SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
14 ta’ Novembru 2024 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva 2001/29/KE – Artikolu 2 – Dritt ta’ riproduzzjoni – Artikolu 5(2)(a) u (b) – Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet – Kumpens ekwu – Effett dirett – Entità inkarigata mill-Istat bil-ġbir u bit-tqassim tal-kumpens ekwu – Setgħat eżorbitanti”
Fil-Kawża C‑230/23,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Gent (il-Qorti tal-Impriżi ta’ Gent, Diviżjoni ta’ Gent, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas‑16 ta’ Frar 2023, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑13 ta’ April 2023, fil-proċedura
Reprobel CV,
vs
Copaco Belgium NV
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn T. von Danwitz, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, A. Arabadjiev u I. Ziemele (Relatriċi), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: A. Lamote, Amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑6 ta’ Marzu 2024,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Reprobel CV, minn A. Lambert u J.‑F. Puyraimond, advocaten, |
|
– |
għal Copaco Belgium NV, minn T. van Innis, advocaat, |
|
– |
għall-Gvern Belġjan, minn P. Cottin u C. Pochet, bħala aġenti, assistiti minn S. Depré, G. Ryelandt u J. Van Vyve, avocats, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn E. Timmermans, bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Ronkes Agerbeek, J. Samnadda u P. J. O. Van Nuffel, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑6 ta’ Ġunju 2024,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Reprobel CV, soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u tal-pubblikatur, inkarigata mill-Istat Belġjan bil-ġbir u bit-tqassim tad-drittijiet għal remunerazzjoni għal kumpens ekwu dovut lill-awturi u lill-publikaturi għal attivitajiet ta’ reprografija, lil Copaco Belgium NV (iktar ’il quddiem “Copaco”), kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tħallas lil Reprobel somom allegatament dovuti fir-rigward ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
3 |
Il-premessi 31, 35 u 38 tad-Direttiva 2001/29 jipprovdu:
[…]
[…]
|
|
4 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Dritt ta’ riproduzzjoni”, jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:
|
|
5 |
L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, bit-titolu “Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet”, jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu: “L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni provdut fl-Artikolu 2 fil-każi li ġejjin:
[…]” |
Id‑dritt Belġjan
|
6 |
L-Artikolu 59 tal-wet betreffende het auteursrecht en de naburige rechten (il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur u Drittijiet Relatati) tat‑30 ta’ Ġunju 1994 (Belgisch Staatsblad tas‑27 ta’ Lulju 1994, p. 19297), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“LDA”), kien jipprovdi: “L-awturi u l-pubblikaturi ta’ xogħlijiet fuq mezz grafiku jew analogu għandhom dritt għal remunerazzjoni minħabba r-riproduzzjoni tagħhom, inkluż skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1, 4 u 4a tal-Artikolu 22 […] Ir-remunerazzjoni għandha titħallas mill-produttur, mill-importatur jew mix-xerrej intra-Komunitarju ta’ apparat li jippermetti l-ikkopjar ta’ xogħlijiet protetti, meta dan l-apparat jitpoġġa għaċ-ċirkulazzjoni fit-territorju nazzjonali.” |
|
7 |
L-Artikolu 60 tal-LDA kien jipprovdi: “Barra minn hekk, remunerazzjoni proporzjonali għan-numru ta’ kopji magħmula għandha titħallas mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu kopji tax-xogħlijiet jew, skont il-każ, għan-nom ta’ dawn il-persuni, minn dawk li jqiegħdu apparat ta’ riproduzzjoni għad-dispożizzjoni ta’ oħrajn, bi ħlas jew mingħajr ħlas.” |
|
8 |
L-Artikolu 60a tal-LDA kien ifformulat kif ġej: “Is-soċjetà ta’ ġestjoni tad-drittijiet maħtura mir-Re fil-kuntest ta’ dan il-kapitolu tista’ tikseb l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-missjoni tagħha b’osservanza tal-Artikolu 78 mingħand:
Bla ħsara għall-Artikolu 78 ta’ din il-liġi, is-soċjetà ta’ ġestjoni tad-drittijiet maħtura tista’, fuq talba tagħhom, tikkomunika informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tad-dwana u tal-VAT. Bla ħsara għall-Artikolu 78 ta’ din il-liġi, is-soċjetà ta’ ġestjoni tad-drittijiet maħtura tista’ tikkomunika u tirċievi informazzjoni:
|
|
9 |
Skont l-Artikolu 61 tal-LDA: “Ir-Re jistabbilixxi l-ammont ta’ remunerazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 59 u 60, permezz ta’ digriet deliberat mill-Kunsill tal-Ministri. Ir-remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 60 tista’ tkun adattata skont is‑setturi kkonċernati. Huwa jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ ġbir, ta’ tqassim u ta’ verifika ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet kif ukoll [il-mument] fejn dawn ikunu dovuti. Bla ħsara għall-ftehimiet internazzjonali, ir-remunerazzjonijiet previsti fl-Artikoli 59 u 60 jingħataw b’mod ugwali lill-awturi u lill-pubblikaturi. Skont il-kundizzjonijiet [u l]-arranġamenti li Huwa jistabbilixxi, ir-Re jinnomina soċjetà li tirrappreżenta l-kumpanniji kollha ta’ ġestjoni tad-drittijiet sabiex jiżgura l-ġbir u t-tqassim tar-remunerazzjoni”. |
|
10 |
L-ammonti tar-remunerazzjoni b’rata fissa u tar-remunerazzjoni proporzjonali, imsemmija rispettivament fl-Artikoli 59 u 60 tal-LDA, ġew stabbiliti mill-Koninklijk besluit betreffende de vergoeding verschuldigd aan auteurs en uitgevers voor het kopiëren voor privé‑gebruik of didatisch gebruik van werken die op grafische of op soortgelijke wizje zijn vastgelegd (id-Digriet Irjali dwar ir-Remunerazzjoni tal-Awturi u tal-Pubblikaturi għall-Ikkopjar għal Finijiet Privati jew Didattiċi ta’ Xogħlijiet Stabbiliti fuq Mezz Grafiku jew Analogu), tat‑30 ta’ Ottubru 1997 (Belgisch Staatsblad tas‑7 ta’ Novembru 1997, p. 29874). |
|
11 |
L-Artikolu 7 ta’ dan id-digriet irjali jipprovdi: “1. Il-persuni responsabbli għall-ħlas għandhom kull xahar jissottomettu dikjarazzjoni lis-soċjetà ta’ ġestjoni tad-drittijiet qabel l-għoxrin jum li jsegwi x-xahar li tikkonċernah. 2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssemmi, minn naħa, l-informazzjoni li tippermetti li tiġi identifikata l-persuna responsabbli għall-ħlas u, min-naħa l-oħra, in-numru u l-karatteristiċi neċessarji għad-determinazzjoni tal-ammont tar-remunerazzjoni b’rata fissa tal-apparat imqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni fit-territorju nazzjonali matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjoni. […]” |
|
12 |
L-Artikolu 1 tal-Koninklijk besluit tot het belasten van een vennootschap met de inning en de verdeling van de vergoeding voor het kopiëren van werken die op grafische of soortgelijke wijze zijn vastgelegd (id-Digriet Irjali li Jinkariga Kumpannija Tiżgura l-Ġbir u t-Tqassim tad-Drittijiet għal Remunerazzjoni għall-Ikkopjar ta’ Xogħlijiet fuq Mezz Grafiku jew Analogu), tal‑15 ta’ Ottubru 1997 (Belgisch Staatsblad tas‑7 ta’ Novembru 1997, p. 29873), jipprovdi: “Is-soċjetà ċivili fil-forma ta’ soċjetà kooperattiva b’responsabbiltà limitata msejħa ‘Reprobel’, […] hija inkarigata li tiżgura l-ġbir u t-tqassim tad-drittijiet għar-remunerazzjoni previsti fl-Artikoli 59 sa 61 tal-[LDA].” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
13 |
Bħala distributur ta’ prodotti informatiċi intiżi għall-impriżi u għall-konsumaturi, Copaco tiddistribwixxi wkoll apparat ta’ riproduzzjoni, bħal fotokopjaturi u scanners. Sa tmiem is-sena 2016, hija kienet, għal din ir-raġuni, responsabbli għall-ħlas ta’ remunerazzjonijiet b’rata fissa lil Reprobel għar-riproduzzjoni ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati (iktar ’il quddiem ir-“remunerazzjonijiet għal kumpens ekwu”). |
|
14 |
Peress li qieset li, permezz tas-sentenza tagħha tat‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett-Packard Belgium (C‑572/13, EU:C:2015:750), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 kien jipprekludi l-parti “b’rata fissa” tas-sistema ta’ remunerazzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni Belġjana fil-qasam ta’ remunerazzjoni għal kumpens ekwu, Copaco ssospendiet il-ħlas tal-fatturi maħruġa minn Reprobel, relatati ma’ din ir-remunerazzjoni għall-perijodu bejn Novembru 2015 u Jannar 2017, billi invokat l-effett dirett ta’ din id-dispożizzjoni u billi indikat li s-sospensjoni ta’ dan il-ħlas kienet ser tissokta sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni jiġu allinjati ma’ dawk tad-Direttiva 2001/29. |
|
15 |
Fix-xahar ta’ Marzu 2017, daħlet fis-seħħ sistema ġdida ta’ remunerazzjonijiet għal kumpens ekwu. |
|
16 |
Fis‑16 ta’ Diċembru 2020, Reprobel ħarrket lil Copaco quddiem l-ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Dendermonde (il-Qorti tal-Impriżi ta’ Gent, Diviżjoni ta’ Dendermonde, il-Belġju), li, f’sentenza interlokutorja tal‑4 ta’ Marzu 2022, irrinvijat il-kawża quddiem l-ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Gent (il-Qorti tal-Impriżi ta’ Gent, Diviżjoni ta’ Gent, il-Belġju), li hija l-qorti tar-rinviju, għal raġunijiet ta’ ġurisdizzjoni territorjali. |
|
17 |
Din tal-aħħar tirrileva li mis-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett-Packard Belgium (C‑572/13, EU:C:2015:750), jirriżulta li l-modalitajiet previsti mis-sistema Belġjana ta’ remunerazzjonijiet għal kumpens ekwu, inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, kienu, tal-inqas parzjalment, kuntrarji għad-Direttiva 2001/29, sa fejn il-kumpens ekwu previst fl-Artikolu 5(2)(b) ta’ din id-direttiva ma kienx rifless f’din is-sistema li kienet tipprevedi, sad‑29 ta’ Diċembru 2016, l-applikazzjoni ta’ remunerazzjonijiet b’rata fissa mingħajr korrelazzjoni kwantitattiva oġġettiva mal-użu effettiv tal-apparat ta’ riproduzzjoni, b’mod li dawn ir-remunerazzjonijiet kienu jirriskjaw li jeċċedu n-natura purament kumpensatorja tagħhom. |
|
18 |
Il-qorti tar-rinviju tindika li, fis-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett-Packard Belgium (C‑572/13, EU:C:2015:750), il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet li Stat Membru jista’ jipprevedi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29, li ma kinux ġew integrati fis-sistema Belġjana ta’ remunerazzjonijiet għal kumpens ekwu fis-seħħ sad‑29 ta’ Diċembru 2016. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset b’mod partikolari li din l-iskema ma kinitx konformi ma’ din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, hija rrilevat li l-imsemmija skema kienet tissuġġetta l-ammont tar-remunerazzjoni b’rata fissa biss għan-numru ta’ kopji għal kull minuta li seta’ jiġi prodott permezz tal-fotokopjaturi inkwistjoni, kienet tipprevedi l-likwidazzjoni, tal-inqas parzjalment, ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet skont id-dannu li r-riproduzzjonijiet illegali setgħu jikkawżaw lill-awturi kkonċernati, kemm jekk kienet tagħti r-remunerazzjonijiet, parzjalment jew le, lil persuni li ma humiex l-awturi, li l-ħlas ta’ remunerazzjonijiet kien mitlub minn persuni li jqiegħdu fotokopjaturi għad-dispożizzjoni ta’ utenti identifikabbli u li kienet tipprevedi sistema li tista’ twassal għal kumpens żejjed lill-benefiċjarji tar-remunerazzjonijiet billi timponi kemm remunerazzjoni b’rata fissa kif ukoll remunerazzjoni proporzjonali, mingħajr mekkaniżmi ta’ rimbors. |
|
19 |
Il-qorti tar-rinviju tindika wkoll li, meta ebda interpretazzjoni konformi ma’ direttiva ma tkun possibbli, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom iċedu quddiem dawk tad-direttiva inkwistjoni. Madankollu, hija tosserva li l-partijiet fil-kawża li jkollha quddiemha ma jaqblux dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti għal dan l-għan. |
|
20 |
Skont Copaco, l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 għandu effett dirett u jista’ jiġi invokat kontra Reprobel, li għandha titqies bħala entità Statali minħabba l-funzjoni fdata lilha mill-Istat li tirċievi u tqassam remunerazzjonijiet għal kumpens ekwu. |
|
21 |
Min-naħa l-oħra, Reprobel tikkontesta n-natura inkundizzjonata, ċara u preċiża tal-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29, peress li huwa possibbli għall-Istati Membri li jipprevedu l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni kif jidhrilhom xieraq u li huma dawn l-Istati li għandhom jiddefinixxu n-natura ekwa tal-kumpens previst fl-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva. |
|
22 |
Reprobel tqis, barra minn hekk, li d-Direttiva 2001/29 ma tistax tiġi invokata kontriha, minħabba li hija assoċjazzjoni rregolata mid-dritt privat. |
|
23 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Gent (il-Qorti tal-Impriżi ta’ Gent, Diviżjoni ta’ Gent) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ewwel, it‑tieni u t‑tielet domanda
|
24 |
Permezz tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li, individwu jista’ jinvoka kontra entità inkarigata minn Stat Membru bil-ġbir u bit-tqassim tal-kumpens ekwu stabbilit skont din id-dispożizzjoni, quddiem il-qorti nazzjonali, il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi dan il-kumpens tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, meta tali entità twettaq kompitu ta’ interess pubbliku, meta tkun suġġetta għas-sorveljanza ta’ dan l-Istat u meta, sabiex twettaq dan il-kompitu, ikollha setgħat eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-individwi. |
|
25 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li mill-kuntest ġuridiku nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali, ippreżentat fid-deċiżjoni tar-rinviju, jirriżulta li Reprobel għandha l-forma ġuridika ta’ soċjetà kooperattiva rregolata mid-dritt privat, li fl-istanzi tagħha l-Istat Belġjan ma huwiex irrappreżentat. |
|
26 |
Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, l-individwi għandhom il-possibbiltà li jinvokaw direttament id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni mhux biss kontra l-Istati Membri u l-korpi tagħhom stricto sensu, iżda wkoll, b’mod partikolari, kontra entitajiet li jeżerċitaw kompiti fl-interess pubbliku u li jkollhom setgħat speċifiċi li jmorru lil hinn mir-regoli applikabbli bejn individwi. Tali organi jew entitajiet huma distinti minn individwi u għandhom jiġu assimilati mal-Istat, peress li jkunu persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku li jagħmlu parti mill-Istat f’sens wiesa’, jew peress li jkunu suġġetti għall-awtorità jew għall-kontroll ta’ awtorità pubblika, jew peress li jkunu ngħataw ir-responsabbiltà, minn tali awtorità, li jeżerċitaw kompitu fl-interess pubbliku u jkunu ngħataw, għal dan il-għan, l-imsemmija setgħat eżorbitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑12 ta’ Lulju 1990, Foster et, C‑188/89, EU:C:1990:313, punt 20, kif ukoll tal‑10 ta’ Ottubru 2017, Farrell, C‑413/15, EU:C:2017:745, punti 33 u 34). |
|
27 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li l-kundizzjonijiet li skonthom l-organu kkonċernat għandu, rispettivament, ikun suġġett għall-awtorità jew għall-kontroll tal-Istat, u jkollu setgħat eżorbitanti meta mqabbla ma’ dawk li jirriżultaw mir-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi ma humiex ta’ natura kumulattiva (sentenza tal‑10 ta’ Ottubru 2017, Farrell, C‑413/15, EU:C:2017:745, punt 28). |
|
28 |
F’dan il-każ, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Reprobel ma hijiex korp irregolat mid-dritt pubbliku u lanqas ma hija kkontrollata mill-Istat Belġjan. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk hija twettaqx kompiti fl-interess pubbliku u jekk għandhiex, għal dan il-għan, setgħat speċifiċi li jmorru lil hinn mir-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi. |
|
29 |
Fl-ewwel lok, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, fir-rigward tal-kundizzjoni dwar l-eżerċizzju ta’ kompitu fl-interess pubbliku, id-Digriet Irjali li jinkariga kumpannija tiżgura l-ġbir u t-tqassim tad-drittijiet għal remunerazzjoni għall-ikkopjar ta’ xogħlijiet fuq mezz grafiku jew analogu, tal‑15 ta’ Ottubru 1997, inkariga lil Reprobel bil-ġbir u bit-tqassim tad-drittijiet għal remunerazzjoni għal kumpens ekwu, previsti fl-Artikoli 59 sa 61 tal-LDA. |
|
30 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istati Membri huma awtorizzati jipprovdu fl-ordinamenti ġuridiċi rispettivi tagħhom, skont l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29, eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni li tipprovdi din id-dispożizzjoni u għandhom l-obbligu jistabbilixxu, f’dan ir-rigward, kumpens ekwu kif ukoll sistema ta’ finanzjament tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ Novembru 2023, Seven.One Entertainment Group, C‑260/22, EU:C:2023:900, punt 23). |
|
31 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-forma, tal-modalitajiet u tal-livell tal-kumpens ekwu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dan il-kumpens kif ukoll, għaldaqstant, is-sistema li fuqha huwa bbażat u l-livell tiegħu għandhom ikunu marbuta mad-dannu kkawżat lid-detenturi tad-drittijiet minħabba t-twettiq ta’ kopji privati (sentenzi tat‑22 ta’ Settembru 2016, Microsoft Mobile Sales International et, C‑110/15, EU:C:2016:717, punt 28, kif ukoll tal‑24 ta’ Marzu 2022, Austro-Mechana, C‑433/20, EU:C:2022:217, punt 49). |
|
32 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar il-modalitajiet ta’ ġbir u ta’ tqassim tar-remunerazzjonijiet għal kumpens ekwu previsti mil-leġiżlazzjoni Belġjana. Minn naħa, hija ddeċidiet li l-kumpens ekwu previst fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 kien jirrigwarda r-riproduzzjonijiet magħmula fuq kull mezz u permezz ta’ kull teknika, jiġifieri li jiġi sostnut mill-utenti kollha ta’ apparati, ta’ mezzi jew ta’ servizzi li jippermettu li jitwettqu jew li jinkludu tali riproduzzjonijiet, peress li dawn l-utenti jkunu awtorizzati jibbenefikaw mill-eċċezzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett‑Packard Belgium, C‑572/13, EU:C:2015:750, punti 30 sa 34). |
|
33 |
Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kumpens ekwu huwa, bħala prinċipju, intiż li jikkumpensa d-dannu mġarrab minħabba riproduzzjonijiet effettivament imwettqa u li, bħala prinċipju, il-persuni li jkunu wettqu r-riproduzzjonijiet huma obbligati jikkumpensaw id-dannu marbut magħhom, billi jiffinanzjaw il-kumpens li ser jitħallas lid-detentur tad-drittijiet. Fid-dawl tad-diffikultajiet prattiċi ta’ identifikazzjoni tal-utenti, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu sistema li fil-kuntest tagħha dan il-kumpens ikun jaqa’ fuq il-persuni li għandhom apparat, tagħmir u mezzi ta’ riproduzzjoni diġitali u li jqiegħdu dawn l-apparat, tagħmir jew mezzi għad-dispożizzjoni tal-utenti jew jipprovdu lil dawn tal-aħħar servizzi ta’ riproduzzjoni u jgħaddu l-piż finanzjarju fuq l-utenti finali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett‑Packard Belgium, C‑572/13, EU:C:2015:750, punti 69 u 70). |
|
34 |
F’dan il-kuntest, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu f’din il-kawża, ikun, fil-fatt, diffiċli ħafna għad-detentur tad-dritt ta’ riproduzzjoni li jinvoka dan id-dritt għal atti li l-utenti jwettqu fil-qasam privat. L-introduzzjoni tal-eċċezzjonijiet għal dan id-dritt previsti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2001/29 tiżgura għalhekk lill-benefiċjarji dħul li jkun diffiċli ħafna li jiksbu direttament mill-utenti. |
|
35 |
Il-leġiżlazzjoni Belġjana tipprovdi li d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati jirċievu, abbażi ta’ dawn l-eċċezzjonijiet, kumpens għad-dannu mġarrab, kompost minn parti, ikkalkolata b’rata fissa ffissata fi stadju preċedenti, u minn remunerazzjoni proporzjonata, iffissata fi stadju sussegwenti, li huma ffinanzjati mir-remunerazzjonijiet imħallsa mix-xerrejja kollha ta’ apparat u ta’ mezzi ta’ kkopjar jew tad-destinatarji ta’ servizzi ta’ riproduzzjoni awtorizzati jibbenefikaw minn dawn l-eċċezzjonijiet. Il-ġbir ta’ tali tariffa u l-ħlas ta’ kumpens ekwu lid-detenturi tal-imsemmija drittijiet huma għalhekk kompiti mwettqa fl-interess pubbliku. |
|
36 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Gvern Franċiż, li jgħid li Reprobel ma twettaqx kompiti fl-interess pubbliku iżda twettaq kompiti fl-interess privat tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati. Fil-fatt, permezz tal-kompitu fdat lil entità inkarigata mill-ġbir u mit-tqassim tad-drittijiet għal remunerazzjoni għal kumpens ekwu, Stat Membru jimplimenta l-obbligu li jinkiseb riżultat impost fuqu mill-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29, jiġifieri li jiġi żgurat, għall-benefiċċju tad-detenturi ta’ dawn id-drittijiet, ġbir effettiv ta’ kumpens ekwu intiż sabiex jiġi ppreżervat bilanċ ġust bejn l-interessi inkwistjoni, li jaqa’ kompletament fl-interess pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2022, Ametic, C‑263/21, EU:C:2022:644, punt 69). |
|
37 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-setgħat ta’ korp bħal Reprobel, għandu qabelxejn jitfakkar li din hija l-unika entità inkarigata mill-ġbir u mit-tqassim tad-drittijiet għal remunerazzjoni għal kumpens ekwu, previsti fl-Artikoli 59 sa 61 tal-LDA. |
|
38 |
F’dan il-kuntest, kif jenfasizza, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Reprobel ingħatat setgħat eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi, b’mod partikolari dak li tkun tista’ titlob mingħand il-manifatturi u d-distributuri ta’ apparati u ta’ mezzi ta’ kkopjar ir-remunerazzjonijiet għal kumpens ekwu. |
|
39 |
Fil-fatt, korp li, bħal Reprobel, huwa awtorizzat jiġbor ir-remunerazzjoni għal kumpens ekwu jista’, ipso jure, jitlob il-ħlas ta’ din ir-remunerazzjoni mingħand kull persuna li tagħmel parti mill-klassi ta’ persuni responsabbli għall-ħlas, iddefinita b’mod astratt mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
40 |
F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li, kif isostnu Reprobel u l-Gvern Belġjan, huma l-awtoritajiet pubbliċi, u mhux l-imsemmi korp, li jiddeterminaw l-ammont tal-imsemmija remunerazzjoni. Fil-fatt, it-twettiq ta’ kompiti fl-interess pubbliku ma jimplikax li l-korp li jeżegwixxi dawn il-kompiti jiddetermina huwa stess l-aspetti kollha tagħhom jew li s-setgħat li huwa għandu sabiex jagħmel dan għandhom ikunu diskrezzjonali. Barra minn hekk, ir-regolazzjoni minn awtorità pubblika tal-azzjoni ta’ korp inkarigat b’kompitu fl-interess pubbliku tikkonferma a fortiori li dan il-korp jaġixxi f’isem l-Istat u jikkostitwixxi emanazzjoni tiegħu. |
|
41 |
Barra minn hekk, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, Reprobel għandha sensiela ta’ setgħat speċifiċi, b’mod partikolari, fil-qasam tat-talbiet għal informazzjoni, sabiex tkun tista’ teżegwixxi l-kompitu fl-interess pubbliku fdat lilha. |
|
42 |
L-ewwel nett, hija għandha dritt titlob kemm lid-debituri tar-remunerazzjoni għall-kumpens ekwu kif ukoll lil operaturi oħra attivi fis-suq tal-apparat ta’ kkopjar, bħall-impriżi inkarigati mill-manutenzjoni ta’ dawn l-apparati, jipprovdu, taħt piena ta’ sanzjonijiet penali, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni responsabbli mill-ħlas u għall-ammonti dovuti minnhom. Din is-setgħa għandha titqies li hija eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi. |
|
43 |
F’dan il-kuntest, huwa irrilevanti li, kif isostnu Reprobel u l-Gvern Belġjan, Reprobel ma għandhiex setgħa li tissanzjona lill-persuni li ma josservawx l-obbligu li jipprovdu informazzjoni. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu huwa, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni ta’ rinviju, suġġett għal sanzjonijiet kriminali, li min-natura tagħhom, jistgħu jiġu imposti biss mill-qrati. Għalhekk, l-eżistenza nnifisha ta’ dawn is-sanzjonijiet tixhed in-natura partikolari tas-setgħat mogħtija lil Reprobel. |
|
44 |
It-tieni nett, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Reprobel hija awtorizzata titlob mingħand l-awtoritajiet doganali, fiskali u ta’ sigurtà soċjali, l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Tali awtorizzazzjoni tikkostitwixxi, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, setgħa eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi. Fil-fatt, l-informazzjoni bħall-volum tal-importazzjonijiet ta’ tagħmir jew ta’ mezzi ta’ kkopjar jew id-dħul mill-bejgħ tal-produtturi jew tad-distributuri ta’ tali apparat u mezzi ma humiex, bħala prinċipju, ta’ natura li jiġu kkomunikati lil persuni li ma għandhomx tali setgħa. |
|
45 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel, għat-tieni u għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li, individwu jista’ jinvoka kontra entità inkarigata minn Stat Membru bil-ġbir u bit-tqassim tal-kumpens ekwu stabbilit skont din id-dispożizzjoni, quddiem il-qorti nazzjonali, il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi dan il-kumpens tmur kontra dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li għandhom effett dirett, meta tali entità jkollha, sabiex twettaq dan il-kompitu fl-interess pubbliku, setgħat eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-individwi. |
Fuq ir‑raba’ u l‑ħames domanda
|
46 |
Permezz tar-raba’ u tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett, b’tali mod li, fl-assenza ta’ traspożizzjoni korretta ta’ din id-dispożizzjoni, individwu jista’ jinvokaha, sabiex jevita l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali li jobbligawh iħallas remunerazzjoni għal kumpens ekwu impost bi ksur tal-imsemmija dispożizzjoni. |
|
47 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi, l-individwi jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat meta dan ikun naqas milli jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti jew meta dan jittrasponiha b’mod inkorrett (sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften, C‑684/16, EU:C:2018:874, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
48 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija, minn naħa, inkundizzjonata meta din tistabbilixxi obbligu li ma huwa kkwalifikat b’ebda kundizzjoni u lanqas ma huwa suġġett, fl-eżekuzzjoni tiegħu jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta’ att kemm tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, li tkun biżżejjed preċiża sabiex tiġi invokata minn parti fil-kawża u tiġi applikata mill-qorti meta tistabbilixxi obbligu f’termini inekwivokabbli (sentenza tat‑8 ta’ Marzu 2022, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Effett dirett), C‑205/20, EU:C:2022:168, punt 18). |
|
49 |
F’dan il-każ, Reprobel kif ukoll il-Gvern Belġjan u l-Gvern Franċiż isostnu li minħabba l-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ li għandhom l-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ kumpens ekwu skont l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 u l-finanzjament tiegħu, din id-dispożizzjoni ma hijiex inkundizzjonata u preċiża biżżejjed sabiex ikollha effett dirett abbażi tal-imsemmija ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar ’il fuq. |
|
50 |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat li, anki jekk direttiva tħalli lill-Istati Membri ċertu marġni ta’ evalwazzjoni meta jadottaw il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tagħha, dispożizzjoni ta’ din id-direttiva tista’ titqies bħala li għandha natura inkundizzjonata u preċiża meta timponi fuq l-Istati Membri, f’termini inekwivoċi, obbligu ta’ riżultat preċiż u li ma jinkludi ebda kundizzjoni rigward l-applikazzjoni tar-regola li din tistabbilixxi (sentenza tat‑8 ta’ Marzu 2022, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Effett dirett), C‑205/20, EU:C:2022:168, punt 19). |
|
51 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ supremazija jimponi fuq il-qorti nazzjonali inkarigata li tapplika, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, fl-assenza tal-possibbiltà li tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, l-obbligu li tiżgura l-effett sħiħ tar-rekwiżiti ta’ dan id-dritt fil-kawża li jkollha quddiemha billi jekk ikun hemm bżonn ma tapplikax, fuq il-bażi tal-awtorità tagħha stess, kwalunkwe leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali, anki jekk sussegwenti, li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel ta’ din il-leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali permezz tal-proċess leġiżlattiv jew ta’ kwalunkwe proċess kostituzzjonali ieħor (sentenza tat‑8 ta’ Marzu 2022, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Effett dirett), C‑205/20, EU:C:2022:168, punt 37). |
|
52 |
Fir-rigward tal-punt dwar jekk l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 huwiex inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż, l-eżami li għandu jsir għal dan il-għan jirrigwarda, b’mod partikolari, tliet aspetti, jiġifieri d-determinazzjoni tal-benefiċjarji tal-protezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, il-kontenut ta’ din il-protezzjoni u l-identità tad-debitur tal-imsemmija protezzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2018, Hampshire, C‑17/17, EU:C:2018:674, punt 56). |
|
53 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 jimponi fuq l-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni obbligi konkreti sabiex jiżguraw li jiġi żgurat kumpens ekwu lid-detenturi tad-drittijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑21 ta’ Ottubru 2010, Padawan, C‑467/08, EU:C:2010:620, punt 36, kif ukoll tat‑22 ta’ Settembru 2016, Microsoft Mobile Sales International et, C‑110/15, EU:C:2016:717, punt 25). |
|
54 |
Huwa minnu li l-Istati Membri ma humiex obbligati jintroduċu l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 fid-dritt nazzjonali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑21 ta’ April 2016, Austro-Mechana, C‑572/14, EU:C:2016:286, punt 18, kif ukoll tat‑22 ta’ Settembru 2016, Microsoft Mobile Sales International et, C‑110/15, EU:C:2016:717, punt 27 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu, jekk jagħmlu dan, huma għandhom jipprovdu wkoll il-ħlas ta’ kumpens ekwu lill-awturi leżi minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn l-eċċezzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Ottubru 2010, Padawan, C‑467/08, EU:C:2010:620, punt 36) u jieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet relatati mal-istruttura u mal-livell ta’ dan il-kumpens, kif jirriżultaw mill-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
55 |
Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm dawk li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet fis-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett-Packard Belgium (C-572/13, EU:C:2015:750), fir-rigward tal-modalitajiet ta’ kalkolu tar-remunerazzjoni għal kumpens ekwu. F’din is-sentenza, li tirreferi għaliha l-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li għalkemm l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jiddeterminaw il-modalitajiet ta’ finanzjament u ta’ ġbir tal-kumpens ekwu kif ukoll il-livell ta’ dan il-kumpens, sistema li tgħaqqad remunerazzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa ffissata minn qabel u remunerazzjoni proporzjonali ffissata wara għandha tippermetti, fl-intier tagħha, il-ġbir ta’ tariffa bħala kumpens ekwu li l-ammont tiegħu jikkorrispondi, essenzjalment, għad-dannu effettiv imġarrab mid-detenturi tad-dritt. Sabiex tkun tista’ tiġi ssodisfatta din il-kundizzjoni, tali sistema għandha tinkludi mekkaniżmi, b’mod partikolari ta’ rimbors, intiżi li jikkoreġu kull sitwazzjoni ta’ kumpens żejjed li tmur kontra r-rekwiżit, stabbilit fil-premessa 31 tad-Direttiva 2001/29, li għandu jinżamm bilanċ ġust bejn id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti ta’ oġġett protetti, u għalhekk fl-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett-Packard Belgium, C‑572/13, EU:C:2015:750, punti 83 sa 86). |
|
56 |
Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kontenut tad-drittijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/29 li jista’ jkollhom effett dirett, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-individwi għandhom id-dritt li ma jsostnux il-piż finanzjarju ta’ remunerazzjoni għal kumpens ekwu jekk dan jinġabar bi ksur tal-prinċipji li jirriżultaw, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Artikolu 5(2) (a) u (b) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett-Packard Belgium, C‑572/13, EU:C:2015:750, punti 85 sa 87, kif ukoll tat‑22 ta’ Settembru 2016, Microsoft Mobile Sales International et, C‑110/15, EU:C:2016:717, punti 37, 54 u 55). Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li, fis-sistema ta’ kumpens ekwu, hija neċessarja l-eżistenza tad-dritt ta’ rimbors ta’ remunerazzjoni miġbura indebitament intiża għall-finanzjament ta’ tali kumpens. |
|
57 |
F’dan il-każ, peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mal-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29, kif jirriżulta essenzjalment mis-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2015, Hewlett-Packard Belgium (C‑572/13, EU:C:2015:750), il-qorti tar-rinviju, adita b’tilwima dwar is-sospensjoni, minn individwu, tal-ħlas tar-remunerazzjoni għal kumpens ekwu meħtieġ minn din il-leġiżlazzjoni, hija obbligata tiggarantixxi l-effett sħiħ ta’ din id-dispożizzjoni billi ma tapplikax l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima pendenti quddiemha. |
|
58 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ u għall-ħames domanda għandha tkun li l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett, b’tali mod li, fl-assenza ta’ traspożizzjoni korretta ta’ din id-dispożizzjoni, individwu jista’ jinvokaha, sabiex jevita l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali li jobbligawh iħallas remunerazzjoni għal kumpens ekwu impost bi ksur tal-imsemmija dispożizzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
|
59 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.