|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1195 |
23.2.2024 |
P9_TA(2023)0335
Rapport interim dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2023 dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 (COM(2023)0337 – 2023/0201R(APP))
(C/2024/1195)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/2496 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (2), u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest (3) u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (5) (l-“FII”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2023)0337), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027” (COM(2023)0336) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2023)0336), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità tal-Ukrajna (COM(2023)0338), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (COM(2023)0335), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Lulju 2023 (COM(2023)0300), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (8) (ir-“Regolament Finanzjarju”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tas-16 ta’ Mejju 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2022)0223), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-impatt fuq il-baġit tal-UE tal-2024 taż-żieda tal-kostijiet tat-teħid b’self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti adattat għal sfidi ġodda (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0273/2023), |
Valutazzjoni ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni
|
1. |
Jilqa’ l-fatt li, wara r-rieżami tagħha tal-qafas finanzjarju pluriennali (“QFP”) 2021-2027, il-Kummissjoni waslet għall-istess konklużjoni bħal dik li wasal għaliha l-Parlament f’Diċembru 2022, jiġifieri li minn meta ntlaħaq qbil dwaru fl-2020, il-QFP ingħeleb minn avvenimenti f’dinja li nbidlet b’mod radikali, li l-flessibbiltà baġitarja ġiet eżawrita minn kriżijiet multipli u hemm bżonn ta’ ħafna aktar sabiex ikun hemm rispons għal ċirkostanzi mhux previsti, li l-QFP fih problemi strutturali evidenzjati mill-iżviluppi ekonomiċi u soċjali u li, b’riżultat ta’ dan, hija essenzjali reviżjoni urġenti tar-regolament dwar il-QFP u l-anness tiegħu; |
|
2. |
Jissottolinja l-fatt li r-reviżjoni trid tiffoka fuq l-indirizzar tal-konsegwenzi multipli tal-gwerra tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, fuq it-tisħiħ tal-awtonomija strateġika miftuħa u tas-sovranità tal-Unjoni u fuq l-għoti ta’ flessibbiltà adegwata lill-Unjoni biex tirrispondi għall-kriżijiet; jilqa’, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni mmirata bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba iżda jqis li livell ogħla iżda realistiku ta’ ambizzjoni huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-QFP ikun jista’ jindirizza aħjar l-isfidi strutturali fil-baġit u jkun aktar adatt għall-futur; |
|
3. |
Iqis li r-reviżjoni proposta għandha fil-mira biss uħud mill-aktar oqsma urġenti ta’ tħassib fil-qafas eżistenti u ma tindirizzax kompletament il-ħtiġijiet u l-isfidi kollha identifikati mill-Parlament; |
|
4. |
Jistenna li l-Kummissjoni tkompli tevalwa bir-reqqa l-ħtiġijiet attwali u futuri kollha, inkluż fir-rigward tal-konverġenza soċjali u ekonomika, l-impatt fuq ir-reġjuni l-aktar affettwati mill-gwerra u r-rispons meħtieġ għall-kriżi tal-klima u tal-bijodiversità; jissottolinja l-pressjoni tal-inflazzjoni madwar l-UE u b’mod partikolari fuq il-benefiċjarji tal-UE bħall-bdiewa, l-istudenti u t-tfal; jiddispjaċih li r-reviżjoni proposta ma tirriflettix il-fatt li l-kriżijiet attwali aggravaw u se jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni soċjoekonomika attwali li qed tiddeterjora għall-persuni l-aktar vulnerabbli fl-Unjoni, speċjalment it-tfal fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar, u se jkollha konsegwenzi fit-tul; jisħaq ukoll li r-reviżjoni proposta ma tirriflettix l-ambizzjoni tal-Unjoni li żżid l-isforzi tagħha biex tiġġieled ir-rati allarmanti ta’ faqar fost it-tfal u tikkontribwixxi għall-eradikazzjoni tal-faqar fost it-tfal permezz tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal maħluqa reċentement; jinsisti għalhekk li l-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu t-talba tal-Parlament biex l-isforzi tal-Unjoni lejn il-qerda tal-faqar fost it-tfal jiġu intensifikati b’mod urġenti matul il-perjodu 2024-2027 u jappella għal Garanzija Ewropea għat-Tfal imsaħħa bħala parti mill-QFP ta’ wara l-2027; |
|
5. |
Jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament, il-proposta għal reviżjoni ma twassalx għal reviżjoni ’l isfel tal-pakketti nazzjonali allokati minn qabel; jissottolinja r-rwol ċentrali u l-valur miżjud tal-politika ta’ koeżjoni bħala politika ta’ investiment u strument ta’ konverġenza essenzjali tal-Unjoni; |
|
6. |
Ifakkar li, b’differenza mill-baġits nazzjonali, fejn l-inflazzjoni taffettwa l-valur nominali kemm tad-dħul kif ukoll tan-nefqa, il-limiti massimi tal-infiq tal-QFP huma aġġustati abbażi ta’ deflatur ta’ 2 % applikat għall-prezzijiet tal-2018, filwaqt li l-limitu massimu tar-riżorsi proprji jaġġusta għall-inflazzjoni; huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li, skont il-Kummissjoni, l-inflazzjoni tista’ tnaqqas il-valur f’termini reali tal-QFP b’EUR 74 biljun matul il-perjodu ta’ seba’ snin b’impatt dirett fuq il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE; |
|
7. |
Jissottolinja, madankollu, li, bħala riżultat ta’ inflazzjoni għolja mhux mistennija, id-dħul mitlub mill-Istati Membri għall-infiq tal-QFP naqas bħala perċentwal tal-introjtu nazzjonali gross (“ING”); jinnota, barra minn hekk, li r-ribassi għall-ħames Stati Membri benefiċjarji huma marbuta mal-inflazzjoni u għalhekk żdiedu wkoll b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-QFP, u b’hekk dan żid il-piż fuq l-Istati Membri l-oġra li kellhom jagħmlu tajjeb għad-defiċit; jitlob li bħala miżura immedjata r-rifużjonijiet jiġu aġġustati abbażi tad-deflatur ta’ 2 %; Ifakkar, barra minn hekk, fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li r-ribassi u mekkaniżmi ta’ korrezzjoni oħra għandhom jiġu aboliti; |
|
8. |
Jisħaq fuq il-fatt li, minbarra t-tnaqqis tal-valur f’termini reali tal-QFP, l-inflazzjoni wasslet ukoll għal żieda sostanzjali fir-rati tal-imgħax, li żiedet il-kostijiet tas-self tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tar-ripagament tad-dejn tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI), u għalhekk kompliet tnaqqas il-baġit; |
|
9. |
Jenfasizza li, anke meta titqies il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-QFP, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali jammontaw biss għal 1,03 % tal-ING u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali jammontaw għal 1,02 % biss tal-ING; ifakkar li, oriġinarjament, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-QFP attwali kienu ppjanati li jammontaw għal 1,10 % tal-ING; jisħaq li t-tisħiħ propost mill-Kummissjoni mhuwiex previst li jkopri l-impatt tal-inflazzjoni; |
|
10. |
Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li r-reviżjoni proposta se tirrikjedi żieda fil-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2026 u fl-2027; jisħaq fuq il-fatt li l-kredibbiltà tal-Unjoni tiddependi mill-iżgurar li jkun hemm approprjazzjonijiet ta’ pagament adegwati biex ikopru l-approprjazzjonijiet ta’ impenn; jenfasizza d-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ ċerti programmi minħabba l-adozzjoni tardiva tagħhom u t-tfixkil tal-proġetti minħabba l-kriżi tal-COVID-19; jissottolinja, f’dan il-kuntest, ir-riskju ta’ arretrati ta’ pagamenti fis-snin ta’ wara tal-perjodu tal-QFP u għall-QFP sussegwenti; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jitneħħa l-limitu massimu annwali fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku sabiex jittaffa dan ir-riskju; |
|
11. |
Jafferma mill-ġdid l-importanza tal-prinċipji orizzontali dwar il-klima, il-bijodiversità u l-ugwaljanza bejn is-sessi li jirfdu l-QFP u l-politiki kollha relatati tal-UE; ifakkar li l-miri relatati mal-klima u mal-bijodiversità kif ukoll l-obbligu li jiġi rispettat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma stipulati fil-FII u jinsisti li dawn id-dispożizzjonijiet iridu wkoll ikunu fil-bażi tal-QFP aġġornat; jistieden lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-FII u tieħu azzjoni konkreta biex tiżgura li jintlaħqu l-miri u l-objettivi ta’ politika miftiehma; |
|
12. |
Ifakkar li l-infiq taħt l-Intestatura 7 għandu jkun stabbilit f’livell li jiggarantixxi li l-UE jkollha amministrazzjoni effettiva u effiċjenti, kif propost mill-Kummissjoni; |
|
13. |
Itenni l-fehma tiegħu li sal-1 ta’ Jannar 2024 irid jiġi stabbilit QFP rivedut u għanmdu jipprovdi qafas għall-baġit tal-2024; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta’ adozzjoni b’ħeffa tar-regolament emendat; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-Kummissjoni tat widen għall-appell tal-Parlament biex imexxi ’l quddiem ir-rieżami u r-reviżjoni tiegħu tal-QFP; |
|
14. |
Itenni t-talbiet li ilu jagħmel li l-istrumenti baġitarji kollha li jkopru l-infiq fil-livell tal-Unjoni jiġu inkorporati bis-sħiħ fil-baġit, u b’hekk jiġu żgurati t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, il-kontroll demokratiku sħiħ u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinsisti li l-integrazzjoni ta’ dawn l-istrumenti fil-baġit tal-UE ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis tal-finanzjament tal-politiki u tal-programmi l-oħra tal-UE; |
|
15. |
Jenfasizza l-fatt li hemm rabta ċara bejn ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-UE; jilqa’ l-impatt pożittiv tar-Regolament fuq reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE u jemmen li diġà aġixxa bħala deterrent effettiv kontra l-ksur tal-istat tad-dritt; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha skont ir-Regolament li tiżgura li r-riċevituri jew il-benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE ma jiġux imċaħħda mill-fondi li huma dovuti lilhom, b’mod partikolari meta jiġu adottati miżuri fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt f’konformità mar-Regolament; |
|
16. |
Jinsab lest li jimpenja ruħu b’mod attiv u kostruttiv mal-Kunsill u mal-Kummissjoni biex jiżgura li l-qafas rivedut, li jindirizza l-proposta kollha tal-Kummissjoni, jiġi adottat fi żmien xieraq u jidħol fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2024; ifakkar li, fl-FII, l-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jiddeterminaw arranġamenti speċifiċi għall-kooperazzjoni u d-djalogu matul il-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta’ reviżjoni sostanzjali tal-QFP; |
Appoġġ fit-tul għall-Ukrajna
|
17. |
Ifakkar li l-Unjoni u l-poplu tagħha kienu fuq quddiem nett fl-appoġġ lill-Ukrajna mill-bidu nett tal-gwerra, u wrew solidarjetà mal-Ukreni fil-ġlieda tagħhom biex jiddefendu d-demokrazija kontra l-awtoritarjaniżmu; jisħaq fuq il-fatt li sal-lum il-baġit tal-UE pprovda aktar minn EUR 30 biljun f’assistenza finanzjarja; itenni l-fehma tiegħu li l-Unjoni jeħtiġilha tkun fil-qalba tal-isforzi kontinwi biex tappoġġa lill-Ukrajna mill-aspett finanzjarju u tgħinha fit-triq tagħha lejn is-sħubija fl-UE; |
|
18. |
Jilqa’, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal soluzzjoni strutturali fit-tul għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna ankrata fil-baġit tal-UE, li tkopri l-appoġġ għall-istabbiltà makrofinanzjarja, qafas ta’ investiment u fondi għall-irkupru fuq terminu qasir u medju, għar-riformi relatati mal-adeżjoni u għall-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi; iqis li tali strument fit-tul huwa l-uniku mod vijabbli biex jiġu involuti donaturi oħra u jiġi żgurat infiq effettiv u mmirat li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Ukrajna u tal-poplu tagħha; jinsisti li għandu jintlaħaq qbil malajr kemm jista’ jkun dwar il-Faċilità għall-Ukrajna, wara l-adozzjoni tar-Regolament rivedut dwar il-QFP, peress li l-finanzjament fl-ambitu tar-Regolament MFA+ (12) huwa previst għall-2023 biss; |
|
19. |
Iqis li huwa raġonevoli li jinbena ċertu grad ta’ flessibbiltà fil-Faċilità, minħabba l-inċertezzi dwar marbuta mas-sitwazzjoni tal-Ukrajna; jilqa’ l-fatt li, skont il-proposta tal-Kummissjoni, ir-riżerva tal-Ukrajna għandha tiġi mmobilizzata mill-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali u huwa deċiż li jiżgura li l-Parlament, bħala waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja, ikollu r-rwol sħiħ tiegħu fil-proċess; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, fi żmien xieraq, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-awtorità baġitarja tkun tista’ twettaq dmirijietha; |
|
20. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu protetti l-istat tad-dritt u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jiġu pprevenuti, identifikati u kkoreġuti l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet fl-użu tal-fondi tal-Unjoni fl-Ukrajna, li għandhom ikunu bażat fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u responsabbiltà; iqis li l-Faċilità għandu jkun fiha dispożizzjonijiet u salvagwardji stretti biex jintlaħqu dawk l-objettivi; |
Il-migrazzjoni u l-isfidi esterni
|
21. |
Jiddeplora l-fatt li, anke qabel il-gwerra kontra l-Ukrajna, il-fondi disponibbli taħt l-Intestatura 6 (il-viċinat u d-dinja) kienu inadegwati ħafna u li l-QFP ma kkunsidrax l-finanzjament kontinwu għall-ħtiġijiet tar-rifuġjati mis-Sirja, mill-Iraq u minn pajjiżi oħra, u dan ma ħalla kważi l-ebda marġini biex jiġu indirizzati l-isfidi addizzjonali; |
|
22. |
Jisħaq fuq il-fatt li, b’mod partikolari wara l-gwerra ta’ agressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kuntest internazzjonali mar għall-agħar malajr bħala riżultat tal-kriżijiet tal-ikel, tal-enerġija, tal-klima u dik ekonomika, li żiedu b’mod drammatiku l-pressjoni fuq l-Intestatura 6; jinnota li, minbarra r-rikors ripetut għall-Istrument ta’ Flessibbiltà, il-protezzjoni tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (“NDICI”)-Ewropa Globali naqset malajr ħafna u ntużat lil hinn mill-iskop ewlieni tagħha li twieġeb għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti, filwaqt li l-baġit għall-għajnuna umanitarja bbaża ħafna fuq il-mobilizzazzjoni tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (“SEAR”) li hija taħt pressjoni kbira u li l-ambitu tagħha jestendi lil hinn mill-għajnuna umanitarja; |
|
23. |
Jilqa’, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdied il-limitu massimu għall-Intestatura 6 f’konformità mal-appell tal-Parlament, għalkemm jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-riżorsi addizzjonali ma jkoprux bis-sħiħ il-ħtiġijiet reali jew jieħdu inkunsiderazzjoni żviluppi mhux prevedibbli; jissottolinja li tisħiħ ulterjuri ta’ EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni huwa essenzjali biex terġa’ timtela l-protezzjoni tal-NDICI-Ewropa Globali u b’hekk tinħoloq kapaċità li tirrispondi għall-kriżijiet u għall-ħtiġijiet emerġenti; jisħaq li ż-żieda tiżgura għajnuna umanitarja kontinwa lill-Ukrajna flimkien mal-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità, kif ukoll lill-pajjiżi ġirien, bħall-Moldova li hija affettwata ħafna mill-gwerra kontra l-Ukrajna, u madwar id-dinja; jisħaq li l-bilanċ intern u d-distribuzzjoni bejn il-linji baġitarji kif previsti fir-Regolament tal-NDICI jridu jiġu rrispettati; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità tal-pajjiżi terzi ma’ standards stretti tad-drittijiet tal-bniedem fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-migrazzjoni; |
|
24. |
Jissottolinja li l-gwerra ta’ agressjoni tal-Russja kontra l-Ukrajna, flimkien ma’ żieda fil-ġuħ u l-faqar globali, il-proliferazzjoni ta’ kunflitti armati u diżastri naturali aktar intensi u frekwenti, qed iġiegħlu lil miljuni ta’ persuni jaħarbu minn djarhom u jfittxu protezzjoni fl-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni tkompli tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri ospitanti għall-akkoljenza, is-sistemazzjoni u l-integrazzjoni tar-rifuġjati; |
|
25. |
Jisħaq li l-ġestjoni u l-protezzjoni effettivi u ġusti tal-fruntieri esterni tal-UE, filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-Unjoni, flimkien mal-implimentazzjoni bla xkiel u effiċjenti tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil, huma prijoritajiet ewlenin u essenzjali biex jiġi ppreżervat il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u l-funzjonament xieraq taż-żona Schengen; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi implimentata politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil li tkun ibbażata fuq is-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, li tipprovdi ċertezza, ċarezza u kundizzjonijiet deċenti u dinjitużi għall-persuni li jaslu fl-UE, f’konformità mal-valuri tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali; |
|
26. |
Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-implimentazzjoni tal-Patt il-ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil se tirrikjedi EUR 2 biljun addizzjonali bejn l-2025 u l-2027 taħt l-Intestatura 4 (il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri); iqis li r-rikjesti addizzjonali mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi u l-aġenziji deċentralizzati fl-Intestatura 4 jirrikjedu tisħiħ ulterjuri oltre l-proposta tal-Kummissjoni ta’ EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali u li r-riżorsi addizzjonali għandhom ikunu disponibbli mill-2024; |
|
27. |
Ifakkar li t-tqassim preċiż tal-fondi addizzjonali bejn il-programmi u l-linji baġitarji taħt l-Intestaturi 4 u 6 għandu jiġi ddeterminat mill-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali; |
Il-pjattaforma għat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STE”P)
|
28. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni, titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi mhux tal-UE u tingħata spinta lill-investimenti madwar l-Unjoni, f’setturi strateġiċi ewlenin, inklużi, fost l-oħrajn, is-saħħa, il-materja prima u l-ispazju, filwaqt li jiġu xprunati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma rrispettatx l-impenn tagħha skont il-programm ta’ ħidma għall-2023 li “jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ Fond Ewropew ġdid għas-Sovranità”; jemmen li l-istrateġija industrijali tal-Unjoni għandha tiżgura il-funzjonament korrett tas-suq uniku, tevita distorsjonijiet tas-suq, toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti fl-UE u barra mill-UE u tiżgura li n-nies ikollhom il-ħiliet neċessarji; |
|
29. |
Jirrikonoxxi li, minkejja d-daqs u l-kamp ta’ applikazzjoni limitati tagħha, il-proposta STEP għandha l-potenzjal li tagħti riżultati aktar malajr billi tuża l-istrutturi tal-programmi eżistenti u tfittex li toħloq sinerġiji; iqis li l-proposta STEP għandha taġixxi bħala pjattaforma ta’ ttestjar għal Fond għas-Sovranità komprensiv fil-perjodu tal-QFP li jmiss; |
|
30. |
Jinnota li l-proposta STEP tikkombina r-riprijoritizzazzjoni tal-fondi taħt programmi eżistenti, inklużi l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’rinforzi mmirati għal programmi speċifiċi taħt l-Intestaturi 1 (is-suq uniku, innovazzjoni u diġitali), 3 (ir-riżorsi naturali u l-ambjent) u 5 (is-sigurtà u d-difiża); |
|
31. |
Jissottolinja li, sabiex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi għall-STEP, tissaħħaħ u tissawwar il-politika industrijali tal-Unjoni, jiġi promoss is-sostenn għas-settur tad-difiża, li qatt ma kien daqshekk kruċjali biex jiġu protetti s-sovranità u l-integrità tal-Istati Membri tal-UE f’xenarju tal-politika tad-difiża li nbidel b’mod drammatiku u ferm aktar kumpless, u biex tinbena l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku, il-finanzjament għall-STEP għandu jiżdied, b’tisħiħ ulterjuri ta’ EUR 2 biljun fil-prezzijiet attwali lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni fl-Intestatura 1 u ta’ EUR 1 biljun fil-prezzijiet attwali lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni fl-Intestatura 5; |
|
32. |
Jissottolinja li riallokazzjonijiet sinifikanti ġew implimentati mill-2021 fl-intestaturi kollha, u b’hekk il-programmi tqiegħdu taħt pressjoni kbira u f’riskju ta’ tfixkil; ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li prijoritajiet ġodda jridu jiġu ffinanzjati b’fondi ġodda, pjutost milli permezz ta’ riallokazzjonijiet rikorrenti, u jinsisti għalhekk fuq il-ħtieġa ta’ fondi ġodda addizzjonali biex jiġi żgurat it-twettiq effettiv ta’ programmi oħra taħt l-Intestatura 1; |
|
33. |
Itenni l-fehma tiegħu li l-approprjazzjonijiet ta’ diżimpenn għandhom jibqgħu fil-baġit u jkunu impenjati mill-awtorità baġitarja permezz tal-proċedura baġitarja annwali u jfakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju f’dak ir-rigward; jilqa’, għalhekk, il-fatt li l-proposta STEP tassumi l-użu mill-ġdid ta’ EUR 1,2 biljun f’impenji ta’ riċerka skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju u li l-Kummissjoni b’hekk tirrikonoxxi b’mod impliċitu l-ineżattezza tal-istima tagħha għad-dekummissjonar tar-riċerka li tirfed il-ftehim tal-QFP tal-2020; |
|
34. |
Ifakkar fit-talba li ilu jagħmel li l-istrumenti kollha tal-infiq tal-UE għandhom jiġu inkorporati fil-baġit, b’rispett sħiħ tal-prinċipju tal-unità baġitarja; iqis, f’dak ir-rigward, li l-allokazzjoni proposta għall-Fond għall-Innovazzjoni taħt l-Intestatura 3 tirrapreżenta progress importanti lejn il-ibbaġitjar sħiħ tiegħu; |
Kostijiet tas-self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (“EURI”)
|
35. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-ammont programmat fil-QFP biex jitħallsu lura l-kostijiet tas-self assoċjati mal-EURI huwa ferm inqas mir-rekwiżiti, u l-Kummissjoni tistma d-defiċit bejn EUR 17-il biljun u 27 biljun matul il-perjodu tal-QFP; jenfasizza li, diġà fl-abbozz ta’ baġit, iż-żieda fil-kostijiet tal-EURI hija mistennija li tikkonsma r-riżorsi kollha fl-ambitu tal-Istrument ta’ Flessibbiltà u madwar terz tar-riżorsi fl-ambitu tal-kompartiment (a) tal-Istrument ta’ Marġini Uniku fl-2024; |
|
36. |
Jenfasizza li r-rati tal-imgħax li qed jiżdiedu b’mod qawwi mill-gwerra ta’ agressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna żiedu n-nuqqasijiet strutturali inerenti fl-arkitettura tar-ripagament tad-dejn tal-baġit tal-UE; ifakkar li l-kostijiet tal-imgħax u r-ripagament tad-dejn jiddependu mill-iżviluppi tas-suq, mhumiex infiq diskrezzjonarju u għalhekk ma jistgħux ikunu soġġetti għal limitu massimu tal-infiq taħt limitu massimu tal-QFP mingħajr ma jippreżentaw riskju dirett għall-programmi ta’ investiment u l-benefiċjarji tagħhom u l-kapaċità tal-baġit li jwieġeb għall-ħtiġijiet emerġenti; |
|
37. |
Ifakkar li l-Parlament appella ripetutament għal soluzzjoni għal din il-problema u insista li l-kostijiet ta’ ripagament tal-EURI jitqiegħdu ’l fuq mil-limiti massimi tal-QFP; |
|
38. |
Jilqa’ l-ħolqien tal-Istrument EURI bħala strument speċjali li jmur oltre l-limiti massimi tal-QFP li għandu jiġi mmobilizzat kif meħtieġ abbażi tal-ħtiġijiet reali ta’ ripagament; jinsisti, madankollu, li l-Istrument ikopri l-kostijiet kollha ta’ ripagament tal-EURI, mhux biss dawk ’il fuq mill-ammont programmat taħt l-Intestatura 2b (reżiljenza u valuri); jissottolinja li Strument EURI mfassal b’dan il-mod għandu jkun il-mudell għall-ġestjoni tal-kostijiet kollha ta’ ripagament tal-EURI fil-QFP li jmiss; |
|
39. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità baġitarja b’informazzjoni f’waqtha u dettaljata dwar il-kalkoli li fuqhom huma bbażati l-previżjonijiet għall-kostijiet tas-self tal-EURI, inklużi s-suppożizzjonijiet u l-parametri użati, sabiex tkun tista’ ssir ġestjoni responsabbli tal-kostijiet ta’ ripagament; |
|
40. |
Jirrimarka dwar il-ħtieġa ta’ sett aktar varjat u reżiljenti ta’ sorsi ta’ dħul għall-baġit tal-UE sabiex jiġi pprovdut finanzjament robust u sostenibbli għal QFP imsaħħaħ u estiż; iħeġġeġ lill-Kunsill, għalhekk, japprova malajr il-proposti eżistenti dwar ir-riżorsi proprji ġodda u jissottolinja li huwa meħtieġ progress għal dak li jikkonċerna riżorsi proprji ġodda lil hinn minn dawn il-proposti; |
It-tisħiħ tal-kapaċità tal-baġit biex jirreaġixxi għal kriżijiet u ħtiġijiet emerġenti
|
41. |
Jirrimarka li l-mudell propost għall-ġestjoni tal-kostijiet ta’ ripagament tal-EURI jkollu l-effett li jirrestawra l-ispazju baġitarju fl-Istrumenti ta’ Flessibbiltà u ta’ Marġini Uniku mill-2024 sal-2027 skont il-programmazzjoni finanzjarja inizjali tal-QFP; |
|
42. |
Jissottolinja, madankollu, li l-QFP fih ftit wisq flessibbiltà, bl-Istrument ta’ Flessibbiltà u l-marġinijiet mhux allokati li jammontaw biss għal 1,05 % tal-limitu massimu tal-impenji; jisħaq fuq il-fatt li l-QFP attwali kien dipendenti ħafna fuq dik il-flessibbiltà limitata u sfortunatament irrikorra għall-orjentazzjoni mill-ġdid tal-politika ta’ koeżjoni, li mhijiex għodda ta’ rispons għall-kriżijiet iżda li ġiet użata ripetutament biex tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet fil-flessibbiltà baġitarja jew fil-mekkaniżmi ta’ rispons għall-kriżijiet fil-QFP għad-detriment tal-objettivi ta’ politika fit-tul tagħha; |
|
43. |
Jissottolinja, barra minn hekk, iż-żieda fil-ħtiġijiet mill-bidu tal-QFP, fl-ambitu tal-għajnuna umanitarja u r-rispons għal emerġenzi ġewwa u barra l-Unjoni u tal-appoġġ fir-rigward tad-diżastri naturali, li qed isiru aktar frekwenti u intensivi b’mod partikolari minħabba t-tibdil fil-klima, u jqis li dawn il-ħtiġijiet x’aktarx li jikbru; jisħaq fuq il-fatt li fl-2021 u fl-2022 l-allokazzjoni annwali għall-SEAR ġiet eżawrita u fl-2023 hija mistennija li tintuża bis-sħiħ; jiddeplora l-fatt li l-benefiċjarji tal-għajnuna fl-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, f’xi każijiet, irċevew inqas minn 50 % tal-għajnuna li normalment kienu jirċievu u kellhom jistennew żmien twil għall-iżborż minħabba l-limitazzjonijiet tal-SEAR; |
|
44. |
Iqis, f’dan ir-rigward, li l-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdied l-Istrument ta’ Flessibbiltà u l-SEAR hija pass fid-direzzjoni t-tajba; jinsisti, madankollu, li l-baġit tal-UE jrid ikun mgħammar bil-flessibbiltà u l-“ispazju” baġitarju meħtieġa biex ikun jista’ jirreaġixxi għall-kriżijiet u jadatta għall-ħtiġijiet emerġenti u li qed jikbru; |
|
45. |
Ifakkar fit-talbiet tiegħu għal żieda fl-Istrument ta’ Flessibbiltà u fl-SEAR u għal strument speċjali permanenti addizzjonali oltre l-limiti massimi tal-QFP li jippermetti lill-baġit tal-UE jadatta aħjar u jirreaġixxi malajr għall-kriżijiet u l-effetti soċjali u ekonomiċi tagħhom; jifhem li, fin-nuqqas ta’ strument bħal dan, se jibqa’ diffiċli għall-Unjoni li tiżgura t-tħejjija tagħha għal avvenimenti mhux previsti, speċjalment peress li, bħalissa, 99,6 % tal-baġit tal-Unjoni huwa allokat minn qabel; jinsab lest li jaħdem biex isib soluzzjonijiet prammatiċi fuq perjodu ta’ żmien qasir, filwaqt li jirrifletti fuq soluzzjoni aktar strutturali u simplifikata fil-QFP li jmiss; |
|
46. |
Jissottolinja li l-flessibbiltà baġitarja wriet li tippermetti li r-riżorsi jkunu mmirati fejn ikunu meħtieġa u li l-Unjoni tirrispondi għal avvenimenti mhux previsti u taġġusta l-prijoritajiet tal-infiq tagħha fid-dawl tal-ħtiġijiet politiċi, ekonomiċi jew soċjali li qed jevolvu; jinsisti, għalhekk, li l-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jiżdied b’EUR 3 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu tal-QFP; iqis, barra minn hekk, li l-ammonti li skadew taħt il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jerġgħu jsiru disponibbli taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà sabiex tissaħħaħ aktar il-flessibbiltà fil-baġit; |
|
47. |
Jinnota li t-talbiet fuq l-SEAR probabbilment mhux se jonqsu; iqis, għalhekk, li t-tisħiħ tal-SEAR huwa kruċjali biex jippermetti lill-Unjoni taġixxi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza kkawżati minn diżastri naturali kbar jew kriżijiet tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri u fil-pajjiżi tal-adeżjoni u anke biex tappoġġja lil pajjiżi mhux tal-UE li qed ibatu minn kunflitti, kriżijiet tar-rifuġjati jew diżastri naturali; jinsisti, għalhekk, li l-SEAR għandha tiżdied b’EUR 2 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu tal-QFP; jiddispjaċih, madankollu, dwar id-deċiżjoni li r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza (EAR) u l-FSUE (Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea) jingħaqdu flimkien fil-QFP attwali, deċiżjoni li wasslet għal nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni u jfakkar fil-pożizzjoni tiegħu li s-SEAR għandha tinqasam mill-ġdid f’żewġ fergħat – l-EAR u l-FSUE; |
Rakkomandazzjonijiet u modifiki
48. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu r-rakkomandazzjonijiet u l-modifiki li ġejjin:
|
(i) |
il-limitu massimu tal-Intestatura 1 għandu jiżdied b’EUR 2 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
(ii) |
il-limitu massimu tal-Intestatura 4 għandu jiżdied b’EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni u ż-żieda tiġi applikata għall-intestatura mill-2024; |
|
(iii) |
il-limitu massimu tal-Intestatura 5 għandu jiżdied b’EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
(iv) |
il-limitu massimu tal-Intestatura 6 għandu jiżdied b’EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
(v) |
l-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jiżdied b’EUR 3 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni, u tagħmel l-ammonti li skadew taħt il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni disponibbli mill-ġdid taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà; |
|
(vi) |
ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza għandha tiżdied b’EUR 2 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
(vii) |
jiġi previst li l-Istrument EURI, stabbilit bħala strument speċjali oltre l-limiti massimi tal-QFP, ikopri l-kostijiet kollha ta’ ripagament tal-EURI; |
|
(viii) |
jitħassar il-limitu massimu annwali fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku; |
|
(ix) |
Il-proposta għal regolament tal-Kunsill għandha tiġi modifikata kif ġej: Modifika 1 Proposta għal regolament Premessa 4
Modifika 2 Proposta għal regolament Premessa 11
Modifika 3 Proposta għal regolament Premessa 12
Modifika 4 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida)
Modifika 5 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2
Modifika 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
Modifika 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
Modifika 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4
Modifika 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5
“ ANNESS I QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (EU-27)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
o
o o
|
49. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 325, 20.12.2022, p. 11.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 4.
(4) ĠU C 445, 29.10.2021, p. 240.
(5) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(6) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(7) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23.
(8) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(9) Testi adottati, P9_TA(2023)0194.
(10) ĠU C 177, 17.5.2023, p. 115.
(11) [Daħħal ir-referenza: adozzjoni fil-plenarja tal-20-21 ta’ Settembru]
(12) Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1195/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)