat-test 7.1. Testijiet tat-tagħbija żejda u tat-tgħaffiġ It-testijiet tat-tagħbija saru fuq ix-xellug/il-lemin (1) wara u fuq ix-xellug/il-lemin (1) quddiem u fuq in-naħa tax-xellug / il-lemin (1) 7.2. It-toqol riferent użat biex jiġi kkalkolat d-dħul ta' enerġija u forzi li jgħaffġu kien.............. kg _________________________ 1 Ħassar fejn ma japplikax 7.3. Il-ħtiġiet dwar xquq u tqattiegħ u l-protezzjoni taż-żona ta' spazju ġew sodisfati. 7.4. Enerġiji tat-tagħbija: Wara / quddiem (1)...................................................................................................... kJ Ġenb.............................................................................................................................kJ Forza li tgħaffeġ............................................................................................. kN It-tieni test tat-tagħbija lonġitudinali sar fuq quddiem/wara fil-lemin/xellug (1)..kJ 7.5. Deflessjoni permanenti finali mkejla wara t-testijiet: Wara: 'l quddiem / lura (1) Xellug......................................................................................... mm Lemin.......................................................................................... mm Quddiem: 'l quddiem / lura (1) Xellug.......................................................................................... mm Lemin........................................................................................... mm Fuq in-naħa tal-ġenb Quddiem .. mm Wara . mm Minn fuq l isfel / l fuq (1): Quddiem ... mm Wara . mm _____________________________ 1 Ħassar fejn ma japplikax 8. Numru tar-rapport.................................................................................................... 9. Data tar-rapport....................................................................................................... 10. Firma............................................................................................................................ ANNESS VI MARKI Il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandha tikkonsisti f'rettangolu li ddawwar f'ittri żgħar l-ittra e' segwita mill-ittra jew ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti: 1 għall-Ġermanja 2 għall-Franza 3 għall-Italja 4 għall-Olanda 6 għall-Belġju 11 għar-Renju Unit 13 għall-Lussemburgu 18 għad-Danimarka IRL għall-Irlanda. Għandu jinkludi wkoll fil-qrib tar-rettangolu in-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE li jikkorrispondi man-numru taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE maħruġ rigward is-saħħa tat-tip ta' l-istruttura ta' protezzjoni u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur. Eżempju ta' marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandha tiġi supplementata mis-simoblu addizzjonali "S" [pic] ANNESS VII MUDELL ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KOMPONENTI TAL-KEE Isem ta' l-Awtorità Kompetenti Notifika dwar għotja, rifjut, revoka jew estensjoni ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE dwar is-saħħa ta' struttura ta' protezzjoni (kompartiment jew qafas għas-sigurtà) u għas-saħħa tat-twaħħil tiegħha mat-trattur (testjar statiku) Nru ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE . ...estensjoni (1) 1. Isem jew marka tad-ditta ta' l-istruttura ta' protezzjoni ... 2. Isem u indirizz tal-manifattur ta' l-istruttura ta' protezzjoni: ... ____________________________ 1 Jekk japplika, għid jekk din hijiex l-ewwel, it-tieni, eċċ. estensjoni ta' l-approvazzjoni dwar tip tal-komponenti tal-KEE oriġinali. 3. Jekk applikabbli, isem u indirizz tar-rappreżentat awtorizzat tal-manifattur ta' l-istruttura ta' protezzjoni: . 4. Marka jew isem tad-ditta, tip u deskrizzjoni kummerċjali tat-trattur li għalih hija maħsuba l-istruttura ta' protezzjoni: 5. Estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għat-tip(i) ta' trattur(i) li ġejjin:.. 5.1. Il-massa tat-trattur mhux ballastjat, kif definita f' 1.3 ta' l-Anness II jeċċedi / ma jeċċedix 2 it-toqol ta' referenza użat għat-test aktar minn 5%. 5.2. Il-metodu ta' twaħħil u l-punti tat-twaħħil huma/mhumiex(2) identiċi 5.3. Il-komponenti kollha li jistgħu jservu biex ireġġgħu l-istruttura ta' protezzjoni huma/mhumiex (2) identiċi. 5.4. Il-ħtiġiet tar-raba' inċiż tas-sezzjoni 3.4 ta' l-Anness I huma/mhumiex(2) milħuqa. 6. Sottomess għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE f' .. 7. Stazzjon tat-test ... 8. Data u numru tar-rapport ta' l-istazzjon tat-test .. 9. Data ta' l-għotja/rifjut/revoka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE(2).. 10. Data ta' l-għotja / rifjut/ revoka ta' l-estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE(2) 11. Post . 12. Data ..... 13. Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti li jidher fuq, huma annessi ma' dan iċ-ċertifikat (e.g. rapport ta' l-istazzjon tat-test) .. 14. Rimarki, jekk hemm _______________________ 2 Ħassar fejn ma jgħoddx 15. Firma ... ANNESS VIII KONDIZZONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' trattur, rigward is-saħħa ta' struttura ta' protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 2. Trattur li jirrappreżenta t-tip ta' trattur għall-approvazzjoni, li fuqu struttura ta' protezzjoni u t-twaħħil tagħha, debitament approvati, jiġu armati, għandhom jiġu sottomessi lis-servizzi tekniċi responsabbli biex imexxu t-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip. 3. Is-servizz tekniku responsabbli biex imexxi t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip għandu jivverifika jekk it-tip approvat ta' l-istruttura ta' protezzjoni hijiex maħsuba li tiġi armata fuq it-tip ta' trattur li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip. Partikolarment, għandha taċcerta li t-twaħħil ta' l-istruttura ta' protezzjoni tikkorrespondi ma' dak li ġie ttestjat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 4. Min għandu approvazzjoni tat-tip tal-KEE jista' jitlob li tiġi estiża għal tipi oħra ta' strutturi ta' protezzjoni. 5. L-awtoritaijet kompententi għandom jagħtu tali estensjonijiet fuq il-kundizzjonijiet li ġejjin: 5.1. it-tip ta' struttura ta' protezzjoni ġdida u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur għandha approvazzjoni tat- tip tal-komponenti tal-KEE; 5.2. hija ddisinjata li tiġi armata fuq it-tip ta' trattur li għaliha tintalab l-estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE; 5.3. it-twaħħil ta' l-istruttura ta' protezzjoni mat-trattur tikkorrespondi ma' dik li ġiet ittestjata meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 6. Għandu jiġi anness ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, maċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal kull approvazzjoni tat-tip jew estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip li ngħatat jew ġiet rifjutata. 7. Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' tip ta' trattur tiġi introdotta fl-istess ħin ma' talba għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għal tip ta' struttura ta' protezzjoni li hija maħsuba li tintrama' fuq it-tip ta' trattur li għaliha ntalbet l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, ma jsirux il-verifiki msemmija f'2 u 3. __________________ ANNESS IX MUDELL Isem ta' l-Awtorita' Kompetenti ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJON TAT-TIP TAL-KEE GĦAL TIP TA' TRATTUR RIGWARD IS-SAĦĦA TA' STRUTTURI TA' PROTEZZJONI (KOMPARTIMENT JEW QAFAS GĦAS-SIGURTÀ) U S-SAĦĦA TAT-TWAĦĦIL TAGĦHOM MAT-TRATTUR (Testjar Statiku) (Artikoli 4(2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fuq l-approvazzjoni dwar tip tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija) Nru ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE .. estensjoni (1) 1. Isem jew marka tad-ditta tat-trattur. 2. Tip tat-trattur ... 3. Isem u indirizz tal-manifattur tat-trattur . . 4. Jekk japplika, isem u indirizz tar-rappreżentat awtorizzat tal-manifattur tat-trattur: . __________________________ 1 Jekk japplika, għid jekk din hijiex l-ewwel, it-tieni, eċċ. estensjoni ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE oriġinali. 5. Marka jew isem tad-ditta ta' l-istruttura ta' protezzjoni: 6. Estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għat-tip(i) segwenti ta' struttura ta' protezzjoni:.. 7. Trattur sottomess għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE f' .. 8. Servizz tekniku responsabbli għall-kontroll tal-konformità ma' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. .. 9. Data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz . 10. Numru -rapport maħruġ minn dak is-servizz . 11. Approvazzjoni tat-tip tal-KEE rigward is-saħħa ta' l-istrutturi ta' protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħhom mat-trattur ġie mogħti / rifjutat(2). 12. L-estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE rigward is-saħħa ta' l-istrutturi ta' protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħhom mat-trattur ġie mogħti / rifjutat(2). 13. Post ... 14. Data .. 15. Firma ... __________________________ 2 Ħassar fejn ma japplikax Proofread by Claudine Camilleri [1] ĠU Nru Ċ 296, 11.12.1978, p. 69. [2] ĠU Nru Ċ 128, 21.5.1979, p. 18. [3] ĠU Nru L 84, 28.3.1974, p. 10. L-istruttura ta' protezzjoni li għandha l-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE murija hawn fuq hija struttura li għaliha ngħatat approvazjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE fil-Ġermanja (e 1) taħt in-numru 1471. Ċappetta pjanċa ta' l-għatu tas-sedil dimensjonijiet f' mm dimensjonijiet f' mm figura 7 Apparat biex jiddetermina il-punt ta' referenza tas-sedil Figura 8: Metodu biex jiddetermina il-punt ta' referenza tas-sedil Pjanċa għas-serħan tad-dar ta' isfel Pjanċa għas-serħan tad-dar ta' fuq Ċappetta Figura 6ċ: Dehra iżometrika Figura 6b: Dehra minn quddiem/wara taż-żona ta' spazju Dimensjonijiet f'mm Punt referent tas-sedil Posizzjoni normali ta'l-isteering wheel Posizzjoni għolja ta' l-isteering wheel Dimensjonijiet f'mm Figura 6a: Dehra mill-ġenb taż-żona ta' spazju 2. Deflessjoni permanenti 3. Deflessjoni elastika 4. Deflessjoni totali (permanenti u elastika) Figura 5: Illustrazzjoni tat-termini permanenti, elastiċi u deflessjoni totali Struttura taħt tagħbija massima Struttura wara li titneħħa t-tagħbija Struttura qabel it-tagħbija 1) Forza Enerġija assorbita Ei Deflessjoni Figura 4a: Tagħbija normali Forza Enerġija finali Ea Enerġija assorbita E"i Deflessjoni Deflessjoni Figura 4b: Tagħbija normali (bħal Figura 4a) Figura 4ċ: Test ta' tagħbija żejda Enerġija totali assorbita wara test ta' tagħbija żejda, E'i = Ea + E"i Imsiemer ta' ġonot universali Ċilindru idrawliku Imsiemer tal-ġonot universali Treġġija taħt il-fwies ta' quddiem u ta' wara Figura 3: Eżempju ta' arranġament għal test ta' tgħaffiġ Tul ta' wieħed minn sitta Dehra f' X- X Wisa' Ġenerali Defless minħabba tagħbija minn wara Wisa' totali Sezzjoni fi X-X Wisa' ta' parti waħda minn sitta Difless minħabba taghħbija minn wara Figura 2 Punt ta' applikazzjoni ta' tagħbija lonġitudinali Figura 1 Punt ta' applikazzjoni ta' tagħbija mill-ġenb (1) Punt referent tas-sedil