European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1010

4.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1010

tas-27 ta’ April 2026

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Thomas Eugen HABERMANN li ser issir effettiva fl-1 ta’ Mejju 2026, mill-1 ta’ Mejju 2026 ser isir vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Christoph SCHNAUDIGEL, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Landrat des Landkreises Karlsruhe (Kummissarju Distrettwali ta’ Karlsruhe), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2026 u għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Christoph SCHNAUDIGEL bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, mill-1 ta’ Mejju 2026 ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti.

(6)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sa Ina LAUKÖTTER, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Landrätin des Kreises Gütersloh (Kummissarju Distrettwali ta’ Gütersloh), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2026 għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni mill-1 ta’ Mejju 2026 u għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030:

(a)

bħala membru:

—

Is-Sur Christoph SCHNAUDIGEL, Landrat des Landkreises Karlsruhe (Kummissarju Distrettwali ta’ Karlsruhe),

u

(b)

bħala membru supplenti:

—

Is-Sinjura Ina LAUKÖTTER, Landrätin des Kreises Gütersloh (Kummissarju Distrettwali ta’ Gütersloh).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ April 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PANAYIOTOU


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13 (ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1010/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)