European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/972

27.5.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/972

tat-23 ta’ Mejju 2025

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li jikkonċernaw in-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2024 tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri

(notifikata bid-dokument C(2025) 3167)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 104 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

L-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9, 17, 21 u 34, l-Artikolu 35(4), l-Artikoli 36, 37, 38, 40 sa 43, 51, 52, 54, 56, 59, 63, 64, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99 u 100, l-Artikolu 102(2) u l-Artikoli 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), b’rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għas-sena finanzjarja 2024.

(2)

L-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (3) jipprevedi li l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7, l-Artikoli 21 sa 25, l-Artikolu 27, l-Artikolu 28, l-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 30(2), (3) u (4), u l-Artikoli 31 sa 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (4) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-FAEG, b’rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għas-sena finanzjarja 2024.

(3)

L-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jipprevedi li l-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jibqgħu japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 32, il-punti (f) u (g), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 għas-sena finanzjarja 2024.

(4)

L-Artikolu 40, it-tieni paragrafu, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (5) jipprevedi li l-Artikolu 5, l-Artikolu 5a, l-Artikolu 7(3) u (4), l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 12, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 41(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (6) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-FAEG, b’rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għas-sena finanzjarja 2024.

(5)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2116 qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja inkwistjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Waqt l-approvazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2024, jenħtieġ titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2023 u l-15 ta’ Ottubru 2024, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128.

(7)

L-Artikolu 33(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 u l-Artikolu 35(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jipprevedu li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew pagabbli lilhom, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 u fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar għas-sena finanzjarja kkonċernata, min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena, f’konformità mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 u mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament fix-xahar jew iżżidu miegħu, fir-rigward tan-nefqa affettwata fit-tieni xahar wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kontijiet.

(8)

Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-iċċekkjar tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi li qed tipproponi.

(9)

Għall-aġenziji tal-pagamenti kollha, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi.

(10)

Skont l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 39(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni trid tivverifika l-konformità tal-Istati Membri mal-perjodi ta’ pagament u mal-limiti massimi finanzjarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-pagament tal-għajnuna lill-benefiċjarji u trid tiddeċiedi dwar it-tnaqqisiet possibbli tal-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri.

(11)

Skont l-Artikolu 40, l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2021/2116 flimkien mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, rispettivament, meta l-pagamenti jkunu saru wara l-aħħar data possibbli tal-pagament, il-Kummissjoni trid tnaqqas l-ammont tal-pagamenti ta’ kull xahar mogħtija lill-Istati Membri u taġġusta l-impatt finanzjarju tat-tnaqqis proporzjonalment għad-dewmien fil-pagament billi tapplika r-rati differenti previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 u l-Artikolu 5(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. F’konformità mal-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 u mal-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, kwalunkwe skadenza tal-pagamenti li tinqabeż għandha titqies, l-aktar tard, fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul is-sena finanzjarja tal-2024 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiffissa t-tnaqqisiet rilevanti.

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ikompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin tat-talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2023, skont l-Artikolu 154(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Diversi Regolamenti tal-Kummissjoni li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistabbilixxu limiti massimi finanzjarji għal ċerti miżuri ffinanzjati fir-rigward ta’ pagamenti diretti taħt il-FAEG. Filwaqt li jitqiesu t-tnaqqis lineari, id-dixxiplina finanzjarja u t-tnaqqis tal-pagamenti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 11, rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kwalunkwe qbiż ta’ dawn il-limiti massimi jwassal għal tnaqqisiet tal-pagamenti ta’ kull xahar li għandhom isiru lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 41(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Wara valutazzjoni finali wara s-sottomissjoni tal-kontijiet annwali, jenħtieġ li kwalunkwe qbiż tal-limiti detett u mhux imnaqqas mill-pagamenti ta’ kull xahar jitqiesu f’din id-Deċiżjoni.

(13)

Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni diġà naqqset għadd ta’ pagamenti ta’ kull xahar għas-sena finanzjarja 2024 minħabba nefqa li ma saritx f’konformità mar-regoli tal-Unjoni. F’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra tali ammonti mnaqqsa sabiex tevita li tagħmel xi pagamenti jew rimborżi mhux xierqa jew mhux f’waqthom li aktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja. Meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-ammonti inkwistjoni jiġu eżaminati skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(14)

Il-Kummissjoni diġà naqqset il-pagamenti rilevanti ta’ kull xahar għas-sena finanzjarja 2024 għall-ammonti dovuti lill-FAEG bħala riżultat tad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni finanzjarja u tal-konformità, skont l-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikoli 53 u 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 eżegwiti mill-Kummissjoni fis-sena finanzjarja 2024. Kwalunkwe ammont bħal dan jitqies f’din id-Deċiżjoni.

(15)

Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat għandu jħallas 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jitressaq fil-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li flimkien mal-kontijiet annwali li għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri għandhom jehmżu tabella ċertifikata li tirrifletti l-ammonti li għandhom jitħallsu minnhom skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn 4 snin jew għal iżjed minn 8 snin, rispettivament, abbażi tat-tabelli li l-Istati Membri jkunu mlew.

(16)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x’aktarx ikunu se jiġġarrbu, b’kollox ikunu aktar mill-ammont li jrid jiġi rkuprat, jew jekk l-irkupru jkun impossibbli minħabba l-insolvenza, reġistrata u rikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jinkiseb fil-qrati nazzjonali, jenħtieġ li 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li dwarhom Stat Membru partikolari jkun iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni għandhom jiġu inklużi fir-rapport ta’ sinteżi msemmi fl-Artikolu 54(4) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jiġġarrbux mill-Istati Membri kkonċernati iżda jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni.

(17)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma b’dan approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fir-rigward tas-sena finanzjarja 2024.

L-ammonti rikoverabbli mingħand kull Stat Membru jew pagabbli lilu skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huma stipulati fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, u għal deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti kif irrapportat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Christophe HANSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/908/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/127/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/907/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1307/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).


ANNESS I

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2024

Ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew jitħallas lilu

Stat Membru

 

2024 – Nefqa / Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqisiet u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1)

Ammont li għandu jiġi debitat f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Total li jinkludi t-tnaqqisiet u s-sospensjonijiet

Pagamenti li saru lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (-) jew jitħallas (+) lill-Istat Membru (2)

approvati

diżassoċjati

= nefqa / dħul assenjat dikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa / tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar

a

b

c=a+b

d

e

f=c+d+e

g

h=f-g

AT

EUR

696 565 001,42

0,00

696 565 001,42

994 767,54

-1 249,82

697 558 519,14

697 559 768,96

-1 249,82

BE

EUR

553 789 267,80

0,00

553 789 267,80

- 378 546,79

- 712,96

553 410 008,05

555 112 173,33

-1 702 165,28

BG

BGN

0,00

0,00

0,00

0,00

-2 373,84

-2 373,84

0,00

-2 373,84

BG

EUR

831 485 950,98

0,00

831 485 950,98

-7 338 177,33

0,00

824 147 773,65

824 072 466,75

75 306,90

CY

EUR

51 421 473,92

0,00

51 421 473,92

- 420 889,28

0,00

51 000 584,64

50 966 053,22

34 531,42

CZ

CZK

0,00

0,00

0,00

0,00

-6 066 994,45

-6 066 994,45

0,00

-6 066 994,45

CZ

EUR

841 755 023,99

0,00

841 755 023,99

-6 586 634,66

0,00

835 168 389,33

835 162 223,53

6 165,80

DE

EUR

4 482 474 369,03

0,00

4 482 474 369,03

- 735 627,02

- 127 844,49

4 481 610 897,52

4 482 069 049,38

- 458 151,86

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

DK

EUR

828 180 124,86

0,00

828 180 124,86

-2 505 738,30

0,00

825 674 386,56

825 664 394,95

9 991,61

EE

EUR

195 875 127,07

0,00

195 875 127,07

- 979 787,87

0,00

194 895 339,20

194 873 329,16

22 010,04

ES

EUR

5 739 832 659,22

0,00

5 739 832 659,22

-79 833 500,17

- 339 847,31

5 659 659 311,74

5 658 623 885,05

1 035 426,69

FI

EUR

529 451 605,11

0,00

529 451 605,11

- 171 237,27

-25 137,06

529 255 230,78

529 277 936,12

-22 705,34

FR

EUR

7 408 295 093,00

0,00

7 408 295 093,00

-75 214 939,35

- 153 763,59

7 332 926 390,06

7 335 636 287,96

-2 709 897,90

EL

EUR

1 924 234 937,08

0,00

1 924 234 937,08

-32 408 441,27

- 330 284,96

1 891 496 210,85

1 902 226 963,94

-10 730 753,09

HR

EUR

380 706 854,55

0,00

380 706 854,55

-8 684 204,31

-17 188,53

372 005 461,71

371 808 187,11

197 274,60

HU

EUR

1 383 976 095,60

0,00

1 383 976 095,60

-7 670 199,90

0,00

1 376 305 895,70

1 376 356 298,97

-50 403,27

HU

HUF

0,00

0,00

0,00

0,00

-45 707 987,00

-45 707 987,00

0,00

-45 707 987,00

IE

EUR

1 192 122 143,92

0,00

1 192 122 143,92

-2 084 482,60

-2 428,52

1 190 035 232,80

1 188 889 885,20

1 145 347,60

IT

EUR

4 107 883 194,34

0,00

4 107 883 194,34

-42 222 430,09

-3 010 533,40

4 062 650 230,85

4 074 933 568,17

-12 283 337,32

LT

EUR

588 647 735,15

0,00

588 647 735,15

-5 578 381,94

-1 313,60

583 068 039,61

583 069 353,21

-1 313,60

LU

EUR

31 462 153,17

0,00

31 462 153,17

50 566,72

0,00

31 512 719,89

31 492 387,65

20 332,24

LV

EUR

338 523 858,99

0,00

338 523 858,99

-5 763,41

-1 588,29

338 516 507,29

338 518 095,58

-1 588,29

MT

EUR

10 121 490,08

0,00

10 121 490,08

- 324 309,63

0,00

9 797 180,45

9 797 177,40

3,05

NL

EUR

747 093 956,37

0,00

747 093 956,37

-22 504 736,93

-4 889,62

724 584 329,82

724 667 434,10

-83 104,28

PL

EUR

3 461 737 961,80

0,00

3 461 737 961,80

-1 318 807,21

0,00

3 460 419 154,59

3 460 445 279,99

-26 125,40

PL

PLN

0,00

0,00

0,00

0,00

-4 708 511,63

-4 708 511,63

0,00

-4 708 511,63

PT

EUR

864 560 699,11

0,00

864 560 699,11

-34 017 288,50

- 147 306,92

830 396 103,69

831 160 474,30

- 764 370,61

RO

EUR

1 964 397 334,11

0,00

1 964 397 334,11

-82 392 071,80

0,00

1 882 005 262,31

1 882 181 707,49

- 176 445,18

RO

RON

0,00

0,00

0,00

0,00

-3 238 745,29

-3 238 745,29

0,00

-3 238 745,29

SE

EUR

702 105 230,79

0,00

702 105 230,79

- 374 711,81

0,00

701 730 518,98

701 726 652,57

3 866,41

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

SI

EUR

144 810 799,94

0,00

144 810 799,94

0,00

0,00

144 810 799,94

144 810 799,94

0,00

SK

EUR

407 254 054,62

0,00

407 254 054,62

- 380 686,22

- 247 925,07

406 625 443,33

407 315 696,94

- 690 253,61

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Stat Membru

 

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Artikolu 54(2) (=e)

Total (=h)

08 02 06 01

6200

6200

i

j

k

l=i+j+k

AT

EUR

0,00

0,00

-1 249,82

-1 249,82

BE

EUR

0,00

-1 701 452,32

- 712,96

-1 702 165,28

BG

BGN

0,00

0,00

-2 373,84

-2 373,84

BG

EUR

75 306,90

0,00

0,00

75 306,90

CY

EUR

46 988,56

-12 457,14

0,00

34 531,42

CZ

CZK

0,00

0,00

-6 066 994,45

-6 066 994,45

CZ

EUR

6 165,80

0,00

0,00

6 165,80

DE

EUR

0,00

- 330 307,37

- 127 844,49

- 458 151,86

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

DK

EUR

9 991,61

0,00

0,00

9 991,61

EE

EUR

22 010,04

0,00

0,00

22 010,04

ES

EUR

1 409 290,03

-34 016,03

- 339 847,31

1 035 426,69

FI

EUR

46 781,65

-44 349,93

-25 137,06

-22 705,34

FR

EUR

0,00

-2 556 134,31

- 153 763,59

-2 709 897,90

EL

EUR

0,00

-10 400 468,13

- 330 284,96

-10 730 753,09

HR

EUR

257 773,69

-43 310,56

-17 188,53

197 274,60

HU

EUR

0,00

-50 403,27

0,00

-50 403,27

HU

HUF

0,00

0,00

-45 707 987,00

-45 707 987,00

IE

EUR

1 147 776,12

0,00

-2 428,52

1 145 347,60

IT

EUR

0,00

-9 272 803,92

-3 010 533,40

-12 283 337,32

LT

EUR

0,00

0,00

-1 313,60

-1 313,60

LU

EUR

20 332,24

0,00

0,00

20 332,24

LV

EUR

0,00

0,00

-1 588,29

-1 588,29

MT

EUR

3,05

0,00

0,00

3,05

NL

EUR

0,00

-78 214,66

-4 889,62

-83 104,28

PL

EUR

0,00

-26 125,40

0,00

-26 125,40

PL

PLN

0,00

0,00

-4 708 511,63

-4 708 511,63

PT

EUR

0,00

- 617 063,69

- 147 306,92

- 764 370,61

RO

EUR

0,00

- 176 445,18

0,00

- 176 445,18

RO

RON

0,00

0,00

-3 238 745,29

-3 238 745,29

SE

EUR

12 981,47

-9 115,06

0,00

3 866,41

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

SI

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

SK

EUR

0,00

- 442 328,54

- 247 925,07

- 690 253,61

 

 

 

 

 

 

NB:-

Nomenclature 2025 : 08 02 06 01 , 6200-


(1)  The reductions and suspensions are those taken into account in the payment system, to which are added in particular the corrections for the non respect of payment deadlines and other reductions referred to in Article 41 of Regulation (EU) No 1306/2013 and Articles 39-42 of Regulation (EU) No 2021/2116.

(2)  For the calculation of the amount to be recovered from or paid to the Member State the amount taken into account is, the total of the annual declaration for the expenditure cleared and the total of the monthly payments made for the cleared expenditure. Applicable exchange rate in accordance with Article 12(3) of Regulation (EU) 2022/127.

(3)  BL 08 02 06 01 shall be split between the negative corrections which become assigned revenue in BL 62 00 and the positive ones in favour of MS which shall now be included on the expenditure side 08 02 06 01 as referred to in Article 43 of Regulation (EU) No 1306/2013 and Article 45 of Regulation (EU) No 2021/2116.


ANNESS II

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2024 – FAEG

Korrezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013  (*1)

Stat Membru

Munita

Fil-Munita nazzjonali

F’euro

CY

EUR

0,00

0,00

CZ

CZK

0,00

0,00

ES

EUR

0,00

0,00

HU

HUF

0,00

0,00

LT

EUR

0,00

0,00

LV

EUR

0,00

0,00

MT

EUR

0,00

0,00

PL

PLN

112 564,14

0,00

SI

EUR

0,00

0,00

SK

EUR

0,00

0,00

 

 

 

 


(*1)  Ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-Istrument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali (STŻR) ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati tranżizzjonali għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36)).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/972/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)