21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 44/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-ispeċi Galega orientalis Lam (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud f’punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE) f’Parti 1 tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I tal-Ftehim:

“—

32007 L 0072: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 37).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/72/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta’, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 154, 12.6.2008, p. 4.

(2)   ĠU L 329, 14.12.2007, p. 37.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.