2007R0239 — MT — 01.07.2010 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 239/2007

tas-6 ta’ Marzu 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 404/93 rigward ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet fis-settur tal-banana

(ĠU L 067, 7.3.2007, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010

  L 159

13

25.6.2010




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 239/2007

tas-6 ta’ Marzu 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 404/93 rigward ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet fis-settur tal-banana



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 404/93 tat-13 ta’ Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 29a tiegħu,

Billi:

(1)

L-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana ġiet emendata b’mod sostanzjali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2013/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 404/93, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 247/2006 rigward is-settur tal-bananaĠU L 384, 29.12.2006, p. 13..

(2)

B’mod partikolari ġew aboliti r-regoli dwar l-iskema ta’ għajnuna kumpensatorja. Madankollu, għall-monitoraġġ tat-tħaddim tas-suq tal-banana, huwa neċessarju għall-Kummissjoni li tkompli tirċievi informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-banana prodotta fil-Komunità. Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jkopru l-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni mill-Istati Membri. Tali komunikazzjonijiet għandhom ikunu komparabbli mal-informazzjoni ikkomunikata taħt ir-reġim preċedenti, waqt li fl-istess ħin ikunu ssimplifikati sa fejn possibbli. Id-dispożizzjonijiet dwar tali komunikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2005 tad-9 ta’ Diċembru 2005 dwar liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana fil-Komunità rigward banana rilaxxata f’ċirkolazzjoni ħielsa bir-rata ta’ dazju tat-tariffa doganali komuni ( 2 ) li issa ġie sostitwit b'Artikolu ieħor, għandhom għalhekk jiġu mħassra. Ir-Regolament (KE) Nru 2014/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Frott u l-Ħxejjex Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ rapportar dawn li ġejjin:

(a) il-kwantità ta’ banana prodotta fil-Komunità li hija kkummerċjalizzata:

(i) fir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom,

(ii) barra mir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom;

(b) il-prezzijiet medji ta’ bejgħ fis-swieq lokali ta’ banana ħadra prodotta fil-Komunità li hija kkummerċjalizzata fir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom;

(ċ) il-prezzijiet medji ta’ bejgħ għal banana ħadra fl-istadju ta’ kunsinna fl-ewwel port ta’ ħatt (oġġetti mhux maħtuta) rigward banana prodotta fil-Komunità li hija kkummerċjalizzata fil-Komunità barra mir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom;

(d) previżjonijiet tad-dejta msemmija f’punti (a), (b) u (ċ) għaż-żewġ perjodi ta’ rapportar sussegwenti.

2.  Ir-reġjuni ta’ produzzjoni għandhom ikunu:

(a) il-Gżejjer Kanarji,

(b) Guadeloupe,

(c) Martinique,

(d) Madeira, l-Azores u Algarve,

(e) Kreta u Lakonja,

(f) Ċipru.

3.  Il-perjodi ta’ rapportar għal sena kalendarja għandhom ikunu:

(a) Jannar sa April inklussivi,

(b) Mejju sa Awwissu inklussivi,

(ċ) Settembru sa Diċembru inklussivi.

Il-komunikazzjonijiet għal kull perjodu ta’ rapportar għandhom isiru sa mhux iktar tard minn ħmistax il-ġurnata tat-tieni xahar wara l-perjodu ta’ rapportar.

▼M1

4.  Il-komunikazzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 3 ).

▼B

Artikolu 2

Il-punt (d) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2014/2005 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 47, 25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

( 2 ) ĠU L 324, 10.12.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 566/2006 (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 6).

( 3 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.