Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2008 – Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/06)

“Rikors għal annullament – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Rikors ippreżentat minn impriża msemmija fil-motivi ta’ deċiżjoni li ma kinitx indirizzata lilha – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Rikors ippreżentat minn impriża destinatarja ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li għamlet referenza għal din l-impriża fil-motivi biss u mhux fid-dispożittiv - Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 21-24)

2.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 23)

3.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Applikazzjoni mill-qrati nazzjonali - Evalwazzjoni ta’ ftehim jew ta’ prattika eżaminata mill-Kummissjoni jew li diġà kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni tagħha - Kundizzjonijiet (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 30, 31)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/534/KE, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE [Każ COMP/F/38.456 – Bitume (l-Olanda)] jew, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq Heijmans NV u fuq Heijmans Infrastructuur BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.