18.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8888 — Apollo Management/Cyprus Cooperative Bank)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 136/04)

1.

Fil-11 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Altamira Asset Management S.A. (“Altamira”, Spanja), ikkontrollata minn Apollo Capital Management, L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Cyprus Cooperative Bank (“CCB”, Ċipru), u

—

Altamira Asset Management (Cyprus) Ltd (“Altamira Cyprus”, Ċipru).

Apollo u CCB jakkwistaw fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) Altamira Cyprus.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Altamira hija attiva fil-ġestjoni u l-irkupru ta’ self improduttiv u l-proprjetajiet akkwistati mill-banek bħala riżultat ta’ self improduttiv.

—

Apollo huwa grupp ta’ fondi dinjija tal-investiment li jinvestu f’firxa wiesgħa ta’ industriji.

—

CCB hu bank Ċiprijott li joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi finanzjarji.

—

Altamira Cyprus se toffri servizzi ta’ ġestjoni tad-dejn finanzjarju u klijenti oħrajn f’Ċipru.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8888 — Apollo Management/Cyprus Cooperative Bank

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.